Individwu li għadda mill-Ministerial Lounge fl-Ajruport
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, suspettat f'każ ta’ tixħim, kienx Malta fis-sajf li għadda? Jista’ jikkonferma jekk dan l-individwu għaddiex mill-Ministerial Lounge fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u jekk kienx hemm karozza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru tistennieh l-ajruport? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid fuq liema bażi ngħata dan it-trattament l-individwu msemmi? Jista’ jgħid ukoll jekk huwa ltaqax mal-individwu waqt li dan kien qiegħed f'pajjiżna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru m’għamel ebda arrangamenti kif imsemmija fil-mistoqsija tiegħu.
Ma kellix laqgħat mall-individwu msemmi madankollu gie introdott lili b' mod informali għal ftit minuti.
Ninnota li anke l-Onor. Mario Demarco qed joqgħod fuq informazzjoni malizzjuza mxerda fuq l-Internet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Management Board tad-Dwejra f'Għawdex fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadux jiffunzjona? Jekk għadu jiffunzjona, min huma l-membri ta' dan il-Bord u meta l-aħħar li ltaqa'?
Bordijiet, Awtoritajiet u Kummissjonijiet tal-Gvern — persuni minn Għawdex maħtura
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista jgħid f'liema Bord huma maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Jista’ l-Prim Ministru, bħala Kap tal-Gvern u li fost l-oħrajn għandu d-dover li jikkordina l-ħidma tal-bosta ministeri li għandna f’pajjiżna, jieħu l-passi neċessarji biex fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar isir l-investiment infrastrutturali meħtieġ, kemm biex titjieb l-infrastruttura eżistenti kif ukoll biex jiġi assigurat li dawk li joqogħdu f’San Pawl il-Baħar (fil-lokalità kollha) igawdu mill-ġid li l-istess lokalità toħloq? Dan għaliex minkejja l-ammont sostanzjali ta’ flus li jiġi ġenerat għall-Gvern minn din il-lokalità, dan id-dħul ma jmurx biex titjieb din il-lokalità u allura, f’dan is-sens kif wkoll fid-dawl li minn April 'il quddiem suppost ser tibda tinġabar miżata ta’ 50 ċenteżmu għal kull lejl li t-turisti jqattgħu f’pajjiżna, jista’ l-Prim Ministru jara li jsir l-investiment neċessarju f’din il-lokalità?
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – kariga ta’ persuna
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23372, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li din ir-rakkomandazzjoni saret wara li l-ewwel rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku kienet mibgħuta lura mill-Prim Ministru lill-istess Kummissjoni? Jista’ jpoġġi kopja tal-istess deċiżjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku fuq il-Mejda tal-Kamra?
Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern – arretrati ta’ kirjiet u ċnus
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23457 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ arretrati ta’ kirjiet u ċnus (maqsumin separatament) dovuti lid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern fi tmiem l-2013, l-2014 u l-2015?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol mill-Gvernijiet Nazzjonalisti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew kumpanija jew trust jew entità ta’ xort’oħra li hu għandu xi sehem fiha, mill-1998 s’issa? Jista’ jiġi indikat jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kollox elenkat kronoloġikament u biċ-ċifri indikati?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol mill-Gvernijiet Nazzjonalisti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew kumpanija jew trust jew entità ta’ xort’oħra li hu għandu xi sehem fiha, mill-1998 s’issa? Jista’ jiġi indikat jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kollox elenkat kronoloġikament u biċ-ċifri indikati?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol mill-Gvernijiet Nazzjonalisti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew kumpanija jew trust jew entità ta’ xort’oħra li hu għandu xi sehem fiha, mill-1998 s’issa? Jista’ jiġi indikat jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kollox elenkat kronoloġikament u biċ-ċifri indikati?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħol mogħti lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23428, jista’ l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni kollha li ħadu dawn il-konsulenzi u jagħti, b’mod separat, id-dettalji tal-ħlasijiet u l-perkaċċi kollha li ħadu dawn l-istess persuni, sena b’sena b’mod separat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li d-ditta legali li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor Interpellant ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Awtorita’ tal-Ambjent u l-Ippjanar.
Il-ħlasijiet li saru lil din id-ditta legali, sena b’sena mill-1999 sal-2013, u li kienu jammontaw għal €162,897.47 huma kif jidhru hawn taħt.
1999
9,643.61
2000
11,005.12
2001
13,551.18
2002
10,313.30
2003
10,118.80
2004
11,419.47
2005
13,871.30
2006
11,324.48
2007
10,323.20
2008
10,816.63
2009
10,478.93
2010
11,673.42
2011
11,700.98
2012
9,897.84
2013
6,759.21
Minn informazzjoni mogħtija lili mill-Awtorita tal-Ambjent u l-Ippjanar hemm dokumentazzjoni li turi li kienet saret sejha għall-applikazzjonijiet fl-1993, minn fejn jidher li joħrog l-għoti ta’ dan is servizz ta’ konsulenza.
Dipartiment tal-Artijiet – Xgħajra – sejħa għall-offerti għall-qbiela
Question
Jista’ l-Prim Ministru jara jekk hux possibbli li tintlaqa’ t-talba li saret lid-Dipartiment tal-Artijiet Ref. No. 6019/2015 u Ref. No.1165/2016 biex tinħareġ sejħa għall-offerti għall-qbiela fil-limiti tax-Xgħajra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess biex toħroġ sejħa għall-offerti qiegħed fis-seħħ. Din is-sejħa ser toħroġ meta l-Kummisjoni mqabbda mill-Prim Ministru biex tissorvelja ix-xogħolijiet tad-Dipartiment tal-Artijiet tagħti l-permess tagħha għall-ħruġ ta’ din is-sejħa.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni dwar l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kif mitluba f’mistoqsija parlamentari 18681?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-MEPA fasslitx il-policies tagħha marbuta ma’ sea reclamation (land reclamation tal-baħar)? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ din il-policy fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk il-MEPA għandhiex tali applikazzjonijiet pendenti magħha, u jekk iva, fejn?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-pjan strateġiku (SPED) jagħti direzzjoni ta’ policy dwar is-suġġett.
Il-MEPA m’ghandha l-ebda applikazzjoni pendenti.
Applikazzjonijiet pendenti biex tintefa ħamrija fuq il-blat
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex tintefa ħamrija fuq il-blat? Jekk iva, fejn u kemm hemm tali applikazzjonijiet, raħal raħal? Kemm ġew approvati u rifjutati, raħal raħal, kull sena bejn 2013 u din is-sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninab informat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li l-istess Awtorita għandha quddiemha 45 applikazzjoni relatati ma’ depożitu ta’ ħamrija u mis-sena 2013 sal-lum approvat u rrifjutat 44 applikazzjoni għall-istess tip ta’ żvilupp.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabelli mhejjija mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, bl-informazzjoni kif mitluba mill-Onoroveli interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba. Għar-rigward tal-MEPA ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
B' referenza għall-mistoqsija parlamentari 22612, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm intefqu flus fuq iż-żamma tad-dar proprjeta tal-Gvern magħrufa bħala Villa Francia, f’Ħal Lija bejn Marzu 2013 u Diċembru 2016?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li Villa Francia kif kienet fl-aħħar leġi¿latura, illum ukoll hija residenza tal-Prim Ministru anki jekk jien u l-mara tiegħi għazilna li nibqgħu ngħixu fir-residenza privata tagħna. Dan ifisser li minn żmien għal żmien ikun hemm bzonn ta’ investimenti fiż-żamma ta’ dan il-post.
L-ispiża matul l-2013, l-2014 u l-2015 fuq iż-żamma ta’ dan il-post kienet ta’ €90,332. Minħabba li qed inwieġeb din il-mistoqsija f’Marzu 2016 ma nistax nagħti t-tagħrif kif mitlub mill-Onor Interpellant - sa Dicembru 2016. Iktar minn terz ta’ din l-ispiza kienet relatata ma’ service agreements, maintenance u upgrades tas-sistemi tal-alarm, CCTVs, ACs, lifts u generators.
Kif kien tħabbar pubblikament fl-2014, kienu allokati fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali sabiex jiġu restawrati partijiet minn Villa Francia, wara li kien instab li l-proprjetà kien jinħtiġilha diversi interventi sabiex terġa’ jingħata l-ħajja li tixraqilha. Dan għaliex fil-passat din tħalliet taqa’ fi stat ta’ abbandun.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li taħt l-amministrazzjoni preċedenti bejn l-2007 u l-2012 - perjodu li matulu sar il-ftuħ uffiċjali ta’ Villa Francia - l-ispiża fuq iż-żamma ta’ dan il-post kienet ta’ €1.2 miljun. Fost l-ispejjez kbar f’dawn is-snin kien hemm €330,000 fuq għamara, sofas u siġġijiet u €50,000 fuq purtieri u kotba.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor Interpellant li meta fl-aħħar leġiżlatura deputati tal-Oppozizzjoni talbu informazzjoni dwar Villa Francia kien hemm okka¿jonijiet fejn il-Prim Ministru ta’ dak in-nhar kien wieġeb li l-informazzjoni mitluba kienet tirrikjedi ħafna xogħol u ma ingħatatx (PQ 26,428 - Seduta 373 - Legizlatura XI).
Jista' l-Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex titnaddaf biċċa art li tinsab fi Triq Pietru Feliċi ġewwa Ħal Qormi kif ukoll biex jinbena l-ħajt li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jdawwar din l-art skont kif stipulat fil-liġi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-art li tinsab fi Triq Pietru Feliċi f’Ħal Qormi mhiex proprjetà tal-Gvern. Għaldaqstant id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern mhuwiex responsabbli mit-tindif ta’ din l-art u għall-bini tal-ħajt.
Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali – rapport annwali — każijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex fi tliet każijiet, minn sitta li ġew eżaminati mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali għas-sena 2014, għal dak li jikkonċerna l-Fondazzjoni għaċ-Ċelebrazzjonjiet Nazzjonali ħarġu direct orders li għalihom ma ġietx segwita l-proċedura normali ta' tenders, u dan minkejja l-fatt li l-ammonti nvoluti kienu kbar u jirrikjedu tenders, skont ir-regoalmenti dwar kuntratti pubbliċi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-punt imqajjem minnu kien diskuss mill-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubblici tas-27 ta’ Jannar 2016 fejn inghataw l-ispjegazzjonijiet kollha mitluba waqt diskussjoni fuq il-parti tar-rapport annwali għas-sena 2014 tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar l-Ufficcju tal-Prim Ministru.