Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4601 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għal Għawdex, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex għandu konsulent wieħed, li hija konsulent legali. Il-persuna hija Dr Georgine Grech li tagħti s-servizzi tagħha lill-Gozo Channel Company Limited. L-istess persuna ilha tagħti dawn is-servizzi lill-Gozo Channel sa mill-1 ta' Frar 2012. Aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6116 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6034 u 5896 u jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6122 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq Daħlet Qorrt — xogħlijiet fuq pont

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-tisħiħ tal-pont ta’ Triq ta’ Daħlet Qorrot fin-Nadur u dan in vista tar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 5948 fejn qal li dan ix-xogħol se jitlesta sal-aħħar tas-sena 2013? Kemm sewa dan ix-xogħol u fiex kien jikkonsisti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li qiegħdin isiru preparamenti biex jinbeda x-xogħol fuq il-pont fi Triq Daħlet Qorrot wara li ssir laqgħa ta’ ko-ordinazzjoni mal-Kunsill Lokali tan-Nadur. Jiena nfurmat ukoll li dan ix-xogħol għadu ma nbediex biex ma jtellifx l-aċċess għall-bajja matul ix-xhur tas-sajf u li x-xogħol jikkonsisti minn bdil tas-saqaf tal-pont.
Leg 12 PQ #6123 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq it-Tiġrija – asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema parti minn Triq it-Tiġrija fin-Nadur se tiġi asfaltata u dan in vista tar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 5948 fejn qal li se jsir l-asfaltar ta’ parti minn din it-triq sal-aħħar tas-sena 2013? Kemm hu previst li se jiswa dan ix-xogħol u min rebaħ it-tender?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-junction bejn Triq Daħlet Qorrot u Triq it-Tiġrija se tiġi asfaltata wara li l-kumpanija Go plc tagħmel xogħol f'dan is-sit. Jiena nfurmat ukoll li x-xogħol huwa stmat li jiswa €5000 u li se jsir minn Gatt Tarmac Ltd. bħala parti minn period contract.
Leg 12 PQ #6037 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħaddiema taċ-Ċivil - xogħol ta’ back office

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5907 u jgħid sal-aħħar ta’ din is-sena kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil Għawdxi se jiġi ttrasferit lejn Għawdex biex jaħdem fuq back office work ġdid li se jittieħed Għawdex? Liema xogħol ġdid se jibda jsir minn Għawdex għal dan l-iskop sal-aħħar ta’ din is-sena?

Response (REFALO, ANTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif mogħtija fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6038 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħaddiema taċ-Ċivil - xogħol ta’ back office

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5906, jista’ l-Ministru jgħid, jekk f’dik ir-risposta hemmx elenkati s-sezzjonijiet kollha li ġew trasferiti lejn Għawdex? Jista’ jikkonferma li hemm sezzjonjiiet tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li mhumiex inklu¿i fir-risposta tiegħu? Jekk jikkonferma, jista’ jagħti lista korretta u kompluta? Peress li l-Ministru fir-risposta tiegħu naqas milli jwieġeb għall-parti tal-mistoqsija li kienet titolbu jgħid preżentament kemm hu n-numru ta’ ħaddiema taċ-Ċivil jaħdmu f’ dak li jissejjaħ backoffice f’Għawdex, jista’ jagħti din iċ-ċifra?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fir-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 5906 jiena elenkajt is-sezzjonijiet ta' back office li jaqgħu direttament taħt il-Ministeru għal Għawdex. L-informazzjoni mitluba dwar is-sezzjonijiet oħra li ġew trasferiti għal Għawdex sabiex jagħmlu xogħol ta' back office qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6034 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5896 u jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twegiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #6039 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur (Għawdex) — Skola tad-Drama – kwalifiki tal-għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-għalliema kollha tal-ballet fl-iskola tad-Drama tan-Nadur, Għawdex għandhomx il-kwalifiki meħtieġa sabiex iressqu lill-istudenti li huma jgħallmu għall-eżami tar-Royal Academy of Dance? Jekk le x’inhi r-raġuni?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #6055 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — safar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5258, jista' l-Ministru jgħid jekk il-biljetti tal-ajru li nxtraw għas-safar imsemmi fl-istess mistoqsija, inxtrawx b'direct order jew wara sejħa għall-offerti u jagħtini risposti għal kull safra u kemm swew kull biljett tal-ajru, għal kull passiġġier, għal kull safra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4601 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Interim From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għal Għawdex, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5948 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema toroq f’Għawdex se jsiru x-xogħlijiet mill-Ministeru għal Għawdex sal-aħħar tas-sena 2013? X’tip ta’ xogħlijiet se jsiru fuq kull triq?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fit-toroq li huma ppjanati li jsiru mill-Ministeru għal Għawdex sal-aħħar tas-sena 2013 huma; Triq San Lawrenz – San Lawrenz – Tkomplija ta’ rikostruzzjoni tat-triq Triq Sdieri – Għarb – Asfaltar Triq Għar Ilma – Santa Luċija – Asfaltar Parti minn Triq Għajn Qatet – Victoria – Asfaltar Parti minn Triq it-Tiġrija – Nadur – Asfaltar Triq Daħlet Qorrot – Nadur – Tisħieħ tal-Pont Parti minn Triq Bullara – Xagħra – Asfaltar Triq is-Salini – Marsalforn – Asfaltar Triq Tempju tal-Imramma – Sannat – Asfaltar Triq ta’ Gorf – Xagħra – Bini ta’ kanal għall-ilma tax-xita Triq l-Ispiera – Xagħra - Bini ta’ kanal għall-ilma tax-xita Triq Bardan – Sannat – Xogħol tad-drenaġġ Junction fi Triq Għajn Qatet u Triq Għajn Qatet – Victoria – Xogħol tad-drenaġġ. Isir patching ta' toroq, xogħlijiet fuq bankini u tiswijiet oħra skont il-bżonn.
Leg 12 PQ #5949 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Baġit 2014 – Vot Nru 7801 — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu ppjanat li jintnefqu l-flus tal-Unjoni Ewropea taħt il-Vot Nru 7801 tal-Ministeru għal Għawdex? Liema huma l-proġetti u inizjattivi li se jsiru b’dawn il-fondi matul is-sena 2014?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flus tal-Unjoni Ewropea taħt il-vot Nru 7801 tal-Ministeru għal Għawdex se jintnefqu fuq it-tinda tad-Dgħajsa tal-Latini li hi parti mill-proġett ta' Rijabilitazzjoni taż-Żewwieqa u fuq il-proġett ta' Implementazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella.
Leg 12 PQ #5950 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Baġit 2014 – Għawdex — Vot għall-bini ta’ Qorti ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema vot wieħed jista’ jsib it-€12-il miljun msemmija mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit għas-sena 2014 li se jintużaw għall-bini tal-Qorti ġdid f’Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Jiena nfurmat li qiegħed isir ix-xogħol preparatorju sabiex jinġiebu l-permessi mill-MEPA. Jekk ikun hemm bżonn, wara jinħarġu t-tenders għax-xogħol li hemm bżonn. F’dak il-każ, imbilli l-fażi tal-ippjanar u tat-tendering tieħu numru ta’ xhur, mhux previst li se jsiru xi ħlasijiet sostanzjali fuq dawn il-proġetti qabel il-bidu tal-2015. Jekk ikun il-każ, il-flus meħtieġa jiġu pprovduti fil-baġit tal-2015.
Leg 12 PQ #5951 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Baġit 2014 – Għawdex — vot għad-djar tal-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema vot wieħed jista’ jsib il-€1,100,000 imsemmija mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Budget għas-sena 2014 li se jintużaw għad-djar tal-anzjani f’Għajnsielem?

Response (REFALO, ANTON)

Jiena nfurmat li qiegħed isir ix-xogħol preparatorju sabiex jinġiebu l-permessi mill-MEPA. Jekk ikun hemm bżonn, wara jinħargu t-tenders għax-xogħol li hemm bżonn. F’dak il-każ, imbilli l-fażi tal-ippjanar u tat-tendering tieħu numru ta’ xhur, mhux previst li se jsiru xi ħlasijiet sostanzjali fuq dawn il-proġetti qabel il-bidu tal-2015. Jekk ikun il-każ, il-flus meħtieġa jiġu pprovduti fil-baġit tal-2015.
Leg 12 PQ #5809 Sitting 79 2013-11-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Home Help Services – impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm helpers impjegati mal-home help services fit-8 ta’ Marzu 2013 u jgħid kemm hemm helpers illum?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li f'Marzu 2013 kien hemm 83 Assistenti Soċjali jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Anzjani. Illum hemm 82 Assistenti Soċjali jagħtu s-servizz. Barra minn hekk il-Ministeru għal Għawdex daħal f'kuntratt mal-kumpanija Support Services Ltd biex tintlaħaq id-domanda li hemm għal dan is-servizz.
Leg 12 PQ #5810 Sitting 79 2013-11-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Home Help — talbiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal home help f’Marzu 2013 u jgħid kemm minnhom ġew milqugħa wara l-elezzjoni ġenerali u jindika l-lokalitajiet ta’ fejn ġiet allokata l-għajnuna fid-dar?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li t-talbiet għall-Home Helpf'Marzu 2013 kienu jammontaw għal 10. Minn dawn, disgħa ngħataw servizz u jinsabu f'dawn il-lokalitajiet: 4 in-Nadur 2 ir-Rabat 2 Għajnsielem 1 ix-Xagħra. Każ ieħor li jinsab Marsalforn ma ngħatax servizz skont id-deċiżjoni tal-Bord.
Leg 12 PQ #5906 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħaddiema taċ-Ċivil - xogħol ta’ back office

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm ħaddiema taċ-Ċivil jaħdmu f’dak li jissejjaħ back office f’Għawdex? Liema xogħol qed isir minn dawn il-ħaddiema? Xi gradi għandhom dawn il-ħaddiema u meta bdew jagħmlu dan ix-xogħol ġewwa Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 91 ħaddiem taċ-Ċivil li qegħdin jaħdmu xoghol ta' back office li jaqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex. Dawn il-ħaddiema qegħdin jagħmlu xogħol f'dawn is-sezzjonijiet li ġew trasferiti lejn Għawdex kif imsemmi hawn taħt: Education Salaries Ottubru 2001 MTI Salaries Marzu 2003 Central Salaries Jannar 2008 Treasury Pensions Jannar 2008 Health Salaries Jannar 2008 Consumer Affairs Jannar 2008 Government Information Services Jannar 2008 Civil Registry Data Inputting Jannar 2008 Dipartiment tas-Citizenship u Expatriates Affairs Novembru 2013 Il-gradi ta' dawn l-impjegati huma ta' Assistent Direttur, Senior Principal, Principal, Assistant Principal, Executive Officer, Senior Clerk, Clerk, General Hand, Charwoman u Health Attendant.
Leg 12 PQ #5907 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħaddiema taċ-Ċivil - xogħol ta’ back office

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-aħħar ta’ din is-sena kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil Għawdxi se jiġi ttrasferit lejn Għawdex biex jaħdem fuq back office work ġdid li se jittieħed Għawdex? Liema xogħol ġdid se jibda jsir minn Għawdex għal dan l-iskop sal-aħħar ta’ din is-sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5908 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ħadmitx fis-segretarjat tiegħu għal xi żmien? Jekk iva xi rwol kellha u f’liema żmien kienet fis-segretarjat? Għaliex m’għadhiex fis-segretarjat u issa qed taħdem fis-sezzjoni tal-elderly care? Peress li din il-persuna hija ECG technician għaliex mhux qed tagħmel dan ix-xogħol fl-Isptar Ġenerali ta’’Għawdex meta hemm nuqqas serju u s-servizz tal-ECG tnaqqas b’ numru ta’ sigħat kuljum?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija qatt ma kienet tifforma parti mis-Segretarjat Privat tiegħi.
Leg 12 PQ #5781 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

L-Imġarr (Għawdex) – iż-Żewwieqa — tinda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tinda li tpoġġiet dan l-aħħar fiż-Żewwieqa fl-Imġarr, Għawdex, eżattament ħdejn is-slipway, saritx bil-permessi kollha neċessarji, min kien responsabbli għat-twaqqif ta' din it-tinda, għaliex u għal min saret?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li t-tinda msemmija fil-mistoqsija ma għandhiex permess mid-direttorat konċernat fil-Ministeru għal Għawdex u l-każ ġie riferut lill-pulizija biex jieħdu l-azzjoni neċessarji.