Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji se jinħatar il-kunsill il-ġdid tal-Malta Racing Club?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ħatra tal-Kumitat il-ġdid tal-Malta Racing Club ser issir skond il-kriterji stabbiliti u li ġew imħaddna tul is-snin kemm ilu jiġi maħtur dan il-Kumitat.
Dipartiment ta' l-Arkitettura u Inġinerija — Lecturers
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17269?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita` għandha sittax-il membru ta' l-istaff akkademiku fi ħdan il-fakulta` ta' l-Architecture and Civil Engineering, imqassma kif ġej:
Full-time; 12-il impjegat, li minnhom:
----------------------------------------
1 Professor
7 Senior Lecturer
3 Lecturer
1 Research Assistant
Part-time; 4 impjegati, li minnhom:
--------------------------------------
2 Senior Lecturer
1 Lecturer
1 Assistant Lecturer
Jista' l-Ministru jgħid meta hu ippjanat li jingħataw iċ-ċertifikati lil dawk l-istudenti li spiċċaw b'suċċess il-kors tal-Middle Management and Construction li kien ġie organizzat mill-Universita' flimkien mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ċ-ċertifikati tal-kors fil-Middle Management ġew ippreparati mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet u għandi informazzjoni li issa huma lesti u dalwaqt jingħataw lil dawk li temmew il-kors b'suċċess.
Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati li jirċievu s-salarju tagħhom mid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi ta' l-istess ministeru filwaqt li jgħid x'salarji, benefiċċji u allowances oħra dawn jitħallsu fix-xahar kif ukoll xi trasferiment ta' fondi jagħmel l-istess dipartiment u għal liema individwi lill-entitajiet oħra bħala flus f'salarji jew allowances f'każ fejn individwi huma on secondment, on loan, jew inkella t-trasferiment uffiċjali tagħhom ikun għadu ma sarx?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex iddeċieda li d-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jitwaqqaf milli jkompli jkun responsabbli mill-bini ta' skola tas-subien fin-Naħa t'Isfel ta' Malta biex minflok dan id-dipartiment tqabbdu persuni mill-engineering office tal-Korporazzjoni tal-Freeport? Ma jħossx il-Ministru li aħjar ma twaqqfu xejn is-servizzi tad-Dipartiment imsemmi, aktar u aktar meta d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kienet ingħatat tant servizz tajjeb fuq il-Bini tal-Liċeo tal-Bniet ta' Santa Luċija? Jista' għaldaqstant il-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazjoni għal din id-deċiżjoni tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, għadu jieħu s-servizzi li joffri d-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Is-servizzi ta' din it-Taqsima qed jingħataw lill-Ministeru fuq diversi xogħlijiet f'dipartimenti differenti li jaqgħu taħtu.
Inħasset il-ħtieġa li jitqassam ix-xogħol eżistenti u ieħor ġdid u li jinkisbu s-servizzi tat-Technical Services Section tal-Malta Freeport biex tkun tista' tiżdied il-ħidma minħabba l-programm li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għandu biex iwettaq fil-qasam edukattiv. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħadet in konsiderazzjoni l-programm ta' ħidma fit-tqassim tax-xogħol meħtieġ.
Jista' l-Ministru jagħti b'mod dettaljat l-allokazzjoni tal-fondi li ngħatat kull skola fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar, 1995 sal-lum mill-Vot tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni msejjaħ Equipment and Furniture in Schools Vote?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7371 tas-26 ta' Mejju 1999, cioe' jgħid x'tip ta' riorganizzazzjoni hemm maħsuba biex ikun hemm struttura li tieħu ħsieb ix-xogħlijiet kapitali fl-iskejjel tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Konxju l-Ministru li l-amministrazzjoni preċedenti kienet tat l-approvazzjoni biex tali struttura titwaqqaf biex l-affarijiet f'dan il-qasam isiru b'mod aħjar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-manutenzjoni normali fuq skala żgħira ta' l-iskejjel, kull fejn ikun possibbli, titħalla f'idejn il-Kap u l-Kunsill ta' l-Iskola f'sistema deċentralizzata fejn l-iskola tingħata l-fondi allokati għal dan il-għan, skond il-kondizzjoni u l-eta` tal-bini u t-talbiet magħmulin matul is-sena.
Twaqqfet it-Technical Services Section, immexxija minn Operations Manager, u qed tkun żviluppata gradatament skond il-bżonnijiet u l-kompetenzi meħtieġa. F'dan il-qasam qed jagħti sehem importanti l-Office of Review, tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li jsegwi mill-qrib l-andament tax-xogħol. Din is-sezzjoni hi intiża biex tagħti l-appoġġ meħtieġ miċ-ċentru lill-iskejjel f'dak li għandu x'jaqsam ma' xogħol aktarx impenjattiv, l-aktar wara talba li ssir mill-Kap ta' l-Iskola. Ix-xogħol isir skond priorita` u urġenza. Il-Kapijiet ta' l-Iskejjel ingħataw it-tagħrif meħtieġ kif u meta jitolbu dan is-servizz. L-uffiċjal responsabbli mill-ħarsien tas-saħħa fl-iskejjel jirrapporta u jirrakkomanda regolarment dwar bżonnijiet fl-iskejjel li b'xi mod jistgħu jaffettwaw is-saħħa tat-tfal.
Fl-istess ħin, minn żmien għal żmien, il-Kapijiet ta' l-Iskejjel jintalbu jindikaw xi bżonnijiet jidhrilhom li għandhom l-iskejjel tagħhom biex ikunu aktar sani f'ambjent aktar edukattiv. F'dan il-qasam, qed ikompli jitwettaq programm ta' manutenzjoni u titjib fl-iskejjel fuq skala kbira matul is-sajf, anke bil-kollaborazzjoni ta' għadd ta' Kunsilli Lokali.
Il-Head of School Buildings flimkien mal-unit tiegħu jimmaniġġa l-programme ta' bini, manutenzjoni u estensjoni ta' skejjel matul is-sena. Dan il-unit għandu l-appo.. amministrattiv ta' Assistent Direttur li jaqa' taħt ir-responsabbilta` diretta tad-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni. Jingħata appoġġ tekniku speċjalizzat, fejn hemm bżonn, kemm mill-Malta University Services, mill-Works Division tal-Ministeru ta' l-Ambjent, u mit-Technical Services Section tal-Malta Freeport, wara l-ftehim li ntlaħaq, biex titkattar l-effiċjenza u l-produttivita` fil-bini, manutenzjoni, tkabbar u modernizzar ta' l-iskejjel skond il-programm kbir ta' xogħlijiet li jrid jitwettaq.
Qed ikompli l-istudju u anke qed jittieħdu passi meħtieġa biex l-iskejjel isiru gradatament aktar aċċessibbli fiżikament, skond prioritajiet stabbiliti, biex ikunu konformi mal-Liġi għal Opportunitajiet Indaqs.
Barra mix-xogħol li jsir direttament mit-Technical Services Section tal-Ministeru, jingħata ħafna xogħol permezz ta' sejħiet għal tenders lil kuntratturi privati.
L-Office of Review qed ikompli jsegwi x-xogħol kapitali imwettaq mill-Ministeru u jkompli jagħti l-pariri meħtieġa biex il-programm f'dan il-qasam jitwettaq b'mod effettiv u effiċjenti. Fejn jinħass il-bżonn u s-servizz ma jistax jinkiseb, anke jimtlew postijiet vakanti ta' ħaddiema speċjalizzati.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17318, u peress li skond dikjarazzjoni li tat il-headmistress ta' l-iskola primarja ta' Ħal-Luqa, li dalwaqt jibda xogħol ta' kostruzzjoni u manutenzjoni estensiva, jista' l-Ministru jagħti konferma li matul is-sena 2000 jew f'data definita fil-qrib, ix-xogħol fuq l-iskola primarja se jinbeda bis-serjeta', biex ma tibqax issir xi ħaġa kull meta tinqala' bħalma ġara fix-xitwa ta' din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel privati u/jew kumpaniji privati li huma liċenzjati biex jgħallmu l-computer studies?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond il-lista tal-Commercial Schools li tinżamm fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jirriżulta li ċ-ċentri liċenzjati biex jgħallmu l-computer studies huma:
Nr Isem Lokalita`
1 Agius Tuition Centre Qormi
2 Compex Xomputer Training Centre Blata l-Bajda
3 Computer Advisory Services Sliema
4 Computer Domain Mosta
5 Education Support Services Paola/Ħamrun/Sliema
6 Exor Computer Training Centre Naxxar
7 Hi-Tex Computer CCentre Sliema
8 Holistic Technologies Fgura
9 Shireburn Computer Training Centre Ta' Xbiex
10 St Martin's Educational Services Blata l-Bajda
Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni third level typing ta' l-eżami ta' LCCI, sar qabel il-first level u second level ta' l-istess eżami?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-eżamijiet ta' l-LCCI isiru skond it-"time-table" kif tkun imfassla mill-Bord ta' l-Eżamijiet ta' l-LCCI stess. Għalhekk il-ġranet meta jsiru l-first, second u third level Typing kienu determinati minn dak il-Bord.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema ġurnali u pubblikazzjonijiet lokali u barranin dehru reklami għar-reklutaġġ ta' principal-designate għall-kulleġġ il-ġdid ta' l-arti, xjenza u teknoloġija? F'kull każ kemm kienu l-ħlasijiet li saru? Min awtorizza, f'kull każ, li jsiru dawn ir-reklami bl-ispejjeż involuti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għal diskors kif irrapportat fil-ħarġa ta' In-Nazzjon tat-8 ta' Settembru 1999 fejn qal li "qed ikun ippjanat l-immodernizzar ta' żewġ skejjel tekniċi biex jilħqu l-livell ta' istituti tekniċi "state of the art", jista' l-Ministru jgħid liema huma ż-żewġ skejjel involuti? X'sejra tkun in-nefqa fuqhom? Min qiegħed jagħmel ix-xogħol preliminari ta' disinn ta' dawn l-iskejjel? Se jkun meħtieġ li l-gvern jesproprija art biex ikabbar l-iskejjel involuti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-briefs li sejrin iwasslu għall-immodernizzar ta' dawn l-iskejjel? Jista'jagħti lista tas-suġġetti li sejrin ikunu mgħallma f'dawn l-iskejjel? Hemm il-ħsieb li l-liċeo tas-subien u l-iskola sekondarja tas-subien f'Kordin jiġu akkomodati f'postijiet oħra biex jagħmlu spazju għall-Kulleġġ ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija li sejjer jitwaqqaf?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dawn l-aħħar snin issawwru pariri favur sistema ta' tagħlim u t-taħriġ li twassal għal ċertifikat ta' mill-ewwel sal-ħames livell ta' l-edukazzjoni vokazzjonali.
Din ir-rakkomandazzjoni ġiet aċċettata għaliex tiffaċilita l-progress mil-livell ta' edukazzjoni għall-ieħor u ma toħloqx barrieri artifiċjali bejn l-iskejjel tekniċi u l-kulleġġ.
Bħal issa qiegħed jiġi mfassal pjan biex issir din il-bidla.
Hemm il-ħsieb li l-iskola sekondarja tas-subien f'Kordin tiġi akkomodata fit-Trade School tal-Marsa, biex issir l-espansjoni meħtieġa għall-kulleġġ.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex it-tfal li jattendu l-iskola primarja ta' San Ġiljan jibdew jingħataw il-ħalib tal-kulur bħal ma' jsir fi skejjel oħra peress li sal-lum dan m'huwiex isir?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-deċiżjoni li l-iskola tipprovdi ħalib abjad ittieħdet waqt laqgħa għall-ġenituri imsejjħa mill-Kunsill ta' l-Iskola f'Ġunju 1999 meta ġie diskuss il-provediment tal-ħalib.
Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Ass. Technical Officer
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru l-intervisti għas-sejħa għall-applikazzjoni li kienet ġiet ippubblikata fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti għall-post ta' Assistant Technical Officer (draughtsmanship) fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija numru 17320.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx tfal ta' ċittadini Maltin li jattendu l-iskola li tinsab fil-kumpless tal-Moskea ta' Kordin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond l-informazzjoni li għandna, n-numru ta' tfal li huma Ċittadini Maltin u jattendu l-iskola (Mariam Al-Batool) li tinsab fil-Kumpless tal-Moskea ta' Kordin huwa hekk:
Subien 21
Bniet 17
TOTAL 38
Fid-dawl tad-diskors li sar li f'pajjiżna m'aħniex insibu ħaddiema fejn għandu x'jaqsam ma' l-IT u li lanqas għalliema mħarrġa biex jgħallmu dan is-suġġett fl-iskejjel ma għandna, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir min-naħa tal-ministeru/dipartiment ta' l-edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx tfal ta' ċittadini Maltin li jattendu l-iskola li tinsab fil-kumpless tal-Moskea ta' Kordin? Dawn iħallsu xi miżati? Il-Ministru jaf li l-għalliema hemm huma mħallsin salarju ogħla minn dak ta' l-għalliema tal-Gvern? Billi dan il-post igawdi l-immunita' diplomatika, l-ispetturi ta' l-iskejjel tal-gvern għandhom id-dritt li jidħlu u jagħmlu spezzjoni? Min jiffinanzja dik l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel f'Malta li huma proprjeta' ta' barranin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond il-lista ta' skejjel indipendenti (Non-State Schools) li tinżamm fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, ma jirriżultax li hemm skejjel ta' dan it-tip li huma porprjeta` ta' barranin.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol ta' l-impjegat - ismu qed jintbagħat separatament - fi ħdan id-dipartiment tal-kultura iżda flok ma hu stazzjonat f'Casa Gaspe, fil-Belt, Valletta, huwa stazzjonat fil-bini tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-Furjana, filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-curriculum vitae ta' l-istess individwu u jgħid hemmx il-ħsieb li toħroġ sejħa għall-applikazzjoni għall-post ta' supervisor fl-istess dipartiment tal-kultura?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mhux soltu li għal impjegati ta' dan il-grad tintalab is-CV tagħhom.
Għar-rigward tas-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post ta' Supervisor fid-Dipartiment tal-Kultura ma jirriżultaliex li ħarġu dawn l-applikazzjonijiet. Jekk fil-futur issir, din tkun miftuħa għal kulħadd inkluż impjegati l-oħra kollha tal-Gvern f'dipartimenti oħra.