Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7182 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kennedy Grove — Arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-arbli tad-dawl minn Kennedy Grove sal-Coastline twaħħlu wħud minnhom quddiem il-crash barrier b'periklu serjissimu għas-sewwieqa meta nafu li għadd ta' persuni mietu wara li kienu f'karozzi li ħabtu ma' arbli tad-dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-arbli msemmija twaħħlu maġend il-crash barrier peress li ma kienx fiżikament possibli li jitwaħħlu wara l-barriers imsemmija. Qed isiru diskussjonijiet mad-Dipartiment tat-Toroq sabiex il-crash barrier tiġi mressqa quddiem l-arbli.
Leg 9 PQ #7401 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra hux possibbli li tiġi mdawla t-triq prinċipali li minn niżla tal-Mellieħa tieħu għal Bajja tal-Mistra, skond ma jidhru mill-pjanta li qed tintbagħat separatament, in vista tal-fatt illi din il-bajja tintuża ħafna fis-sajf? Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol isir fix-xahar ta' Ġunju qabel jibda sew is-sajf?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba sabiex tiddawwal it-triq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.
Leg 9 PQ #7130 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek — Tranżazzjonijiet bil-bearer accounts

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-banek qed jiġbru n-numru tal-karta ta' l-identita' ta' dawk kollha li jagħmlu tranżazzjonijiet bil-bearer accounts? Jikkonferma li din it-tip ta' identifikazzjoni tfisser it-tmiem tal-bearer accounts?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li din il-proċedura ilha tiġi adottata għal dawn l-aħħar erba` snin u dan sabiex ikun hemm konformita` mal-provvedimenti ta` l-Avviż Legali numru 195 ta` l-1994 li daħal in vigore fit-30 ta` Diċembru 1994.
Leg 9 PQ #7271 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek — Persuni għomja

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li fejn ikun il-każ meta persuna nieqsa mid-dawl jew għamja tingħata l-informazzjoni kunfidenzjali tagħha mill-banek lokali, din l-informazzjoni tkun jew bil-braille jew fuq PC u/jew b'tip mkabbra skond il-bżonn partikolari ta' l-individwi u d-diżabilita' tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li diġa jeżistu servizz fid-Direct Banking tal-Mid-Med Bank fejn il-klijent jista` jisma informazzjoni rigward bilanċ u entrati fil-kont tiegħu. Barra minn hekk permezz ta` leħnu, persuna nieqsa mid-dawl tista` iċċaqlaq fondi, tħallas kontijiet u Credit Cards, jordna flus barranin u stationery. F`ċertu ħinijiet matul il-jum dawn il-persuni jistgħu ukoll jingħataw informazzjoni u assistenza bil-leħen minn skrivani li qegħdin hemm apposta għal dan il-għan.
Leg 9 PQ #7220 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sunday Trading

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-konsiderazzjonijiet min-naħa tal-gvern biex jieħu pożizzjoni dwar is-Sunday Trading?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Gvern għadu ma adottax policy dwar is-Sunday Trading. Meta jkun il-waqt il-Gvern jagħmel pubblika l-policy tiegħu dwar l-istess.
Leg 9 PQ #7258 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

FOI — Ċanga friska

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn il-Ministeru u l-FOI sabiex tiġi rimedjata l-azzjoni tal-FOI fuq il-laħam taċ-ċanga friska pproċessat lokalment? X'kienu l-punti u s-suġġerimenti tal-Ministeru għal soluzzjoni f'dawn il-laqgħat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Inżammet diversi laqgħat bejn il-Ministeru u l-Federazzjoni ta` l-Industriji dwar il-materja li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant. Matul dawn il-laqgħat sar bdil ta` opinjonijiet dwar il-materja u fil-preżent qed jiġi evalwat x`effett jista` jkollhom il-proposti magħmula.
Leg 9 PQ #7336 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjonijiet Parastatali — Year 2000 Compliant

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx korporazzjonijiet parastatali li rriżultaw li m'humiex Year 2000 Compliant? Jekk iva, liema huma u x'passi rimedjali qed jittieħdu għaż-żmien li baqa'?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7356 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' vetturi tuża l-Korporazzjoni Enemalta (light cars)? Kemm minn dawn il-vetturi huma tal-kiri? Min huma l-persuni li suppost jużawhom? Huwiex permissibbli li dawn il-vetturi jintużaw wara l-ħin tax-xogħol? Jekk iva, minn min jistgħu jintużaw wara l-ħin tax-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Tajjeb jingħad li wieħed irid jifhem li l-Korporazzjoni Enemalta tipprovdi servizz 24 siegħa kuljum u għalhekk it-terminu `wara l-ħin tax-xogħol` ma tantx joqgħod għaliex din il-korporazzjoni l-ħin kollu jkollha ħaddiema li jkunu `on call għal li jista` jinqala`. Għaldaqstant ikun hemm Engineers u Technical Officers li għandhom permess jieħdu l-karozza magħhom.
Leg 9 PQ #7358 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jillumina lill-Kamra dwar ir-raġuni għaliex l-impjegat mal-Kalaxlokk Company, li ismu qed jintbagħat separatament ilu sa mill-1992, bl-istess paga salv iż-żieda statutorja għall-għoli tal-ħajja? Għaliex impjegat ieħor li ġie impjegat mal-Kalaxlokk fil-15 ta' Ġunju, 1994, bl-istess kwalifiki tiegħu jingħata paga ogħla? Jaħseb il-Ministru li wara seba' snin ta' servizz tajjeb u leali, impjegat għandu jkun eliġibbli għal promotion jew żieda fil-paga tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant qed jiġi mistħarreġ u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.

Enemalta — Millenium bug

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi proċeduri ta kawtela neċessarja qegħdin jittieħdu mal-Korporazzjoni Enemalta għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-effetti ta' l-hekk imsejħa millenium bug fl-apparat li jista' jiġi hekk affettwat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni ilha taħdem fuq il-Proġett Y2K għal aktar minn 18 -il xahar. Uffiċjali ta` l-Enemalta għamlu inventarji fuq is-sistemi kollha ta` l-Informazzjoni Technology, kif ukoll l-Embedded Systems, il-hardware kif ukoll l-infrastruttura u t-tagħmir reletat. Inkisbu wkoll assigurazzjonijiet mingħand min iforni lill-Korporazzjoni fit-tagħmir u s-servizzi relatati. Fejn kien hemm bżonn, dawn in-nies kienu wkoll involuti fl-evalwazzjoni, ittestjar u t-twaħħil ta` kwalunkwe non-compliant software, hardware u tagħmir ieħor. Ta` min jinnota wkoll li ħafna mit-tagħmir li hemm fil-Korporazzjoni hu mekkaniku u għalhekk mhuwiex data-sensitive. L-Enemalta qed tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tara li tibqa` tinżamm kontinwita` fis-servizz malli jibda l-millenju l-ġdid.

Maltacom p.l.c. — Millenium bug

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi proċeduri ta kawtela neċessarja qegħdin jittieħdu mal-kumpannija Maltacom p.l.c. għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-effetti ta' l-hekk imsejħa millenium bug fl-apparat li jista' jiġi hekk affettwat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.

Tarzna — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mat-Tarzna mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mat-Tarzna.

WSC — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-WSC mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-perijodu msemmi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma ma mpjegatx ħaddiema ġodda.

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni Enemalta mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perijodu msemmi ġiet impjegata persuna waħda fil-kariga ta` Senior Manager Human Resources. L-applikazzjoni għal din il-kariga ħarġet f`Awissu tas-sena l-oħra.
Leg 9 PQ #7213 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija tal-Films — Kummissarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret is-sejħa biex jiġi maħtur kummissarju għall-industrija tal-films? Kif saret l-għażla tas-Sur Winston Azzopardi? Minħabba f'dan ix-xogħol ġdid, is-Sur Azzopardi se jkompli jaħdem ma' NET TV? X'inhi r-remuneration tiegħu għal dan ix-xogħol ġdid ma' din il-kummissjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.

Sea Malta Co. Ltd. — Millenium bug

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi proċeduri ta kawtela neċessarja qegħdin jittieħdu mis-soċjeta' Sea Malta Co. Ltd. għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-effetti ta' l-hekk imsejħa millenium bug fl-apparat li jista' jiġi hekk affettwat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-Sea Malta ilha sa mill-1987 taħdem fuq pjan ta` azzjoni sabiex tilqa` għall-problema tal-Y2K jew kif inhi komunement magħrufa `millenium bug`. Dan il-pjan beda jiġi implimentat fl-ewwel xhur ta` l-1998. Huwa ttamata li dan il-pjan jintemm sa Settembru li ġej u dak li twettaq s`issa huwa skond il-programm jew jinsab fi stadju aktar avanzat mill-ippjanat. Fit-twettieq ta` dan il-pjan il-Kumpanija qed tieħu ħsieb kemm lil dawk li jipprovdulha servizz u l-klijenti kif ukoll lill-vapuri.

Air Malta — Millenium bug

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi proċeduri ta kawtela neċessarja qegħdin jittieħdu mis-soċjeta' Air Malta Co. Ltd. u l-kumpanniji l-oħra sussidjarji tagħha għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-effetti ta' l-hekk imsejħa millenium bug fl-apparat li jista' jiġi hekk affettwat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7385 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Manholes ta' Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6560?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma taqbel li abbuż bħal dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jista` jikkontamina l-aquifer u għaldaqstant qed tinvestiga dan l-ilment. Infatti uffiċjali tal-Korporazzjoni regolarment jagħmlu spezzjonijiet fil-Wied tat-Troll u Wied il-Baqqija f`Haż-Żebbuġ. Il-Korporazzjoni kontinwament tikkopera mill-qrib mal-Ministeru għall-Ambjent u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar sabiex l-operat ta` stabbilimenti bħalma huma rziezet u garaxxijiet jkunu konformi mal-liġijiet sanitarji u ma jagħtux lok għal tniġġiż.

Malta Freeport Corporation — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Freeport Corporation mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu li għalih qed issir riferenza, ġew impjegati 11 -il persuna ġdida. L-Ingaġġ sar permezz ta` proċeduri normali tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u mhux permezz ta` xi sejħa għall-applikazzjonijiet.