Issa li għaddew tliet xhur, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14527?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li ma attendewx l-iskola matul is-sena skolastika 1998-1999 huwa kif ġej:
Skejjel Primarji
Eta` Ċertifikat Eżenti La Ċertifikat Mediku
Mediku u lanqas Eżenti
6 snin -- 1
----------------------------------------------- -----------
8 snin -- 2
----------------------------------------------- -----------
10 snin 1 3
------------------------------------------------ ----------
11-il sena 2 1
----------------------------------------------- -----------
12-il sena 1 --
---------------------------------------------- ------------
l-etajiet kollha 6
----------------------------------------------- -----------
TOTAL 4 7 6
----------------------------------------------- -----------
Skejjel Sekondarji
Eta` Ċertifikat Eżenti La Ċertifikat Mediku
Mediku u lanqas Eżenti
11-il sena 1 --
---------------------------------------------- -------------
12-il sena 13 1
----------------------------------------------- ------------
13-il sena 18 --
---------------------------------------------- -------------
14-il sena 39 2
----------------------------------------------- ------------
15-il sena 55 3
----------------------------------------------- ------------
16-il sena 43 4
----------------------------------------------- ------------
17-il sena 1 6
----------------------------------------------- ------------
l-etajiet kollha 152
--------------------------------------------- --------------
TOTAL 170 15 152
--------------------------------------------- --------------
Skejjel tas-Snajja'
Eta` Ċertifikat Eżenti La Ċertifikat Mediku
Mediku u lanqas Eżenti
14-il sena 17 --
------------------------------------------------ -----------
15-il sena 51 10
---------------------------------------------- -------------
16-il sena 9 3
----------------------------------------------- ------------
l-etajiet kollha 30
---------------------------------------------- -------------
TOTAL 77 13 30
---------------------------------------------- -------------
Informat ukoll illi
A) Ċertifikat mediku
* ta' mard fit-tul ħafna jiġi aċċettat biss dak ta' speċjalista,
li jiġġedded kull tlett xhur;
* dawn it-tip ta' tfal ikunu qed jieħdu tagħlim id-dar stess;
B) Eżenti tinkludi sitwazzjonijiet fejn tfal ikunu:
* Għad iridu jiġu statemented;
* Fi tqala - iżda dawn kollha jiġu referuti lill-School Girls
Mothers' Unit;
* Każijiet umanitarji (p.eż. f'każi eċċezzjonali fejn ikun
jeħtieġ jieħdu ħsieb ġenituri li huma morda)
* Ingħataw permess jieħdu impieg (fl-aħħar sena ta' l-iskola)
C) La Ċertifikat Mediku u lanqas Eżenti: ma tfissirx li t-
tfal jassentixxu ruhħom mingħajr ma jagħtu ebda raġuni.
Ħafna drabi dawn ikunu każijiet bi problemi soċjali gravi.
Il-Welfare Unit isegwi mill-aħjar li jista' dawn il-każijiet.
Bħala miżuri qed: (a) jagħtu prijorita` lil tfal fil-primarja;
(b) bi strateġija miftiehma (Focus Project) qed jiffokaw fuq
sitt skejjel partikolari; (c) jieħdu passi permezz tal-qorti.
nota 1:
L-ammonti ta' 6, 152, 30, taħt La Ċertifikat Mediku u lanqas Eżenti ma jikkorrispondux għall-eta` fil-vers indikat, imma huma t-totali ta' l-etajiet kollha flimkien fil-qasam primarju, sekondarju, u snajja'.
nota 2:
Filwaqt illi fl-1996/97 in-numru ta' tfal assenti b'ċertifikat ta' mard eżenti, u mingħajr ċertifikat kien jammonta għal 729, fis-sena 1998/99 kien jammonta għal 474.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17565 dwar l-iskola primarja ta' Ħal-Luqa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lestiet offerta għal xogħlijiet ta' ġebel u konkos li għandhom iwasslu għat-tkabbir u t-tiġdid ta' l-Iskola Primarja ta' Ħal-Luqa.
Fil-preżent qegħdin jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa biex tali offerta tkun ippublikata. Darba jiġi appuntat kuntrattur mid-Dipartiment tal-Kuntratti jkun jista' jingħata bidu għax-xogħol imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' konsiderazzjoni waslet it-talba magħmula b'interpellanza numru 17124?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita` ta' Malta bħalissa ma toffrix kors fil-Mediċina Veterinarja. Hemm bosta suġġetti oħra li l-Universita` ma toffrix korsijiet fihom. Mhux possibbli li l-Universita` toffri l-korsijiet fis-suġġetti kollha immaġinabbli li wieħed ikun jixtieq isegwi.
Naturalment kulħadd jista' jagħżel liema suġġett jixtieq jistudja iżda bħal kull għażla oħra fil-ħajja, kollox għandu l-prezz tiegħu. L-istudenti jafu liema korsijiet jistgħu jsegwu fl-Universita` tagħna fejn ma jħallsu xejn.
L-għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti fil-livell Post-Sekondarju jew fl-Universita` huma ggvernati mill-Avviż Legali 162 ta' l-1999 u mhux l-istudenti kollha li jattendu l-Universita` jieħdu dawn l-għotjiet jekk ma jissodisfawx il-kwalifiċi ta' dan l-Avviż Legali.
Dan l-Avviż Legali jispeċifika li "Dawk l-istudenti 'full-time' li jkomplu l-kors ta' studji tagħhom jew parti minnu barra l-pajjiż, taħt skemi approvati mill-Ministru, ikomplu jkunu ntitolati għal għotja ta' manteniment għal studenti. Barra minn dan l-Iskeda li hemm mar-Regolamenti tkompli tispeċifika li l-korsijiet li għalihom għandha tingħata Għotja ta' Manteniment huma dawk il-korsijiet "full-time li jwasslu għal Diploma, Degree, LL.D. u M.D. offruti mill-Universita` ta' Malta skond l-istatuti tagħha."
L-Artiklu tal-Kostituzzjoni li għalih għamel riferenza l-Onor. Membru fit-tieni parti tad-domanda tiegħu, qatt ma kien u ma jistgħax ikun interpretat kif qed jissottometti hu. Il-pajjiż dejjem għaraf u wettaq l-obbligu tiegħu li jipprovdi edukazzjoni sa l-ogħla livell lil studenti kapaċi u meritevoli. L-Istat dan jagħmlu mhux biss billi joffri edukazzjoni b'xejn fl-iskejjel tiegħu, imma wkoll kif tipprovdi l-Kostituzzjoni, permezz ta' scholarships u provvedimenti oħra.
Nassigura lill-Onor. Membru li kieku l-Gvern kellu jagħti xi forma ta' stipendju/għajnuna finanzjarja lil dawk l-istudenti kollha li jagħżlu li jmorru jistudjaw barra 'l pajjiż, in-numru tagħhom ma jibqax żgħir kif qed jissoponi l-interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba dehru reklami f'The Times Higher Education Supplement għar-reklutaġġ ta' persuni bħal Malta Vocational College?
Kemm tħallsu flus għal dawn ir-reklami?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-reklami ta' reklutaġġ għall-principal-designate dehru kemm fil-gazzetti lokali kif ukoll f'xi wħud barra minn Malta. Dawn kienu:
Gazzetti Lokali
L-Orizzont Lm172.50
In-Nazzjon Lm172.50
The Malta Independent Lm123.20
The Times Lm172.50
Il-Ġens Lm108.00
Kulħadd Lm220.80
The Malta Independent (Sunday) Lm173.60
Il-Mument Lm255.30
The Sunday Times Lm255.30
It-Torċa Lm255.30
Gazzetti Barranin
The Times (approx.) Lm2,090.00
The Sunday Times (approx.) Lm2,759.00
Higher Education Supp.(approx.) Lm 497.50
The Guardian (għadhom ma ġewx ippubblikati)
The Observer (għadhom ma ġewx ippubblikati)
Dawn it-Tnejn ser jiġu jiswew Lm3,995.00.
L-awtorizzazzjoni biex jiġu ppubblikati dawn ir-reklami ingħatat mill-Vocational Education Steering Commettee.
Ir-reklami elenkati dehru darba waħda biss fir-rivista jew gazzetti msemmija.
Skejjel — Skola tal-Hairdressing and Beauty Therapy
Question
Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17282?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola tal-Hairdressing and Beauty Therapy f'Tas-Sliema mhux sejra titkabbar immedjatament perss li jeżistu kwistjonijiet legali fuq il-bini u wkoll peress li jista` jkun li l-iskola tiġi ttrasferitia fil-ġejjieni qrib biex tkun aktar fil-qalb tal-Kulleġġ il-Vokazzjonali l-ġdid.
Il-flus li kienu se jintnefqu fuq ix-xogħol f'din l-iskola sejrin minnflok jintnefqu f'xogħlijiet ta' tiswija ta' klassijiet, tibdil ta' soqfa u refurbishment ieħor fl-iskola taċ-Ċenru tar-Restawr f'Bighi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Regolamenti ta' l-1974 dwar il-Libreriji Pubbliċi ġewx aġġornati? Jekk fl-affermattiv, tista' titpoġġa kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-Regolamenti ta' l-1974 dwar il-Libreriji Pubbliċi għadhom ma ġewx aġġornati iżda d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji Nazzjonali għaddej b'eżerċizzju dwar l-aġġornament ta' dawn ir-regoli, liema eżerċizzju qed isir minn Kumitat intern maħtur apposta u liema xogħol jinsab fi stadju avvanzat ħafna. Tajjeb jingħad li dan l-aġġornament tar-regoli kien hemm bżonn li jsir minħabba l-effett tal-kompjuterizzazzjoni tas-sistema tal-Librerija u minħabba li xi klawsoli qdiemu u m'għad għandhom ebda siwi fiż-żminijiet tal-lum.
L-aġġornament finalizzat ta' dawn ir-regoli jiġi ppreżentat hekk kif tintemm il-ħidma kollha f'dan l-eżerċizzju li għandu l-għan li jagħti regoli kompatibbli maż-żminijiet u l-ħtiġijiet attwali u dan fid-dawl li ċerti aġġornament ġa qed jitħaddmu fil-prattika u għenu bis-sħiħ biex il-Librerija Pubblika Ċentrali tkun l-ewwel Dipartiment li fil-11 ta' April 1999 ingħata l-Quality Service Charter.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-knisja u indipendenti li għarrfu lid-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li għas-sena skolastika li jmiss se joffru lill-istudenti tagħhom is-suġġett ta' l-Istudji Ewropej? Peress li dan is-suġġett huwa option, jista' ma jiġix offrut minn dawn l-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti jinfurmaw lid-Divżjoni ta' l-Edukazzjoni dwar is-suġġetti "optional" li jkollhom fil-curriculum tagħhom fil-bidu tas-sena skolastika.
Nikkonferma li la darba dan is-suġġett hu "optional", l-iskejjel jistgħu joffruh jew le skond l-għażla tagħhom.
Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17283?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hu maħsub li l-iskola nawtika tiġi nkorporata fl-Istitut Marittimu tal-Kulleġġ Vokazzjonali. Il-bini ta' l-iskola nawtika sejjer jiġi msewwi u rranġat kif jixraq.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jintgħażlu produzzjonijiet li kumpanniji jkunu jridu jtellgħu fit-teatru nazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kriterji mitluba biex jintgħażlu produzzjoni tat-Teatru Nazzjonali huma elenkati fil-Press Release maħruġa mit-Teatru Manoel fit-2 ta' Diċembru 1999.
Minbarra l-ġurnali tintbagħat ukoll kopja direttament lill-kumpaniji.
Ser inpoġġi kopja ta' l-istqarrija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel ta' l-Istat li matul Lulju, Awissu u Settembru se ssirilhom xi manutenzjoni? X'inhu x-xogħol li se jsir f'kull skola u kemm se jintnefaq f'kull skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17492.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun is-salarju tal-kapijiet ta' l-iskejjel, assistenti kap u għalliema ta' gradi differenti mill-1 ta' Jannar 2001, wara l-ftehim kollettiv li kien sar mal-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Jekk l-Onor. Membru qed jirreferi għall-ftehim kollettiv li kien sar mill-Unions fl-14 ta' Diċembru 1998, allura it-tabella bis-salarji ġodda mħabbra b'seħħ mill-1 ta' Jannar, 2001, ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. F'din it-tabella hemm ukoll dawk tal-Kapijiet ta' l-Iskejjel, Assistenti Kap u għalliema ta' gradi differenti.
Jaf il-Ministru li l-gvern preċedenti għamel oġġezzjoni li tinfetaħ skola mis-scientology għar-raġuni li żewġ sistemi ta' edukazzjoni bi prinċipji u sistemi ta' valuri ideoloġiċi totalment differenti joħolqu qasma fit-tessut soċjali? Ma jidhirlux il-Ministru li din l-istess qagħda hija applikabbli għas-Soċjeta' tas-Sejħa Islamika li qed tmexxi skola fil-kumpless ta' Kordin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn stħarriġ li sar fir-Registry tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma rriżultax li xi darba saret xi talba għal-liċenzja ta' skola f'isem Scientology u għaldaqstant ma nistgħux ngħidu minn min setgħet saret. Konsegwentement ma jirriżultax kif saret l-oġġezzjoni msemmija u lanqas nistgħu nkunu nafu għal liema raġunijiet speċifiċi ġiet irrifjutata din il-proposta ta' skola ġdida bl-isem ta' Scientology, kif allegatament qed jingħad.
Barra minn hekk informat ukoll li kull talba għal Liċenzja ta' Skola tiġi studjata fuq il-merti tagħha. Din l-evalwazzjoni tħaddan ħafna aspetti u konsiderazzjonijiet li jridu jaqblu mal-kundizzjonijiet preskritti għall-għoti ta' kull liċenzja e.g. premises adatti, livell ta' tagħlim adekwat, kwalifiki tal-Kap ta' l-iskola u ta' l-istaff, ethos jew filosofija aċċettabbli ta' l-iskola, konformita` mal-kurrikulu nazzjonali u dawk ir-rekwiżiti li joħroġu mill-Att ta' l-Edukazzjoni (1988) u mill-Avviżi Legali pertinenti għall-għoti tal-Liċenzja.
Nassigura lill-Onor. Membru li l-Iskola partikolari li għaliha qed jagħmel riferenza ssodifat dawn ir-rekwiżiti u għadha konformi magħhom.
B'riferenza għar-rapport li deher fil-ħarġa ta' "l-orizzont" ta' l-Erbgħa 8 ta' Settembru, 1999 fejn ġie rapportat li "ammetta li ċertu apparat fl-iskejjel tekniċi huwa antik u għandu jinbidel", jista' l-Ministru jgħid x'sejra tkun in-nefqa tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni f'apparat għal dawn l-iskejjel għas-snin 2000, 2001 u 2002? Jista' jelenka liema apparat hemm il-ħsieb li jinxtara kif ukoll jgħid x'jiswa tali apparat rispettiv? B'riferenza għall-istess rapport fejn ġie rapportat li qal li "wiegħed li sas-sena li ġejja l-klassijiet kollha fl-iskejjel primarji jkollhom il-faċilitajiet tal-komjuters" jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani biex tali għan jintlaħaq, kif ukoll jgħid b'mod dettaljat x'sejra tkun in-nefqa biex tali wegħda tiġi mwettqa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa beda proċess biex jiġu riveduti l-korsijiet fl-ewwel u t-tieni livell ta' ċertifikazzjoni vokazzjonali.
Hekk kif jiġu rivdeduti dawn il-korsijiet ikun jista' jiġi identifikat dak l-apparat li hemm bżonn jinbidel.
Informat ukoll li l-pjani biex sas-sena li ġejja l-klassijiet kollha fl-iskejjel Primarji jkollhom il-faċilitajiet tal-komputers huma kontinwazzjoni tal-pjani bħas-snin ta' qabel.
In-nefqa stmata ser tkun kif ġej:
sena 2000 sena 2001
Hardware 540,000 550,000
Software 50,000 50,000
Għamara 50,000 50,000
Alarm Systems 30,000 30,000
Electrical Installation 170,000 180,000
Networking 180,000 180,000
TOTAL 1,000,000 1,050,000
Jista' l-Ministru, bħala responsabbli mill-isport, jgħid liema huma dawk l-għaqdiet/individwi li ngħataw għajnuna finanzjarja matul din is-sena? Kemm ingħatat għajnuna lil kull għaqda/individwu? Liema kienu dawk l-għaqdiet/individwi li talbu għajnuna iżda t-talba tagħhom ġiet miċħuda? X'kienu r-raġunijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ismijiet ta' għaqdiet / individwi li gawdew minn għajnuna finanzjarja matul din is-sena ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-għaqdiet li t-talba tagħhom ġiet miċħuda kienu dawn:
* Shotokan Karate School, World Kickboxing Association, Bukonkai Karate School, Malta Ahotokan Karate, Mġarr Martial Arts Club, Malta Aikido Federation, Pro-Am Wing Tch un Org (Malta). Minn riċerka li għamel il-Board imwaqqaf biex jikkunsidra t-talbiet għall-għajnuna u minn imformazzjoni mgħoddija mill-Kunsill Malti għall-Isport, jirriżulta li dawn l-entitajiet huma fergħat sparpaljati ta' dixxiplini ta' Martial Arts li m'mhumiex parti minn Federazzjoni Nazzjonali, u li jaħdmu għal rashom fl-attivitajiet tagħhom. Jirriżulta wkoll li ħafna minn dawn l-għaqdiet jilqgħu ħlasijiet regolari għat-tagħlim li jagħtu u allura m'humiex fuq bażi volontarja jew non-profit making bħal maġġoranza kbira ta' għaqdiet sportivi oħra f'Malta.
* Aquarrigo Scuba Diving Centre u Calypso Sub Aqua Club. Dawn huma 'diving schools' li l-attivitajiet tagħhom mhumiex fuq bażi volontarja jew non-profit making.
* Luxol Sports Club. Dan il-Club talab għajnuna għall-iżvilupp fi propjeta` mogħtija b'titlu legali mill-Gvern u, skond l-istess kuntratt, ma jistax jingħata għajnuna mill-Gvern għal żvilupp simili.
* Malta Kingfisher, Ħamrun Samra F.C. u Dingli Amateurs. Dawn l-għaqdiet talbu għajnuna għat-tmexxija 'day to day' ta' l-għaqda rispettiva tagħhom. Dan kien kriterju li jeskludi għajnuna simili.
* Savio College, Dingli. Il-Kulleġġ talab għajnuna għall-bini ta' kumpless sportiv fuq propjeta` privata. F'dan il-każ il-Board ċaħad din it-talba għaliex ħass li tali għajnuna għandha tiġi l-ewwel mill-istess settur privat, anke minħabba l-fatt li għajnuna simili ntalbet minn skejjel privati oħra u kienet ġiet miċħuda għall-istess raġuni.
Id-Dipartiment għad għandu applikazzjonijiet oħra li dwarhom qed tintalab informazzjoni addizzjonali lill-għaqdiet rispettivi qabel ma jiġu kkunsidrati t-talbiet li għadhom pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatru l-membri tal-Kunsill Malti tal-Malta Racing Club?
Jista' jgħid ukoll jekk din id-darba dan il-kunsill hux se jiġi maħtur mill-Prim Ministru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ser jiġu adottati l-proċeduri normali bħal fi snin oħra fil-ħatra tal-Kumitat tal-Malta Racing Club għas-sena 2000/2001.