Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17329 Sitting 329 2000-06-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Freeport

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ġie ffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-Korporazzjoni tal-Freeport biex dan ta' l-aħħar jagħti servizzi ta' konsulenza lil ta' l-ewwel?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress illi ġejt mogħti l-parir li minħabba l-element kummerċjali tiegħu, mhux meqjus xieraq li jiġi ppubblikat il-ftehim li sar bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u t-Technical Services tal-Malta Freeport Corporation, ser nikkonsidra t-talba ta' l-Onor. Membru u nagħti risposta definittiva f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17330 Sitting 329 2000-06-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol ta' l-impjegat - isimu qed jintbagħat separatament - fi ħdan il-Ministeru tiegħu, filwaqt li jgħid minn liema enti toħroġ il-paga tiegħu, kif ukoll jgħarraf lill-Kamra x'kien l-iskop tal-viżti ta' l-istess individwu fl-iskola sekondarja tal-Gżira fil-perijodu bejn it-2 ta' Mejju, 2000 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17320 Sitting 328 2000-06-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistant Technical Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess biex jinħatar assistant technical officer (civil draughtsmanship) ġdid fi ħdan it-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li l-intervisti għal tali sejħa għadhom ma sarux peress li hu post ta' importanza għal ħajjet it-tfal fl-iskejjel u min kien jokkupa kariga fi grad anqas preċedent mar f'dipartiment ieħor u żgur li mhux il-każ li tali post ta' importanza jibqa' battal jew tiġi abolita din il-vakanza?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11590. Nixtieq ninforma lill-Kamra li filwaqt li l-pożizzjoni preżenti għadha l-istess bħal ma spjegajt f'dik it-tweġiba, bħalissa qegħdin naraw in-neċessitajiet ta' riżorsi umani x'jinkludu, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mat-Taqsima tal-kostruzzjoni ta' l-iskejjel.
Leg 9 PQ #17321 Sitting 328 2000-06-27 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Registry — Xogħol b'lura

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sezzjoni tar-registry tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandha ħafna xogħol b'lura u l-impjegati ta' din is-sezzjoni qegħdin jaqilgħu t-telefon inkella ma jirrisponduhx jew xi drabi jirrisponduh u jaqtgħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Tingħata tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17323 Sitting 328 2000-06-27 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Restawraturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid itteħditx id-deċiżjoni li r-restawraturi tal-pittura li kienu jaħdmu fi ħdan id-Dipartiment tal-Mużewijiet jiġu ttrasferiti għaċ-Ċentru Malti tar-Restawr f'Bighi kif ukoll jgħid x'inhi l-miżata li qiegħda tintalab biex f'Bighi entita' tingħata servizz li qabel kien jingħata minn dipartiment tal-Gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar, u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17324 Sitting 328 2000-06-27 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jintalab l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern bħala ħlas għal xogħol ta' legar li dan qiegħed jordna liċ-Ċentru Malti għar-Restawr f'Bighi filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi b'mod dettaljat x'inhuma r-rati għas-servizzi kollha li jingħataw mill-istess ċentru?

Response (GALEA, LOUIS)

Tingħata tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17353 Sitting 328 2000-06-27 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabilita', eċċ ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli, eċċ. ta' l-Unjoni Ewropea, u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17318 Sitting 327 2000-06-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma' liema kunsilli lokali d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni sejra twettaq xogħlijiet ta' manutenzjoni tul is-sena 2000 u f'liema skejjel bħala parti minn skema ta' sħubija u kollaborazzjoni biex xogħlijiet ta' dan it-tip isiru mal-kunsilli rispettivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ser twettaq xogħlijiet ta' manutenzjoni tul is-sena 2000 mal-Kunsilli Lokali u fl-iskejjel li ser insemmi: Kunsill Lokali Skola Birgu Primarja Birgu B'Bugia Primarja B'Bugia Gżira Sekondarja Gżira Ħamrun Primarja 'B' Ġuże` Paċe Primarja Tereża Nuzzo, Ħamrun Kalkara Primarja Kalkara Marsa Sekondarja Fra Diego Bonanno, Marsa Sekondarja F.X. Attard, Marsa Rabat Sekondarja Mtarfa Naxxar Sekondarja Furtu Selvatico, Naxxar Tas-Snajja' Stefano Żerafa, Naxxar Paola Primarja 'A' u 'B' Paola Qormi Primarja 'A' San Ġorġ, Qormi Primarja 'B' San Ġorġ, Qormi Sekondarja San Ġorġ, Qormi Primarja 'A' u 'B' San Bastjan, Qormi Isla Primarja Isla Siġġiewi Primarja Siġġiewi Santa Venera Primarja 'A' Santa Venera Tas-Snajja' Umberto Colosso Żejtun Primarja 'B' Żejtun Żurrieq Primarja 'A' Żurrieq.
Leg 9 PQ #17319 Sitting 327 2000-06-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dr. Joseph A. Cannataci — Employment Engagement Form

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-employment engagement form ta' Dr. Joseph A. Cannataci imħejjija mill-Malta University Services Ltd jew jekk din ma teżistix iqiegħed l-ittra tal-ħatra tiegħu jew il-kuntratt li dan għandu ma' l-istess kumpannija msemmija biex jagħti servizzi lil entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni permezz ta' l-istess kumpannija kif ukoll iqiegħed effort statements ta' l-istess persuna għall-1999 u l-perijodu bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #17280 Sitting 326 2000-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet — SEC

Question

Jista' l-ministru jagħti t-tagħrif mitlub għall-mistoqsija parlamentari numru 16995?

Response (GALEA, LOUIS)

Għall-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 16995. Għat-tielet parti tal-Mistoqsija informat li n-numru ta' Studenti li kienu jattendu fl-iskejjel Privati Indipendenti fis-sena Skolastika 1998/1999 kien: Numru ta' Studenti Subien Bniet 157 126 Total 283
Leg 9 PQ #17281 Sitting 326 2000-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja — Eżamijiet SEC

Question

Jista' l-Ministru issa jagħti t-tagħrif mitlub għall-mistoqsija parlamentari numru 16996?

Response (GALEA, LOUIS)

Għall-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 16996. Għat-tieni parti tal-mistoqsija, informat li n-numru ta' Studenti li kienu jattendu fl-iskejjel tal-Knisja fl-aħħar tas-sena Skolastika 1998/1999 kien Numru ta' Studenti Subien Bniet 770 563 Total 1333
Leg 9 PQ #17282 Sitting 326 2000-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola tal-Hairdressing and Beauty Therapy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se titkabbar l-iskola tal-Hairdressing and Beauty Therapy f'Tas-Sliema? Jekk le, għaliex mhix se titkabbar? X'se jiġri mill-flus li kienu se jintnefqu fuq ix-xogħol f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17283 Sitting 326 2000-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Nawtika

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani jeżistu għall-Iskola Nawtika?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17343 Sitting 326 2000-06-26 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu li taw dan is-servizz minn Janar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #16990 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Biedja u Sajd — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat bejn id-dipartiment ta' l-edukazzjoni, l-istitut ta' l-agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta u d-dipartiment ta' l-agrikoltura u sajd, bil-għan li l-oqsma tal-biedja u sajd ikunu integrati fil-programm edukattiv ta' l-iskola sajf? Meta saru min kien preżenti u xi programm tfassal sabiex jgħin lit-tfal Maltin u Għawdxin li se jattendu l-iskola sajf ikollhom aktar għarfien u edukazzjoni dwar dawn l-oqsma li minnhom tant tiddependi l-provvista ta' l-ikel tal-poplu tagħna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għanijiet ewlenin wara l-programm edukattiv ta' Skola Sajf huma:- 1. L-istudenti tal-B.Ed ikollhom esperjenza diretta ta' tagħlim li tgħinhom fil-karriera futura tagħhom. 2. It-tfal li jattendu Skola Sajf ikollhom ċans jesprimu l-kreattivita` tagħhom li x'aktarx ma tkunx possibbli tul is-sena skolastika. Informat ukoll li l-iSchool Co-Ordinators li jmexxu l-proġetti ta' Skola Sajf huma liberi li jagħmlu dawk il-kuntatti li jidhrilhom li jkunu fl-interess ta' l-istudenti tal-B.Ed u tat-tfal li jattendu. Dawn jista' jkun li jkunu jinkludu fost l-oħrajn l-oqsma tal-biedja, agrikoltura u sajd.
Leg 9 PQ #16991 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-livell primarju u sekondarju tal-gvern li kellhom xi inċidenti waqt it-trip ta' l-iskola? X'ikkawża dawn l-inċidenti u x'passi ttieħdu? X'servizzi joffri d-dipartiment lill-iskejjel f'ċirkostanzi bħal dawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #17221 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema skejjel statali ser isirilhom xogħol ta' manutenzjoni fis-sajf li ġej? Jista', f'kull każ, jgħid x'tip ta' xogħol ser isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #17251 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MPFA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar s'issa mill-ministeru mal-għaqda tal-MPFA biex jingħataw bini bl-istess kriterji ta' għaqdiet sportivi oħra f'Ta' Xbiex biex minn hemm imexxu l-ħidma tagħhom għall-ġid tat-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li uffiċjali tal-Malta Playing Fields Association kienu ltaqgħu mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Matul din il-laqgħa kienet ġiet diskussa l-possibilita` li l-art f'Ta' Xbiex li qiegħda tokkupa l-MPFA tiġi mgħoddija lilhom permezz ta' Riżoluzzjoni Parlamentari. Il-każ kien ġie riferut lill-Kunsill Malti għall-Isport biex jinbdew il-proċeduri meħtieġa. Wara laqgħat li saru maċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, beda l-proċess amministrattiv fuq it-talba tal-MPFA. Bħalissa qed nistennew li jkun hemm 'clearance' mid-Dipartimenti konċernati.
Leg 9 PQ #17253 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sir Adrian Dingli

Question

Peress li bħalissa x-xogħol fuq il-bini tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke jinsab wieqaf, jirriżultalu l-Ministru li fuq il-lant tax-xogħol hemm perikli għat-tfal u l-istaff?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #17279 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal fis-sitt klassi tal-primarja ta' l-iskejjel governattivi ta' Malta u Għawdex tul din is-sena skolastika? Kemm minnhom qagħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum? Kemm għaddew minnhom: (a) f'ħames suġġetti; (b) f'erba' suġġetti; (ċ) fi tliet suġġetti; (d) f'żewġ suġġetti; u (e) f'suġġett wieħed?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra