Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li ma nghata l-ebda xoghol ta' konsulenzi mill-Ministeru ghal Ghawdex lill-kumpanija msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-Segretarjat Privat hemm zewg Konsulenti li flimkien thallsu l-ammont ta' €28,446.15 mid-9 ta' Marzu 'l hawn.
Kartanzjan — Persuni li vvjaġġaw bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li għamlu l-vjaġġ bejn Malta u Għawdex u ma ħallsu xejn għaliex ippreżentaw il-Kartanzjan fis-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013, sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx tindif regolari f’Kemmuna in vista tal-ammont ta’ ġrieden li huwa rrappurtat li hemm u li jingħad li qed jagħmlu ħsara lill-bajd tal-għasafar protetti li jbejtu hemmhekk?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li f'Kemmuna jsir tindif regolari fil-bajjiet u l-inħawi ta' madwarhom matul ix-xhur minn April sa Ottubru.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti elenku ta’ xogħlijiet fit-toroq li se jsiru fit-tliet xhur li ġejjin ġewwa Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogholijiet fit-toroq li huma ppjanati li jsiru mill-Ministeru għal Għawdex matul it-tliet xhur li ġejjin huma;
Triq San Lawrenz - San Lawrenz - Tkomplija ta' rikostruzzjoni tat-triq
Triq Sdieri - Għarb - Asfaltar
Triq Ghar Ilma - Santa Luċija - Asfaltar
Parti minn Triq Ghajn Qatet - Victoria - Asfaltar
Parti minn Triq it-Tigrija - Nadur - Asfaltar
Triq Dahlet Qorrot - Nadur - Tishieh tal-Pont
Parti minn Triq Bullara - Xagħra - Asfaltar
Triq is-Salini - Marsalforn - Asfaltar
Triq Tempju tal-Imramma - Sannat - Asfaltar
Triq ta' Gorf - Xagħra - Bini ta' kanal għall-ilma tax-xita
Triq l-Ispiera - Xagħra - Bini ta' kanal għall-ilma tax-xita
Triq Bardan - Sannat - Xogħol tad-drenaġġ
Junction fi Triq Għajn Qatet u Triq Għajn Qatet - Victoria - Xogħol tad-drenaġġ
Isir patching ta' toroq, xogħlijiet fuq bankini u tiswijiet oħra skont il-bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat jista’ jgħid minn fejn inxtraw u jagħti r-raġuni għaliex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ trasferimenti ta’ ħaddiema li saru mit-12 ta’ Marzu 2013 sallum, fid-dipartimenti u/jew uffiċċji/aġenziji u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X’inhu l-grad ta’ dawn il-ħaddiema? Minn liema għal-liema dipartimenti/aġenziji jew kumpaniji jew uffiċċji ġew trasferiti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjonim mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu kemm kien hemm ħaddiema li ħadu paternity leave, mis-sena 2006 sal-lum, kull sena? F’liema uffiċċji qed jaħdmu dawn il-ħaddiema li ħadu dan il-paternity leave? Kemm kien twil kull perjodu ta’ paternity leave li ttieħed minn kull wieħed minn dawn l-istess ħaddiema?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum, f’kull dipartiment li jaqa’ taħtu, x’kien id-dħul u l-ħruġ taħt kull vot finanzjarju? X’kienet in-nefqa kapitali f’dan l-istess perijodu u għal-liema proġetti sar l-infiq kapitali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-budget approvat f’April 2013 għad-dipartimenti kollha u l-kumpaniji li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid b’kemm ġie imnaqqas f’kull kumpanija u f’kull dipartiment u x’inhi r-raġuni għal dan it-tnaqqis?
Response (REFALO, ANTON)
Ghandi pjacir ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li kien hemm żieda kemm fil-Vot Rikurrenti u kif ukoll f'dak Kapitali li kienet tammonta għal €227,000 u €921,000 rispettivament.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċifri maħruġa miċ-ċensiment li sar fl-2011 li juru kemm kien hemm domanda għar-residenti li hemm ġewwa Għawdex u Kemmuna, kemm minnhom huma Maltin kif ukoll barranin maqsuma skont l-etajiet, kemm hemm minnhom għandhom ID card bil-(M) u kemm minnhom għandhom ID card bil-(G), kemm minn dawn jaqgħu taħt old dependency age? Kemm minn dawn il-persuni jgħixu għal rashom, kemm hemm minnhom jgħixu ma’ xi qarib jew qraba tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Peress li l-WiFi fil-Qorti ta’ Għawdex mhux jaħdem u ilu hekk għal xi ġimgħat, jista’ l-Ministru jara li dan jiġi funzjonabbli minnufih?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li s-servizz tal-WiFi fil-qorti ta' Għawdex ġie rrapurtat bil-ħsara fil-25 ta' Settembru 2013 u immedjatament ttieħdu l-passi kollha biex dan jissewwa. Nikkonferma li s-servizz qiegħed jiffunzjona.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni mill-Gvern f'dawn l-aħħar sitt xhur, kull xahar separatament, jindika l-lokalità fejn saru, jekk ingħatawx b'direct order jew b’tender, min għamel ix-xogħol, kemm dam biex isir u kemm sewa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru trasferimenti ta’ ħaddiema minn dipartiment għal ieħor jew uffiċċju għal ieħor f'Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur, u jgħid minn liema għal liema dipartiment jew uffiċċju saru dawn it-trasferimenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.