San Pawl il-Baħar – Triq Dawret in-Nawfraġju — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsir ix-xogħol ta' tiswijiet meħtieġa fi Triq Dawret in-Nawfraġju, San Pawl il-Baħar?
Response (BONNICI, OWEN)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9471, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar huwa mistenni li ilesti ix-xogħlijiet mistennija fi żmien ħmistax, sal-bidu tal-Ġunju.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista' jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija se tiġi mwieġba f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus kull sena fuq bini jew tiswija ta' ħitan tas-sejjieħ il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex bejn l-1 ta' April 1999 u l-31 ta' Marzu 2014? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija se tiġi mwieġba f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex bejn l-1 ta' April 1999 u l-31 ta' Marzu 2014? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija se tiġi mwieġba f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex nefaq flus kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' April 1999 u l-31 ta' Marzu 2014? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija se tiġi mwieġba f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellu l-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex bejn l-1 ta' April 1999 u l-31 ta' Marzu 2014? Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għal-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija se tiġi mwieġba f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inġabru flus għad-drittijiet u spejjeż dovuti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mill-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ April 2014 u jekk huwa possibbli jindikahom xahar b’xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9268 ara t-tabella hawn taht:
01/01/14 - 30/04/14
Jan-14 14,707.97
Feb-14 8,876.69
Mar-14 7,453.51
Apr-14 8,053.49
Total 39,091.66
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – membri
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ilha mhux komposta l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni u meta se jiġu appuntati membri fiha?
Response (BONNICI, OWEN)
It-terminu tal-Kummissjoni preżenti skada fid-16 ta’ Novembru 2013.
Il-Gvern hu kommess li jtejjeb l-operat tal-Kummissjoni anke fid-dawl tal-konklużjonijiet tar-rapport finali tal-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — PR u media events
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8714 u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (BONNICI, OWEN)
Ir-risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Xogħlijiet ta' Individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ir-risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inġabru flus għad-drittijiet u spejjeż dovuti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tul is-sena 2013 u jekk huwa possibbli jindikahom xahar b’xahar?
San Pawl il-Baħar – tneħħija ta’ sleeping policemen
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex matul l-aħħar jiem, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, milli jidher dejjem bil-lejl, sparixxew numru ta' sleeping policemen li kienu mwaħħla f'diversi partijiet tal-lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar min qala dawn l-istess sleeping policemen u x'kienet ir-raġuni għal dan il-fatt?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li madwar tliet ijiem ilu tneħħiet sleeping policeman minn Triq Raddet ir-Roti fix-Xemxija minħabba diversi ilmenti li tressqu mir-residenti. L-istess sleeping policeman ġiet installata ftit metri ’l boghod fl-istess triq. Dan ix-xogħol sar mill-Kunsill Lokali.
Intant l-isleeping policeman fi Triq Toni Bajada tneħħiet madwar xahar ilu wkoll wara li l-Kunsill irċieva diversi lmenti mir-residenti. L-istess sleeping policeman ġiet installata fi Triq il-Konventwali. Dan ix-xogħol sar ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-ġnien li hemm f'Pembroke quddiem il-Corinthia San Ġorġ qiegħed fi stat ta' telqa? Jista’ jgħid għaliex mhux isir il-manutenzjoni tiegħu? Min suppost jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta' dan il-ġnien?
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-opinjoni ta' Heritage Malta rigward il-permess għall-iżvilupp li ftit tal-jiem ilu ngħata fuq is-sit kif muri fil-mappa li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema sit jaqa’ fil-buffer zone ta' protezzjoni tat-Tempji ta' Ħaġrat fl-Imġarr, rikonoxxut bħala sit ta' Wirt Dinji mill-UNESCO?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal PQ 9123.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-opinjoni tas- Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali rigward il-permess għall-iżvilupp li ftit tal-jiem ilu ngħata fuq is-sit kif muri fil-mappa li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema sit jaqa’ fil-buffer zone ta' protezzjoni tat-Tempji ta' Ħaġrat fl-Imġarr, rikonoxxut bħala sit ta' Wirt Dinji mill-UNESCO?
Response (BONNICI, OWEN)
L-gvern qed jikkunsidra kif inhu l-aħjar mod li tiġi trattata l-kwistjoni biex jiġi protett is-sit, u dan anke fid-dawl li dan il-post tħalla fiż-żona ta' żvilupp meta twessgħu ż-żoni ta' żvilupp fl-2006.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħlijiet lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8766, ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta hija xejn.