Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #24338 Sitting 372 2016-04-05 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Home Ownership Schemes

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka ż-żoni jew postijiet fejn, bejn Awwissu 2015 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, id-Dipartiment tal-Artijiet ħallas lis-sidien oriġinali tal-plots tal-Home Ownership Schemes u jista’ jgħid kemm ħallas id-Dipartiment għal kull sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Awissu 2015 sal-lum, il-ħlas ta’ kumpens mogħti lis-sidien oriġinali tal-plots tal-Home Ownership Schemes huwa kif ġej: Lokalità Home Ownership Scheme Data Tal-Gazzetta tal-Gvern Valur tal-Art Interests Total Xagħra Gozo 19/08/2015 €35,092.60 €22,662.63 €57,755.23 Rabat Malta Plot A 24/09/2015 €240,000 €171,447 €411,447 Rabat Malta Plot B 24/09/2015 €60,000 €41,738 €101,738
Leg 12 PQ #24080 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Grievance Unit — każijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu każijiet quddiem il-Grievance Unit? Kemm-il każ ġie pproċessat quddiem il-Grievance Unit? Jista’ jpoġġi lista fuq il-Mejda tal-Kamra f’liema grad kienu l-persuni li ressqu l-każ tagħhom quddiem il-Grievance Unit u f’liema grad tpoġġew, wara li l-każ tagħhom ġie deċiż quddiem l-istess unit? Jista’ jgħid kemm fadal każijiet pendenti quddiem il-Grievance Unit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li n-numru ta’ każijiet li daħlu quddiem il-Grievances Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jammonta għall-158 . Mill-każijiet li ġew proċessati, kien hemm 12-il każ fejn il-Grievances Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru rrakkomanda tibdil fil-grad tal-applikant. Il-kumplament (146) ma kellhom l-ebda tibdil fil-grad tagħhom.
Leg 12 PQ #24091 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern – arretrati ta’ kirjiet u ċnus

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23809, 23676 u 23457 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ arretrati ta’ kirjiet u ċnus (maqsumin separatament) dovuti lid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern fi tmiem l-2013, l-2014 u l-2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif għas-snin 2010-2015.
Leg 12 PQ #24100 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21788 u jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward tal-informazzjoni mitluba għal perjodu Marzu 2013 u Mejju 2015 nitolbu jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 15567. Rigward l-perjodu Ġunju 2015 sal ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba il-mistoqsija, anness jinsab it-tagħrif mitlub: Attività Valur Direct Order Tender /Quotation Xogħol marbut maċ-CHOGM 7,858.80 *(Intalbu 3 quotations skont il-proċeduri finanzjarji tas-servizz pubbliku) Xogħol marbut maċ-CHOGM 16,268.07 *(Intalbu 3 quotations skont il-proċeduri finanzjarji tas-servizz pubbliku) Xogħol marbut maċ-CHOGM 25,443.16 * Xogħol marbut maċ-CHOGM 28,350.68 *(Sejħa għall-offerti - Departmental Tender ) Xogħol marbut maċ-CHOGM 68.047.00 *(Sejħa għall-offerti - Departmental Tender )
Leg 12 PQ #24108 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Management Board tad-Dwejra

Question

Jista’ l-Prim Ministru, iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23775, u jgħid jekk il-Management Board tad-Dwejra f’Għawdex fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadux jiffunzjona? Jekk għadu jiffunzjona, min huma l-membri ta’ dan il-Bord u meta l-aħħar li ltaqa’?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Leg 12 PQ #24130 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħol ta’ konsulenzi legali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23789 u jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Leg 12 PQ #24023 Sitting 370 2016-03-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Triq Dawret in-Nawfraġju – spezzjonijiet fuq proprjetajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ spezzjonijiet saru fuq il-proprjetajiet li jinsabu taħt Triq Dawret in-Nawfraġju, San Pawl il-Baħar, biex jiġi assigurat li dawn il-proprjetajiet għandhom soqfa li kapaċi jifilħu l-piż tal-vetturi li jgħaddu minn dan il-post? Billi preċedentement, għal domanda oħra li kont għamilt kont ingħatajt tweġiba li tgħid li huma s-sidien ta’ boathouses/garages li qegħdin taħt din it-triq li huma responsabbli biex iżommu l-binja fi stat tajjeb u dan skont xi kuntratt antik ħafna, jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-kuntratt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Artijiet m’għamel l-ebda spezzjonijiet fuq il-proprjetajiet li jinsabu taħt Triq Dawret in-Nawfraġju, San Pawl il-Baħar peress li kif għidt f’r-risposta preċedenti, l-art fejn hemm mibnija dawn il-boathouses kienet ingħatat b’ċens perpetwu skont kuntratt antik li kopja tiegħu qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #23516 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenti jew persons of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust illi taw is-servizz tagħhom lill-Ministeru tiegħu jew lil kwalunkwe dipartiment, entità jew awtorità illi taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu, bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid meta jiskadi t-term ta’ konsulenza ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23517 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – direct orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il direct order ħareġ il-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet kollha illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kull direct order u lil min ingħataw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23518 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – proprjetajiet jew artijiet ġewwa l-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet ġewwa l-Belt Valletta illi jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet u li sal-lum (jiġifieri d-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari) qegħdin fil-proċess illi jiġu mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu? Jista’ jagħti l-indirizz ta’ tali proprjetajiet u/jew artijiet u jgħid ukoll lil min se jiġu mgħoddija u b’liema titolu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23519 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – proprjetajiet jew artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u/jew artijiet illi kienu jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet imma sussegwentament ġew mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titolu bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23888 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żvilupp fil-Belt Valletta – permessi maħruġa mill-MEPA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ permessi li nħarġu mill-MEPA għal żvilupp fil-Belt Valletta fl-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23889 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Belt Valletta – stabbilimenti ta’ divertiment u bars

Question

Jista’ l-Prim Ministru jaġġorna l-informazzjoni mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 22320 dwar stabbilimenti ta’ divertiment, bars jew postijiet simili li għandhom permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li joperaw tali attivitajiet fil-Belt Valletta sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23985 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta’ billboards – call for quotations

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx call for quotations għas-servizz tal-billboards li qegħdin juru spots u messaġġi marbuta mal-baġit? Jista' jpoġġi kopja tal-call for quotations fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li nkisbu tlett quotations għall-billboards imsemmija. Kuntrarju għal dak li qed jgħid l-Onor Interpellant f’kazijiet simili għal dak imqajjem minnu fil-mistoqsija tiegħu, ma jkunx hemm call for quotations .
Leg 12 PQ #23744 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23780 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Esproprjazzjoni ta’ art

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23402 u jgħid kemm-il esproprjazzjoni ta' art jew bini saret f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ x' kien l-iskop tal-esproprjazzjoni u f'kull każ kemm kien il-prezz li bih ġiet stmata l-istess art? Jista’ jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet il-prezz mogħti mill-Kummissarju tal-Artijiet lis-sidien ġie aċċettat minn dawn tal-aħħar u f'kemm il-każ dan il-prezz ma ġiex aċċettat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23789 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħol ta’ konsulenzi legali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23809 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern – arretrati ta’ kirjiet u ċnus

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23676 u 23457 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ arretrati ta’ kirjiet u ċnus (maqsumin separatament) dovuti lid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern fi tmiem l-2013, l-2014 u l-2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23814 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Selmun — Fortizza ta’ Campbell - żviluppi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx żviluppi ġodda għal dak li jikkonċerna l-iżvilupp marbut mal-Fortizza ta’ Campbell, f’Selmun, u dwar is-Selmun Palace Hotel? Meta hu mistenni li jinbeda xi xogħol fuq iż-żewġ binjiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ġejt informat mid-Dipartiment tal-Propjeta tal-Gvern li m’hemm l-ebda żvilupp li jikkonċerna l-Fortizza ta’ Campbell f’Selmun. Għar-rigward tas-Selmun Palace Hotel nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #23815 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta’ Car Park

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li fis-sit il-ġdid fejn issa saret l-applikazzjoni PA 283/16 biex jitwaqqa’ xi bini u jitħaffer il-post sal-livell ta’ ċertu fond taħt l-art, jinbena car park, b'tali mod li issa la din l-art se tinbena, u allura ma tibqax użata għall-bini, ikun hemm ukoll car park taħt l-art li jkun jista’ jintuża minn dawk li joqogħdu fil-qrib, kif ukoll minn dawk li jiġu jżuru l-inħawi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ġejt informat mill-Awtorita Maltija tal-Ippjanar u l-Ambjent li l-applikazzjoni PA 0283/16 qed titlob permess għat-twaqqiegh ta' kamra eżistenti u l-iskavar u tħaffir tas-sit. Ninsab informat ukoll li fuq l-istess sit hemm applikazzjoni ohra bin-numru ta' "tracking" 166281. Din l-applikazzjoni, li għad trid tigi validata, qed titlob permess għall-bini ta' skola primarja u faċilitajiet għall-istess skola, kif ukoll żewġ livelli għall-parkegg taht il-livell tat-triq, liema parkegg se jkun qed jaqdi l-bżonnijiet tal-iskola u bżonnijiet ohra.