Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal-Millieri – proġett

Question

Jista' l-Ministru jagħti: i) in-nefqa totali li saret fuq il-proġett ta' Ħal Millieri mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq; ii) break down ta' din-l-ispiża; iii) min kienu l-kuntratturi u kemm tħallsu; u iiii) jekk jeżistix maintenance agreement tal-proġett, u jekk iva, kemm jiswa fis-sena u kif ingħatat ir-responsabilità?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li l-proġett imsemmi huwa finanzjat b’fondi Ewropej mill-iskemi Measures 313 u 323 . In-nefqa globali hija ta’ €410,450.80 ewro skont kif ġej: · Med Developers – €12,943.17 · Enemalta – €5,907 · Camray – €343,630.04 · Heritage Enterprise – €22,473.41 · HD Entertainment – €21,648.85 · Euroclean – €2,830.51 · Pavimenti – €898.82 · MEPA – €120.00 Infurmat ukoll li ma hemmx maintenance agreement.

Kunsilli lokali – xiri ta’ bankijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra; a) kemm hu n-numru u l-ammont totali ta’ bankijiet mixtrija mill-kunsilli lokali mingħand il-kumpanija GreenMT; b) kemm inxtraw minn dawn il-bankijiet mingħand il-kumpanija GreenMT minn kull kunsill lokali; u ċ) b'liema mod inxtraw dawn il-bankijiet mill-kunsilli lokali jekk hux b' tender jew by direct order ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ebda kunsill lokali ma xtara bankijiet mingħand il-kumpanija GreenMT. Infurmat iżda mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn li hu ngħata bankijiet mingħand GreenMT. Dan wara li l-Kunsill Lokali ddeċieda li minflok jingħata ħlas fi flus jingħata l-ammont ta’ flus dovut f’bankijiet. Il-Kunsill kien għadu kif kien ħareġ sejħa għall-offerti fuq bankijiet fl-2010 għal Ġnien Charles Clews u kien irrakkomanda lil dan il-kuntrattur peress li l-bankijiet kienu ta’ kwalità tajba u ħafna orħos minn offerti sottomessi minn kuntratturi oħra.

Kunsill Lokali tal-Birgu – armar ta’ scaffolding

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8901 u jgħid kemm kien il-ħlas li talab il-Kunsill Lokali tal-Birgu biex seta’ jiġi armat scaffolding mal-faċċata tal-Knisja u l-Kunvent tas-Sorijiet tal-Klawsura ta’ Santa Skolastika fil-Birgu, liema scaffolding intuża biex isir restawr tal-faċċata ta’ dan il-kunvent u knisja storika?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Birgu li l-ħlas mitlub kien kif stipulat mill-liġi.

Playgrounds — spezzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8965, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ħa, u/jew x'azzjoni qed jieħu, lokalità b'lokalità dwar il-playgrounds li huma taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali u li ġew irrakomandati biex jingħalqu mill-MCCAA? jista' jgħid liema minn dawn il-playgrounds li ġew rakkomdandati li jingħalqu għadhom miftuħin?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa — uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar minn liema uffiċċji/spazji oħra qed jopera l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jopera minn Numru 126 fi Triq il-Mitħna l-Ġdida fil-Mellieħa.

Karnival — organizzazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8249, jista’ l-Ministru jgħid liema konsorzju ngħata direct order biex jarma l-arena tal-Karnival 2014 u dak konness magħha? Jista’ jgħid kif instab dan il-konsorzju? Kemm kienet l-ispiża totali li tħallas jew se jitħallas lil dan il-konsorzju?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsorzju li ħa ħsieb ix-xogħol hu reġistrat taħt isem TEC Limited. Matul is-snin il-Kumitat tal-Karnival tkellem ma’ diversi entitajiet u individwi fil-qasam biex jistħarreġ min jista’ jissodisfa l-aħjar esiġenzi meħtieġa għall-post fejn kellha tintrama l-arena tal-Karnival. Dan kollu sar fuq l-istess bażi kif sar fl-2011 u fl-2012 meta l-organizzaturi tal-karnival kienu f’sitwazzjonijiet simili. L-ispiża totali tammonta għal €49,152.54 (bla VAT).

Karnival — organizzazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8249, jista’ l-Ministru jgħid x’tenders inħarġu għall-Karnival 2014? Kemm ġew sottomessi kwotazzjonijiet għal kull xogħol li sar u li kienet mitluba kwotazzjoni? Kemm kien l-ammont ta’ kull kwotazzjoni? Min ingħata x-xogħol u kemm kien il-valur għal kull kwotazzjoni mitluba?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għar-risposta 8804.

Karnival — organizzazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8249, jista’ l-Ministru jgħid xi kwotazzjonijiet intalbu għall-Karnival 2014? Kemm ġew sottomessi kwotazzjonijiet għal kull xogħol li sar u li ntalbet kwotazzjoni? Kemm kien l-ammont ta’ kull kwotazzjoni? Min ingħata x-xogħol u kemm kien il-valur għal kull kwotazzjoni mitluba?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għar-risposta 8804.

Kumitat tal-V18 — attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru attivitajiet u inizjattivi s’issa mill-kumitat tal-V18? Meta saru dawn l-attivitajiet u fiex kienu jikkonsistu?

Response (BONNICI, OWEN)

Minn meta l-Belt Valletta ingħatat it-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018 fit-12 t’Ottubru 2012, il-Fondazzjoni Valletta 2018 tellgħet mal-erbgħin attività u inizjattiva. Dawn kienu jikkonsistu minn attivitajiet u inizjattivi marbutin mal-oqsma varji tal-iprogrammar tal-Fondazzjoni, jiġifieri attivitajiet ċelebrattivi, attivitajiet performattivi, sessjonijiet u programmi ta’ taħriġ, sessjonijiet ta’ ħidma, konferenzi u seminars u attivitajiet tal-komunità.

Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali — PR u media events

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?

Response (BONNICI, OWEN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsill Lokali tal-Birgu – armar ta’ scaffolding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li talab il-Kunsill Lokali tal-Birgu biex seta’ jiġi armat scaffolding mal-faċċata tal-Knisja u l-Kunvent tas-Sorijiet tal-Klawsura ta’ Santa Skolastika fil-Birgu, liema scaffolding intuża biex isir restawr tal-faċċata ta’ dan il-kunvent u knisja storika?

Response (BONNICI, OWEN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsilli Lokali – Attivitajiet Kulturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħadu għajnuna finanzjarja marbuta mal-iskema tal-attivitajiet kulturali l-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa, ta’ San Pawl il-Baħar u tan-Naxxar sena b'sena bejn l-2009 u l-2014? Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawn l-attivitajiet u jinkludi wkoll dawk li se jsiru matul is-sena 2014 fl-istess kunsilli?

Response (BONNICI, OWEN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsilli Lokali – Attivitajiet Sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-attivitajiet sportivi li se jiġu organizzati mill-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar li se jkunu qed jibbenefikaw mill-iskema li l-Gvern nieda b'rabta mal-isport għal matul is-sena 2014? Jista' jgħid jekk l-istess tliet kunsilli bbenefikawx minn skema simili matul is-sena 2013? Jekk iva, liema kienu l-attivitajiet sportivi li ġew organizzati?

Response (BONNICI, OWEN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — PR u media events

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività, kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala media events kellna dawn it-totali: Marzu xejn April xejn Mejju 1 Ġunju 5 Lulju 2 Awwissu 1 Settembru 1 Ottubru 4 Novembru 2 Diċembru 2 Jannar 18 Frar 7 Marzu 7 Kull event ġiet tiswa medja ta’ madwar €250. F’dan il-perijodu ġew stampati s-segwenti materjali bis-segwenti dettalji: Kuntrattur Attivita Data Xahar Total: 13,220.02 Ikona Finanzjament tal-Partiti Politici - White Paper - Booklet Design 03/02/2014 Feb-14 566.40 Velprint Finanzjament tal-Partiti Politici – Printing of Booklets + Sample 31/01/2014 Jan-14 577.50 Ikona WhistleBlower Leaflet - Design 30/12/2013 Dec-13 246.62 Government Printing Press Whistleblower Leaflet - Printing 30/12/2013 Dec-13 666.18 Ikona Justice Reform 3rd Report Book Cover and CD Cover Design 29/11/2013 Nov-13 330.40 Government Printing Press Justice Reform 3rd Report - Printing 30/12/2013 Dec-13 3927.16 Union Print Justice Reform Report - CD FOLDER 29/11/2013 Nov-13 112.10 Velprint Justice Reform 2nd Report – Printing 13/09/2013 Sep-13 4200.00 Ikona Justice Reform 1st Report - Design 05/06/2013 Jun-13 330.40 Union Print Justice Reform 1st Report - Printing 11/06/2013 Jun-13 1906.90 Ikona Gvern li Jisma' 2013 ADVERTS TIMES & Orizzont 20/06/2013 Jun-13 356.36 TOTAL € 13,220.02 F’kull każ ġew segwiti r-regoli taċ-ċivil, jiġifieri li fejn kien hemm ħtieġa li jinġabru tliet kwotazzjonijiet, sar propju hekk. Skont ir-regoli taċ-ċivil, sejħa pubblika hi meħtieġa meta l-ħlas de quo jeċċedi s-€6,000. Ebda każ ma kien jaqa’ f’dawn il-parametri.

Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar — xogħlijiet ta' konkos

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien użat konkos mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar bejn l-ewwel ta' Ottubru 2013 u llum u kemm ġie jiswa f'ammont totali? Fejn intuża dan il-konkos u x'kien l-iskop li għalih, għal kull każ, kien użat dan il-konkos? Xi proċedura irid juża bniedem li għandu bżonn xogħol ta' dan it-tip f'xogħlijiet simili fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?

Response (BONNICI, OWEN)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Nefqa fuq telefonati, fuel u safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Ministru jew Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ġustizzja bejn 2008 u 2013? Jista' jgħid kemm nefaq f'mobile telephone calls personali u jgħid kemm nefaq fi fuel għall-karozza personali? Jista' jgħid kemm kellu personal assistants? Jista' jgħid kemm nefaq f'safar għalih u jekk kienx isiefer clubclass jew le? Jista' jgħid kemm ġiet tiswa fi prezz, kera u/jew manutenzjoni l-vettura ministerjali tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.