Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7419 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru seminars lill-ħaddiema fil-grad ta' lines men, eċċ mal-Korporazzjoni Enemalta għas-safety waqt il-ħin tax-xogħol? Meta saru u x'punti tqajmu mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet ta' safety li jirriżultawlhom waqt il-ħin tax-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fl-20 u is-27 ta` Novembru u fl-4 u l-11 ta` Dicembru 1998, il-linesmen kollha kif ukoll xi ufficjali teknici u inġiniera attendew sensiela ta` lectures specjallizzati dwar "The Safe Use of Harnesses". Dawn il-lectures kienu saru mit-Taqsima tas-Sahha u Ħarsien fuq il-Post tax-Xogħol fil-Korporazzjoni Enemalta. Nhar il-5,12 u d-19 ta` Frar 1999, din l-istess taqsima tat korsijiet għall-operators u s-sewwieqa tal-Hydraulic Platform Elevators. Saru ukoll lectures għall-pipe fitters. Waqt dan it-taħriġ tqajjmu diversi punti w problemi dwar is-sigurta`, li fost oħrajn kienu jittrattaw it-twettieq tal-proceduri u l-użu tajjeb tat-tower ladders. It-Taqsima tas-Saħħa u Ħarsien fuq il-Post tax-Xogħol ħadet il-passi meħtieġa biex ir-rimedji jiġu implimentati sabiex dawn il-problemi jittaffew u jissolvew. Ta` min isemmi ukoll li regolarment isiru lectures u taħrig dwar il-ħarsien u s-sigurta` kif ukoll korsijiet prattiċi dwar it-tifi tan-nar. It-Taqsima tas-Saħħa u Ħarsien fuq ix-xogħol għadha kif fasslet sensiela ġdida ta` programmi ta` taħriġ fil-First Aid għall-ġimgħat li ġejjin. Dan it-tahriġ se jseħħ wara sejħa għal applikazzjonijiet għal dawk li kienu interessati li jieħdu sehem f`dan it-taħriġ. B`kollox ikkonkorrew 450 ruħ. Fix-xhur li ġejjin, it-Taqsima tas-Saħħa u Ħarsien fuq ix-Xogħol mistennija li fost taħriġ ieħor, tagħti lectures dwar it-tħaddim tajjeb tal-kimiċi, kif ukoll dwar it-tħaddim tajjeb tal-forklifters. Taqsimiet oħra fil-Korporazzjoni Enemalta li jorganizzaw programmi ta` taħriġ jdaħħlu ukoll elementi ta` ħarsien ta` saħħa fuq il-post tax-xogħol.
Leg 9 PQ #7468 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel Co. Ltd.

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6733?

Response (BONNICI, JOSEF)

Meta ġiet akkwistata l-Gozo Channel, il-Gvern kien ħallas Lm2.10c għal kull share. Ir-riservi (retained earnings) tal-Kumpanija sat-30 ta` Settembru 1996 kienu Lm 228,763.
Leg 9 PQ #7469 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6735?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu msemmi ġew impjegati 10 ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni Enemalta. Ħamsa minnhom ġejjin minn Għawdex cioe` tnejn mix-Xagħra, u wieħed minn kull wieħed minn-Nadur, Ta` Sannat u Għajnsielem. L-erbgħa l-oħra huma mill-Qrendi, Ħal-Safi, il-Qawra u tnejn miż-Żurrieq. Disgħa minn dawn il-ħaddiema ġew ingaġġati permezz tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u waħda permezz ta` avviż pubbliku.
Leg 9 PQ #7470 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti — Importazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6736 li kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid kemm hawn prodotti li għandha titħallas levy fuqhom meta jiġu mportati? Liema huma dawk il-prodotti li huma fuq quddiem nett li titneħħilhom il-levy?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fl-ewwel parti tat-Tieni Skeda ta` l-Att XXXI ta` l-1989, hemm 342 rata ta` imposta u dawn l-istess rati jirrapreżentaw 1196 numru jew "sub-divisions" ta` H.S. Codes. Kull numru ta` H.S. Code jirrapreżenta prodott jew grupp ta` prodotti li fuqu/fuqhom titħallas l-imposta. Rigward il-prodotti li tista` titneħħilhom l-imposta minn fuqhom, il-materja għadha qed tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #7524 Sitting 117 1999-06-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija tal-Films — Kummissarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7213?

Response (BONNICI, JOSEF)

Hemm il-ħsieb li l-pesuna msemmija, li ġiet identifikata biex taqdi l-funzjoni ta` "Film Commissioner", tinħatar f`din il-kariga. Qed jiġi studjat taħt liema struttura ser jopera u b`liema kundizzjonijiet, u dan bl-iskop li tingħata l-aħjar għajnuna lill-industrija tal-films u bl-akbar effikaċita`. Ma jirrizultax li s-Sur Azzopardi huwa impjegat ta` NET TV.
Leg 9 PQ #7553 Sitting 117 1999-06-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinfetħu vakanzi ta' mpjiegi fl-Air Malta din is-sena? Jekk iva, xi gradi huma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Apparti mill-ingaġġ staġjonali ta` kull sena ta` ħaddiema fuq bażi każwali, jekk u meta jinħass il-bżonn li jimtlew xi vakanzi oħra, dawn ikunu avżati permezz ta` sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet jew inkella permezz ta` talba lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig skond ma` jkun il-każ.
Leg 9 PQ #7405 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Rivista "Outlook"

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swew flus l-artikli fil-ħarġiet tar-Rivista Outlook li għamel il-Ministeru u/jew id-dipartimenti/awtoritajiet u kumpanniji bħal Malta Drydocks u Freeport li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Kemm saru diġa' artikli u kemm hu mistenni li jsiru aktar sa Diċembru ta' din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Rigward artikli futuri fir-rivista, tajjeb jingħad li l-ebda dipartiment jew ażjenda li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħi ma hija obbligata li tippubblika xi artiklu jew artikli.
Leg 9 PQ #7433 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Water Works Dept. — House connections

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif preżentement id-dipartiment tal-water works lanqas għandu fittings għal house connections u bħalissa x-xogħol jinsab wieqaf? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti jistennew biex isirilhom ix-xogħol? Meta se jerġa' jkollna dawn il-fittings?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma għandha nuqqas ta` stopcocks tal-20mm, L-uniku xogħolijiet li jinsabu weqfin minħabba dan in-nuqqas huma xi ftit xogħolijiet marbuta ma` proġetti ta` resurfacing ta` toroq tal-Kunsilli Lokali. M`hemm l-ebda applikazzjoni għal xogħol ta` l-ilma mill-pubbliku li hija pendenti minħabba dan in-nuqqas. In-nuqqas ta` fittings li gieli jkollha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma hija riżultat ta` nuqqas ta` qbil bejn il-Korporazzjoni u l-Kumitat tal-Kuntratti. Fi ftit kliem il-Korporazzjoni tinsisti li tixtri fittings li jkunu tamper proof biex tevita serq ta` ilma billi jiżżarmaw il-kanen qabel il-meter u jerggħu jintramaw. Dan ikun evitat jekk jintużaw fittings la darba jinqalgħu ma jistgħux jerggħu jitwaħħlu tajjeb mingħajr dak li jkun ma jindunax b`dak li jkun ġara. Għal din ir-raġuni il-Korporazzjoni ħafna drabi ma tirrakomandax li tkun aċċettata l-orħos offerta meta jirriżulta li l-orħos offerta ma tkunx għal fittings tamper proof. Minn naħa l-oħra l-Kumitat tal-Kuntratti jirċievi protesti mingħand min ikun tefa` l-orħos offerta u dan kien qed iwassal biex it-tender ma tingħatax u l-Korporazzjoni tispiċċa b`nuqqas ta` fittings. Wieħed jispera li dawn id-diffikultajiet, li ilhom ġejjien bosta xhur, ma jdumux ma jkunu solvuti.
Leg 9 PQ #7441 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jara li ma jibqax ikun hemm skarsezza ta' ċilindri tal-gass f'Għawdex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta dejjem issuplixxiet lid-distributuri tal-gass f`Għawdex bl-ammont ta` ċilindri li jkunu talbu. B`hekk il-Korporazzjoni tkun qed tiżgura li ma jkun hemm ebda skarsezza ta` ċilindri.
Leg 9 PQ #7447 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Mini

Question

Peress li jidher li ż-żewġ mini tat-Tarzna li jagħtu għall-Baċir Nru. 1 qed issirilhom grada, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li dawn il-mini jingħalqu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-deċiżjoni dwar x`ser isir għandha tittieħed mit-Tarzna.
Leg 9 PQ #7459 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air guns — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati: 1) air gun pellets; u 2) air gun compressed co2 cartridges f'dawn l-aħħar tlett snin, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.

WSC/Enemalta — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għas-settur domestiku peress li dawn ilhom biex jinħarġu għal diversi xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7518 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni Parastatali — Year 2000 complaint

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7336?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa l-korporazzjonijiet parastatali li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi qegħdin jieħdu l-miżuri neċessarji biex ikunu Year 2000 compliant. Fil-fatt il-Korporazzjoni tal-Port Ħieles diġa` hija Year 2000 compliant. L-M.D.C. identifikat is-sistemi li għandhom jiġu ttestjati u fil-fatt ħejjiet pjan biex sa l-aħħar tas-sena jittieħdu l-passi rimedjali neċessarji. Fir-rigward tal-Korporazzjoni Enemalta nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Twegiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7381. Huwa l-għan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma li s-sistemi li huma krucjali għall-operat tagħha, jkunu certifikati bħala compliant u ttestjati sal-31 ta` Lulju 1999. L-unika sistema li mhux ippjanat li tkun irranġata sa din id-data huwa kontrollur ta` impjant tar-Reverse Osmosis waħda, dik tal-Marsa, li huwa ppjanat li jinbidel sa tmiem Novembru 1999.

Banek — Mid-Med Bank - Personal Assistant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-personal assistant ta' l-ex-Chairman tal-Mid-Med Bank b'kuntratt definit liema kuntratt ġie mitmum mat-tmiem taċ-chairmanship tiegħu, ġiet impjegata fulltime b'direct appointment ta' Clerk A b'salarju massimu fl-istess Mid-Med Bank? Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dan il-post meta suppost li minn jiġi ngaġġat suppost li jidħol fuq grad bażiku ta' Clerk B? Meta ntalab il-permess mill-ETC meta il-bank li hu kumpannija parastatali biex jimpjega irid l-ewwel jitlob il-permess mill-ETC biex dawk iż-żgħażagħ li għandhom il-kwalifiki jistgħu japplikaw? Jista' l-Ministru jgħid jingħatawx ċans l-impjegati tal-bank li għandhom kemm seniority u kwalifiki daqs u aktar mill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament biex japplikaw għal dan il-post? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux sejra ssir inkjesta fuq dan il-każ biex jiġi stabbilit minn kien responsabbli għal dan l-ingaġġ illegali u abbużiv?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7549 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex għadhom ma twaħħlux l-arbli tad-dawl max-xatt ta' Wied il-Għajn? Jaf il-Ministru li kollox hemm lest min żmien l-amministrazzjoni Laburista u dawn kienu se jsiru b'importanza għax post turistiku? Jista' l-Ministru jara li jkunu lesti għaż-żmien tas-sajf?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7552 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Telephone box

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal telephone box quddiem l-istage tal-karozzi tal-linja fi Triq Paola Hill ħdejn il-Paola Wolves, peress li hija bżonnjuża għar-residenti u mijiet ta' studenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7302 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Caqlieq ta' containers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex fil-Freeport jiġu solvuti l-problemi tad-dewmien fiċ-ċaqlieq tal-containers minn Terminal II għal Terminal I, ċaqlieq li skond il-GRTU qed jieħu 72 siegħa, l-istess żmien li container jieħu biex mir-Renju Unit jasal Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li t-tul ta` 72 siegħa imsemmija, kienet riżultat ta` miżura temporanja li ttieħdet waqt li kienu għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Kumpanija u l-burdnara biex tinstab soluzzjoni għal diffikulta` li kienet inqagħlet bejniethom. Infatti fis-26 ta` Mejju 1999 ġie formulat abbozz ta` ftehim bejn il-partijiet li mistenni jwassal għal ftehim aħħari.