Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju ta' l-Istatistika — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Uffiċċju ta' l-Istatistika mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perijodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fl-Uffiċċju Ċentrali ta` l-Istatistika.

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta plc mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu msemmi, il-Kumpaniji Air Malta impjegati 7 persuni bħala Cabin Crew fuq bażi temporanja, 21 persuna bħala skrivani fuq bażi part-time u 29 persuna oħra bħala loaders jew cleaners ukoll fuq bażi part-time. L-ingaġġ sar permezz ta` proċeduri normali tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u mhux permezz ta` xi sejħa għall-applikazzjonijiet.

Maltacom — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Maltacom plc mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu li għalih qed issir riferenza ġie mpjegat ħaddiem wieħed fil-grad ta` Graduate Professional Officer Engineering (Electrical). Is-sejħa pubblika biex jimtela` dan il-grad ħarġet fil-31 ta` Lulju 1998.

M.I.A. — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-M.I.A. mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Malta International Airport ma mpjegatx ħaddiema ġodda matul il-perijodu in kwistjoni.

MSCL — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-MSCL mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu msemmi ġew impjegati tlett uffiċċjali eżekuttivi fil-Malta Shipbuilding. L-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi kienu ħarġu u ġew pubblikati fis-26 ta` Lulju 1998.
Leg 9 PQ #7273 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mosta — Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni għal bozza 120/39/2/73 ġewwa l-Mosta tiġi pproċessata minħabba li l-area hija mudlama u hemm diversi rapporti li qed tiġi frekwentata minn drug abusers?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex titwaħħal bozza fil-post imsemmi qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.
Leg 9 PQ #7313 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport Terminal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-gvern kontra l-Freeport Terminal li għax sfidat id-drittijiet tal-ħaddiema weħlet $7.5 miljun Amerikan bejn l-1 u t-2 ta' Frar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma nistax nifhem kif tilwima industrijali bejn min iħaddem u l-ħaddiema tista` tiġi interpretata bħala sfida għad-drittijiet tal-ħaddiema. Fil-każ partikulari tajjeb jingħad li l-kwistjoni kienet ġiet solvuta dakinhar stess għas-sodisfazzjon tal-partijiet kollha.
Leg 9 PQ #7315 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Crane TA RTG

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara u x'ħareġ mir-riżultat ta' l-inkjesta li saret fuq crane TA RTG fit-13 ta' Mejju, 1997 ġewwa l-Freeport Terminal?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li konsulent indipendenti għamel l-investigazzjonijiet tiegħu, u wasal għall-fehma li l-ħsara li ġrat fid-data msemmija lill-crane ta` RTG kienet waħda aċċidentali u ma kienx hemm l-ebda nuqqas minn xi parti.
Leg 9 PQ #7341 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' nies li ġew impjegati ma' l-Air Malta minn Settembru 1998 'l hawn? Jista' jgħid f'liema gradi u n-numru f'kull grad?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-5 ta` Settembru 1998 sa llum, l-Air Malta impjegat total ta` 95 ħaddiem f`dawn il-gradi: Skrivani 1 Skrivani fuq bażi part-time 26 Messaġġier 1 Cabin Crew fuq bażi temporanja 7 Loader-Cleaners fuq bażi part-time 60
Leg 9 PQ #7360 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zebbuġ — Triq Sindku P. Vella - Dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4379, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dettaljata dwar x'passi ttieħdu sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li diġa` inbeda xogħol ta` rinfurzar tas-sistema ta` vultaġġ baxx u twaħħlu l-brackets biex ikunu jistgħu jgħaddu l-linji minn fuqhom. Ix-xogħol ta` dawn il-linji għandu jitlesta fi żmien qasir sabiex b`hekk titlesta l-ewwel fażi tal-proġett. Barra minn hekk huwa ppjanat li jitpoġġa feeder ġdid sabiex ikun hemm soluzzjoni finali għall-problema ta` vultaġġ baxx.
Leg 9 PQ #7368 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Xogħlijiet ta' secondary cable

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6795?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kuntrattur li ingħata t-tender għal xogħolijiet ta` tqegħid ta` secondary cable tal-Maltacom hu Fenech Bros & Sons Ltd. S`issa saru 22 biċċa xogħol f`20 lokalita`.

Uffiċċju ta' l-Istatistika — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6464 magħmula mill-Onorevoli Interpellant.

Enemalta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Enemalta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-perijodu in kwistjoni, 32 persuna ġew re-deployed f`sezzjoni differenti minn dik li kienu fiha. Impjegat ieħor ġie re-deployed b`mod temporanju. Dawn ir-redeployments saru għar-raġunijiet segwenti:- 10 Fid-Diviżjoni ta` l-Elettriku minħabba eżiġenzi tax-xogħol fil-power station jew fid-distretti 6 minħabba ristrutturizazzjoni fil-livell maniġerjali 4 sabiex impjegati Għawdxin ikunu aktar lejn it-tramuntana ta` Malta 4 għal raġunijiet personali u bżonnijiet umanitarji 4 kienu fuq `light duty` minħabba xi korriment fuq xogħol jew limitazzjonijiet li għandhom biex jagħmlu xogħolhom kollu 2 kienu diga` qegħdin jagħmlu xogħol fis-sezzjoni 1 qiegħed misluf f`wieħed mill-Ministeri. Jista jkun meħtieġ li jsiru re-deployments oħra fil-futur. Dan isir skond l-esiġenzi tax-xogħol u bżonnijiet umanitarji.
Leg 9 PQ #7110 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati ma' l-Air Malta u f'liema gradi qegħdin? Jista' jgħid jekk ġewx impjegati nies ġodda mal-kumpannija mill-bidu ta' din is-sena 'il hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta` impjegati ma` l-Air Malta sat-30 ta` April 1999 kien ta` 1938, imqassmin hekk: Manaġerjali 186 Klerikali 683 Industrijali 448 Inġiniera 48 Tekniċi 96 Cockpit staff 128 Cabin crew 249 It-tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija hija fl-affermattiv.

Indiċi tal-Prezzijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5650, jista' l-Ministru jgħid x'irid ifisser bil-kliem "l-ispiżerija tiġi onorata tirranġah", li uża fi tweġiba li tani?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba għall-mistoqsija numru 5650 kien hemm żball tat-typing fil-frażi li għaliha qed issir riferenza. Fil-fatt flok il-kelma `onorata` trid tidħol il-kelma `ordnata` biex b`hekk din l-istess parti tal-mistoqsija tinqara `l-ispiżerija tiġi ordnata tirranġaħ`.

Uffiċċju ta' l-Istatistika — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Uffiċċju ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu msemmi ma sarux trasferimenti ta` ħaddiema fl-Uffiċċju Ċentrali ta` l-Istatistika.

Dipartiment tal-Konsumatur — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tal-Konsumatur? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma kienx hemm trasferimenti ta` ħaddiema fid-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur matul il-perijodu msemmi.

Air Malta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Air Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu in kwistjoni, kien hemm 24 trasferiment minn fost madwar 2,000 persuna li tħaddem il-Kumpanija Air Malta. F`kumpanija ta` din l-entita`, it-trasferimenti jkunu meħtieġa skond l-esiġenza tas-servizz u ma nistax nara li ma jkunx hemm bzonnhom ukoll fil-futur.

Maltacom — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fil-Maltacom? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu msemmi, in-numru ta` impjegati li ġew trasferiti minn taqsima għal oħra tal-Maltacom kien ta` 47. Dawn it-trasferimenti saru fid-dawl tal-Job Evaluation Exercise u minħabba ħtiġijiet oħra ta` servizz.

MIA — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-MIA? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu imsemmi ma ngħata ebda trasferimenti fil-Malta International Airport. It-trasferimenti jsiru skond il-bżonnijiet tal-Kumpanija biex tipprovdi servizz tajjeb lill-klijenti.