San Pawl il-Baħar — Telgħa ta' San Martin - ħsarat fil-vetturi
Question
Billi fil-telgħa ta' San Martin, San Pawl il-Baħar hemm ħsarat fit-triq li qed jikkawżaw ħsarat fil-vetturi li jgħaddu minnha, kif se jiġi assigurat li dawn il-ħsarat ma jibqgħux hemm, u b'hekk jispiċċaw il-ħsarat fil-vetturi? Kemm-il darba ntalab kumpens minn dawk li kellhom ħsarat, matul din is-sena (l-aħħar 12-il xahar)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar illi l-Kunsill għal diversi drabi għamel il-manutenzjoni neċessarja. Saru wkoll diversi rapporti lil W.S.C. minħabba li kontinwament ikun hemm l-ilma ħiereġ. Ma kien hemm l-ebda darba fejn intalab kumpens.
Kunsilli lokali tal-Mellieħa, Naxxar, San Pawl il-Baħar — applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA għal xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-applikazzjonijiet pendenti, li għandhom il-kunsilli tal-Mellieha, Naxxar, u San Pawl il-Baħar, quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? X'inhuma x-xogħlijiet li huma mitluba li jsiru f'dawn l-applikazzjonijiet, u fejn, f'kull każ jinstabu? Kemm, u għal-liema proġetti nħarġu permessi għal xogħol mitlub minn dawn l-istess kunsilli lokali, matul l-aħħar 12-il xahar? Liema kienu l-proġetti li ġew hekk approvati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb misotqsija parlamentari 9366 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista' jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ma ta l-ebda tip ta xogħol lil kumpanija msemmijja fil-perjodu msemmi.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Xogħlijiet ta' Individwu
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9364 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
B’referenza għad-domanda numru 9491, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija nħatret bħala membru tal-bord tat-Teatru Manoel u tħallset onorarja kif ġej:
2007 - €5,823,43
Fl-1 t’Awissu 2008 il-persuna ġiet appuntata Ċermen tal-bord konġunt tat-tmexxija ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) u t-Teatru Manoel u tħallset onorarja kif ġej:
2008 - €5,823,43
2009 - €6,987,48 (in-nofs l-ieħor tħallas mill- MCC)
2010 - €6,987,48 (in-nofs l-ieħor tħallas mill- MCC)
2011 - €582,29 (in-nofs l-ieħor tħallas mill- MCC)
Il-bord spiċċa f’Jannar 2011. Dawn kienu ħatriet mill-Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ jew ilment daħal kemm ilha li ġiet fis-seħħ il-Liġi tal-Whistleblower?
Response (BONNICI, OWEN)
Kemm ilha li daħlet fis-seħħ il-Liġi tal-Whisleblower, il-Helpline Unit fil-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, irċieva numru kunsiderevoli ta’ talbiet, permezz ta’ telefonati kif ukoll permezz ta’ laqgħat diretti mal-uffiċjal inkarigat minn din il-Unit, għall-informazzjoni dwar il-funzjonijeit ta’ din il-Liġi.
Dawn it-talbiet ghall-informazzjoni għadhom qedin jidħlu b’rata konsistenti.
Apparti minn dawn it-talbiet għall-informazzjoni, Il-Helpline Unit fi ħdan il-Ministeru kellha xejn anqas minn tletin (30) laqgħa s’issa, ma’ diversi persuni fejn ġie diskuss il-kas jew l-ilment tagħhom u f’kull każ, dawn ingħataw parir x’għandhom jagħmlu skont il-providimenti tal-Liġi, anki bl-għajnuna ta’ Avukat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Kien hemm każijiet fejn il-persuni kkonċernati ingħataw parir biex jirikorru direttament għand il-Pulizija. Fost oħrajn, kien hemm każijiet ukoll li kienu jikkonċernaw dwar ‘tampering’ ta’ l-iSmart Meters tal-EneMalta u fejn ittieħdu il-miżuri meħtieġa.
Żewġ każijiet partikolari, li għadhom fi stadju ta’ diskussjonijiet mall-persuni kkonċernati jidhru li mixjin biex jitressqu quddiem l-Awtorita` kompetenti skont il-Liġi.
Sadanittant, il-Helpline Unit qeda titratta tlett każijiet oħra li qedin fi stadju ta’ diskussjonijiet diretti mal-persuni konċernati u qedin iressqu l-każ u/jew l-ilment tagħhom biex jiġi deċiż kif se jipproċedu bil-każ rispettiv tagħhom.
Apparti mix-xogħol li l-Helpline Unit fil-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali qeda tagħmel f’dan is-settur, ninsab infurmat ukoll li qed jiġu investigati każi ta’ allegati abbuż mal-Whistleblowing Officers fi ħdan erbgħa (4) Ministeri oħra.
Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – operat mill-uffiċċju fil-Main Guard
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta l-Kunsill Lokali tal-Belt se jibda jopera mill-uffiċċju fil-Main Guard?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadha ma ttieħditx deċiżjoni dwar ir-rilokazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Attwalment għaddejja ħidma prioritarja dwar it-traslokazzjoni tal-Uffiċju tal- Avukat Ġenerali.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — transfers ta' impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2003 u Marzu 2013, xahar b’xahar għal kull sena b’mod separat? Jista’ jgħid x’kienet il-kariga tal-persuni milquta, il-postijiet fejn kienu u fejn ġew trasferiti u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli lokali u l-Kultura — xogħlijiet mill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mis-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli lokali u l-Kultura, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (BONNICI, OWEN)
Nistieden l-Onorevoli Interpellant jikkoregi d-domanda de quo
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħlijiet mill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta numru 5964.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2009 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?
L-Imqabba – Sqaq Buħar fi Triq il-Parroċċa – tarmak
Question
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6639, jista’ l-Ministru jgħid konkretament meta l-kunsill lokali għandu l-ħsieb li jibda x-xogħol ta' għoti ta' tarmak fi Sqaq Buħar fi Triq il-Parroċċa, l-Imqabba? Saru stimi dettaljati biex isir dan ix-xogħol flimkien mal-applikazzjonijiet għal permessi neċessarji? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-istimi u tal-applikazzjoni għal permessi neċessarji?
Response (BONNICI, OWEN)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9004, nirreferi mill-ġdid lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentati numru 6639 u cioe li l-Kunsill Lokali bħalissa mhux f’qagħda finanzjarja li jista’ jagħmel ix-xogħol meħtieġ fit-triq imsemmija. Dan l-aktar fid-dawl ta’ diffikultajiet ta’ likwidità li qed jiffaċċja l-Kunsill Lokali wara li fl-2013 temm il-proġett pilota ta' asfaltar ta' toroq fl-Imqabba u li kien jeskludi Sqaq Buħar
Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mis-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, inkluz għal perjodu ta’ żmien is-Segretarjat Parlamentari għall-Ġustizzja, għamel użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija minnu bi spiza medja ta’ €1,010 kull darba. Fi kwazi nofs id-drabi li sar użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija minnu l-ispiza medja kienet ta’ inqas minn €500. F’kull kaz ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku. Parti mill-ispejjez huma relatati ma’ zjarat f’pajjizna ta’ dinjitarji barranin u anki mal-hatra tal-President tar-Repubblika.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba d-dispożizzjonijiet kontenuti fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informatur Kapitlu 527 tal-Liġijiet ta’ Malta rigward membri tal-korpi dixxiplinati ai termini tas-sub artikolu (3) fl-artikolu (2) humiex se jiġu fis-seħħ sal-aħħar ta’ din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
L-attenzjoni tal-Onor. Membru qegħda tiġi attirata għall-fatt illi l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informatur (Kap 527) inġieb fis-seħħ fl-intier tiegħu fil-15 ta’ Settembru 2013 permezz tal-Avviz Legali Numru 235 tal-2013. Jekk l-Onor. Membru qiegħed jirreferi għall-possibilita’ tal-estensjoni tal-applikazzjoni tal-Att kif provdut fl-artiklu 2(3) tiegħu, f’ dan ir-rigward għad iridu jsiru l-konsultazzjonijiet u l-konstatazzjonijiet meħtiega dwar l-impatt illi l-estensjoni tal-Att għas-setturi partikolari hemm imsemmija jista’ jkollu.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-ġnien li hemm f'Pembroke quddiem il-Corinthia San Ġorġ qiegħed fi stat ta' telqa? Jista’ jgħid għaliex mhux isir il-manutenzjoni tiegħu? Min suppost jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta' dan il-ġnien?
Response (BONNICI, OWEN)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari 8586, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — xogħlijiet lill-Individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet, anki ta’ Segretarju) ? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
B’riferenza għall-mistoqsija 9376, ir-risposta hija xejn.
Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar — playing fields/public open spaces
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm playing fields/public open spaces fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, li huma amministrati mill-kunsill lokali? F'kull każ fejn jinsabu dawn l-areas? Liema huma fi stat li jistgħu jintużaw, u liema le? Meta saret l-aħħar manutenzjoni ta' dawn l-area, minn min, u kemm ġew jiswew it-tiswijiet li saru? Liema huma l-public areas oħra, li kienu jintużaw m'għadhomx jintużaw, u x'inhi r-raġuni għal dan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għandu tliet playing fields/public open spaces fil-lokalità. Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba dwarhom fuq il-Mejda tal-Kamra. Intant infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li fil-lokalità hemm sit ieħor ta’ dan it-tip li ma għadux jintuża. Dan huwa Ġnien Bertu u Tumas Gauci, ħdejn it-Thalassalejn Bocci Club, liema ġnien kien tneħħa u ma reġax sar.
Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar — proġett propost
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9335 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi bidliet għal dak li jikkonċerna l-proġett propost mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, bejn Triq Parades u Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar, biex jinbena ċentru ċiviku fil-post? Jekk hemm bidliet proposti, jista' jagħti tagħrif dwar x'kienu dawn il-bidliet proposti, min talabhom u meta saru?
Response (BONNICI, OWEN)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9449, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għadu bil-pjan fuq l-istess proposti preċedenti. Intant, sakemm jinbena ċ-ċentru ċiviku li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, il-Kunsill Lokali għandu l-ħsieb li juża s-sit bħala bandli u ser isir ix-xogħol meħtieġ għal dan.
Jista' l-Ministru jara li jiġi spezzjonat ix-xogħol ta' pavimentar li sar fil-foss tal-Imdina għax il-kwalità tiegħu hija fqira ħafna u jista' jagħti l-każ li l-kuntrattur jinżamm responsabbli għal xogħol ta' kwalità inferjuri?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija se tiġi mwieġba f'seduta oħra aktar il-quddiem.
San Pawl il-Baħar – Triq Għajn Rażul u Trejqet Toni Fenech
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fi Triq Għajn Rażul, u Trejqet Toni Fenech, San Pawl il-Baħar, jinżebgħu s-sinjali (boxes) li jindikaw l-ispazji li fihom jiġu pparkjati l-vetturi, biex ma tkompliex tinħoloq diffikultà għal dawk li joqogħdu f'dawn it-toroq, partikularment issa li ġejjin ix-xhur tas-sajf, biż-żieda kbira ta' residenti li jġibu magħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9470, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar diġa’ indika dawn is-sinjali adegwati fit-toroq imsemmija.