Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #768 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — File Nru.L/30/63

Question

Jista' l-Ministru jirrimedja b'soluzzjoni t-talba tal-File Nru.L/30/63 tad-Dipartiment ta' l-Artijiet? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa n-numru ta' każijiet/files simili pendenti bejn iċ-ċittadin u d-Dipartiment ta' l-Artijiet? Liema huwa l-aktar file li fil-fatt ilu pendenti l-aktar f'dan ir-rigward? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jirrimedja b'policy sabiex dawn il-files li ilhom is-snin pendenti jiġu rimedjati?

Response (BORG, TONIO)

Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Membru, kull talba għal riklamazzjoni t`art quddiem id-Dipartiment ta` l-Artijiet, tiġi kkunsidrata biss wara li l-applikant ikun ottjena l-permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Fil-każ tat-talba tal-File Nru. L30/63, din tista` tiġi kkusidrata jekk l-appellant jottjeni l-permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jirreklama l-art kif ġie mitlub jagħmel fis-27 ta` Jannar, 1998. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, tweġiba tingħata f`xi seduta oħra. 09.12.98 (a.m.)
Leg 9 PQ #843 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ ta' Qtil

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 36, seduta numru 6?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. 09.12.98 (a.m)
Leg 9 PQ #1258 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Aġenziji tar-reklamar

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija? Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 09.12.98 (a.m.)
Leg 9 PQ #1928 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Ftuħ ta' każini

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal ftuħ ta' xi każini ta' Triq Dun Gwann Tabone, Żejtun? Jekk iva, f'isem soċjeta' saret?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, minn investigazzjonijiet li saru minn naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, ma jirriżultax li hemm applikazzjonijiet għall-ftuħ ta` każini fit-triq imsemmija. 09.12.98 (a.m.)
Leg 9 PQ #1929 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-complement attwali fil-Korp tal-Pulizija? Kemm minn dawn il-pulizija huma nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom qabżu l-eta' ta' 45 sena? Kemm suppost hu l-complement?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-2 ta` Diċembru, 1998, kien hemm 1,756 persuna fil-Korp tal-Pulizija, 1,562 rġiel u 194 nisa. In-numru ta` dawk li qabżu l-eta` ta` 45 sena kien ta` 273. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-ewwel parti tat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 652 li jiena tajt f`Seduta 9. 09.12.98 (a.m.)
Leg 9 PQ #2175 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru għall-Intern — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1.000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, bejn il-5 ta` Settembru, 1998 u l-1 ta` Diċembru, 1998, in-numru ta` tenders ta` valur aktar minn Lm1,000 li ġew approvati mad-dekasteru ta` l-Intern kien ta` 5 u kienu kif ġej:- Valur Lm Min ingħata t-tender Provvista ta` ________ ____________________ ____________ 8.034 JYM Enterprises Ltd Ankle Boots 2,000 Eurofootwear Ltd Top Boots 2,225 Progress Press Ltd Printing Machine 2,850 Yorkie Clothing Ltd Embroidered Badges 1,635 Comsec Ltd PABX Telephone System 09.12.98 (a.m.)
Leg 9 PQ #2242 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tal-Ħawli

Question

Jista' l-Ministru jara hux minnhom l-ilmenti ta' xi persuni li fl-area magħrufa bħala Tal-Ħawli, fejn ħafna tfal ta' l-iskola jittieħdu jagħmlu field work, hemmx numru kbir ta' siringi użati mitluqa qalb il-ħaxix?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija kellha lmenti minn skola fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant dwar siringi użati mitluqa fil-viċinanza ta` l-istess skola. Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija qed tieħu l-passi neċessarji billi tagħmel diversi patrols f`dawn l-inħawi. 09.12.98 (a.m.)
Leg 9 PQ #2261 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jara kif is-sid ta' fond li l-indirizz tiegħu qed jintbagħat separatament seta' jibni antiporta fuq il-bankina b'tali mod li jestakola l-passaġġ liberu ta' min jgħaddi minn hemm? Hemm permessi għal dan mill-Planning Authority?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li s-Sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar investigat l-ilment imqajjem mill-Onorevoli Interpellant. Ġie kkonfermat illi kienet twaħħlet struttura ta` l-aluminium u ħġieġ quddiem il-bieb tal-post imsemmi, liema struttura qed tesporġi fuq il-bankina. Peress li ma jidhirx li qatt inħareġ permess għal dan it-tip ta` żvilupp, ser jiġi servut Stop and Enforcement Notice skond l-Att Nru. 1 ta` l-1992 dwar l-Ippjanar ta l-iżvilupp kontra s-sid preżenti. Il-każ ser jiġi riferut ukoll lill-Pulizija tad-Distrett sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa skond il-Kodiċi tal-Pulizija peress illi din l-istruttura qiegħda anke toħloq ostakolu għall-passaġġ liberu tal-pedestrians. 09.12.98 (a.m.)
Leg 9 PQ #1566 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri ta' l-SAG

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' Pulizija stazzjonati fl-SAG? Kemm minnhom ġew trasferiti fl-SAG wara l-5 ta' Settembru, 1998?

Response (BORG, TONIO)

Minħabba raġunijiet ta' sigurta, ma nħossx li t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-Mistoqsija għandu jiġi magħmul pubbliku. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi, 19 -il membru tal-Korp ġew assenjati xogħol fit-Taqsima tal-S.A.G. mill-5 ta' Settembru sat-18 ta' Novembru 1998. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #1657 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Reġistrazzjoni ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ta' l-art u tal-baħar għandu reġistrati f'isem il-Ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għall-Ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #1658 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-Ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għall-kiri ta' dawn il-karozzi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #1904 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Swieqi — Triq il-Miżura - Pjan ta' Struttura

Question

Issa li se jiġi aġġornat il-Pjan ta' Struttura, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex l-ispazju miftuħ li hemm ħdejn Triq il-Miżura, Swieqi, jibqa' green area biex eventwalment jiġi żviluppat f'faċilitajiet komunitarji għar-residenti tas-Swieqi?

Response (BORG, TONIO)

Napprezza jekk l-Onorevoli Membru jindika fuq site plan l-area li qiegħed jirreferi għaliha, u jgħaddiha lili ħalli l-proposta tiegħu tiġi kunsidrata waqt ir-reviżjoni tal-Pjan. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #1926 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Pulizija nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu pulizija nisa fil-Korp tal-Pulizija? Jekk iva, jista' l-Ministru ġentilment jgħid għal meta?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ewwel parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 652 f'Seduta 9. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #1927 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permess Nru. 2006/97

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta ħareġ il-permess għal żvilupp numru 2006/97? Min kien il-perit li applika? Meta saret l-applikazzjoni? Kien hemm xi oġġezzjonijiet għal din l-applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li l-applikazzjoni ġiet sottomessa fil-11 ta' April, 1997, mill-Perit C. Mangion. Din l-applikazzjoni ġiet validata fit-23 ta' Mejju, 1997. L-applikazzjoni ġiet approvata fis-27 ta' Ġunju, 1997 u din id-deċiżjoni ġiet mibgħuta fl-1 ta' Lulju, 1997. L-Awtorita` ma rċiviet ebda oġġezzjoni minn terza persuni. 07.12.98
Leg 9 PQ #2202 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni jaħdmu bla permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Mil-liema nazzjonalita' huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u t-3 ta' Diċembru, 1998, in-numru ta' persuni barranin li nqabdu jaħdmu bla permess kien ta' 8, u dawn kienu mill-Jugoslavja, mill-Libja u mill-Eġittu. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #2221 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni maqbuda bid-drogi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn Jannar sa Novembru 1998 kemm tressqu nies il-qorti minħabba pussess/traffikar ta' drogi? Kemm minnhom joqogħdu: (i) il-Belt; (ii) il-Ħamrun; (iii) il-Furjana; (iv) il-Pieta?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2078 f'Seduta 20. Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija hu kif ġej : - Lokalita' Numru ta' persuni --------- ---------------- Valletta 15 Ħamrun 2 Floriana 3 Pieta' 7 07.12.98pm
Leg 9 PQ #2271 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħaddiema

Question

B'rifernza għall-mistoqsija parlamentari numru 1655 u r-risposta sussegwenti, jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm hu n-numru ta' dawk il-pulizija li ġew maqlugħa minn posthom biex jimlew post vakant bl-assenza ta' l-uffiċjali tal-pulizija mal-gate tal-Kwartieri Ġenerali u kemm-il shift kellu jiġi covered; (b) minn liema sezzjonijiet dawn il-pulizija bdew jiġu maqlugħa sabiex jiġi replaced dan il-post temporanjament vakant; u (ċ) kemm ilu dan l-uffiċjal tal-pulizija mal-gate nieqes u jekk dan hux każ ta' mard fit-tul u meta se jiġi replaced?

Response (BORG, TONIO)

M'għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1655 f'Seduta 15. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #2308 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Kuntratti

Question

Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #2339 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Espropjazzjoni ta' art

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1776 fejn il-Ministru għall-mistoqsija tiegħi jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar oġġezzjonatx għall-esproprjazzjoni ta' biċċa art u barumbara li qed timbarra Triq ir-Redentur, Ħaż-Żabbar, irrisponda li: "skond l-Att Nru 1 ta' l-1992 m'hemm bżonn ta' ebda permess/kunsens ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-esproprjazzjoni ta' art" u minħabba li għall-mistoqsija parlamentari numru 26387 tal-15 ta' Mejju 1995 il-Ministru ta' dak inhar kien irrisponda li: "Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex wara li jaċċerta li m'hemmx xi oġġezzjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jibda l-proċeduri sabiex tiġi esproprjata biċċa art u barumbara li qed timbarra Triq Redeemer, f'Ħaż-Żabbar" Jista' l-Ministru jgħid jekk inbdewx il-proċeduri sabiex tiġi esproprjata din il-biċċa art?

Response (BORG, TONIO)

Jekk l-Onorevoli Interpellanti qed tirreferi għall-art li tidher immarkata fuq il-pjanta tad-Dipartiment ta' l-Artijiet L.D. 182/74, ninsab infurmat li l-avviż ta' l-Akkwist ta' Art ġie ppublikat fis-17 ta' Settembru, 1974. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #1246 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Bordijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 797, jista' l-Ministru jirrispondi t-tieni parti ta' l-istess mistoqsija li ma tanix tweġiba għaliha?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara l-Mistoqsija tiegħu u jgħid jekk l-informazzjoni li qed jitlob hiex dwar il-Membri tal-Bord eżistenti jew dwar dawk li skada t-terminu tagħhom. 07.12.98