Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallset il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn April 2013 u d-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk ġietx imħallsa xi flus fis-sena 2016? Jista’jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bejn il-Gvern u din il-persuna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Nru 15595
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi relatati mal-uffiċini li qegħdin jintużaw preżentament minn Transport Malta fl-A3 Towers f’Raħal Ġdid?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill-Awtorita tal-Ipjananr li l-permess relatat huwa dak bir-referenza PA2743/10.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar – permess għal bini taħt il-livell ta’ triq
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma taħt liema policies tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħareġ il-permess biex bini taħt il-livell ta’ triq jinħariġlu permess biex jintuża bħala uffiċini?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jgħid għal-liema permess qed jirreferi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tieħux xi passi partikulari meta jkunu se jinbnew bini ta’ proġetti ta' daqs sostanzjali, u b'mod partikulari meta jkun hemm tħaffir ta' ċertu fond li jikkawża ammont sostanzjali ta' materjal li jkun se jinġarr barra mis-sit, biex fil-fatt, ikun hemm informazzjoni dwar ir-rotta li tkun se tintuża biex minnha jgħaddu l-vetturi li jkunu responsabbli mill-ġarr tal-istess materjal? Kif qed jiġi assigurat li l-ħsarat li jkunu kkawżati fil-fatt jiġu msewwija wara li l-proġett jitlesta, mhux biss fil-faċċata fejn ikun qed isir ix-xogħol, imma wkoll matul it-toroq li fihom isiru l-ħsarat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
F'kull proġett ta' daqs sostanzjali kif ukoll fi proġetti li jinvolvu volum sostanzjali ta' skavar, l-Awtorita ta' l-Ippjanar titlob li jigi sottomess 'Construction Management Plan' biex b'hekk ikun jista jiġi kwantifikat l-impatt tal-żvilup fil-fazi ta' kostruzzjoni u jittieħdu dawk il-mi¿uri meħtiega biex dawn l-impatti jigu minimizati. Barra minn hekk, f' kull permess li tapprova l-Awtorità ta' l-Ippjanar li jinvolvi żvilupp:
a) ta' erba' sulari u aktar ;
b) bi skavar ta' żewg sulari u aktar taħt il-livell tat-triq ;
c) b' footprint l-fuq minn 1000 metru kwadru; u
d) f'żoni turistiki
tigi imposta garanzija bankarja biex jigi assigurat li t-toroq li jmissu mas-sit suġġett għall-żvilupp jigu irrangati għall-istat originali li kienu kemm il-darba tkun saritilhom xi ħsara minħabba l-żvilupp permess u dan skond regolamenti ta’ l-2007 dwar l-Immanigjar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni (A.L. 298 ta' 2007).
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-Siġġiewi Scouts Group li jinsab f’kamra fl-Iskola Primarja San Injazju Siġġiewi jingħatalhom post alternattiv li jkun adattat għall-bżonnijiet tagħhom u li jkun fl-inħawi tas-Siġġiewi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel referenza għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 10703.
B’referenza għat-tweġiba parlamentari 21515, jista’ l-Prim Ministru issa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tac-CHOGM u tal-Valletta Summit li kellna fl-2015?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Audited Accounts tac-CHOGM 2015 u tal-Valletta Summit waslu fi stat ta’ konkluzjoni. Dan minħabba li baqgħu jiġu preżentati numru ta’ kontijiet li riedu jidħlu fl-audit. L-audit accounts se jitressqu mill-aktar fis fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jara għalfejn l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li saret fil-5 ta’ Marzu 2015 u ċjoè wara iktar minn ħames snin miżżewweġ lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li hi ċittadina Maltija, għadha mhux approvata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
San Pawl il-Baħar – investiment meħtieġ għat-toroq
Question
Jista’ l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-investiment meħtieġ fit-toroq ta' San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha), jiġi vvutat kif meħtieġ, biex jiġi assigurat li l-investiment neċessarju fil-lokalità jkun jista' jsir?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema policy qed tiġi applikata mill-awtorità responsabbli mill-ħruġ ta’ permessi tal-bini, għal dak li jirrigwarda għeluq ta’ plots li jkun qed ikerrhu madwarhom, għaliex ma jkunux mibnija, u fihom jintefa’ kull tip ta' ħmieġ u żibel?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill-Awtorita tal-Ipjannar li l-policy li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor Interpellant hija d- Development Notification Order LN 115 tal 2007 Class 2(1)(ii).
San Pawl il-Baħar – sidien mitluba biex jagħlqu l-plots tagħhom
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi matul l-aħħar tliet snin li fihom il-MEPA talbet lis-sidien ta' plots biex jagħlqu (idawru bil-ħitan) plots li ma kenux mibnija, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, (area kollha)? Kemm mill-każi li kienu kkuntattjati fil-fatt ħadu l-passi kif mitluba mill-MEPA?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill-Awtorita tal-Ipjannar li l-istess Awtorita ma titlobx lis-sidien ta' siti biex idawruhom bil-ħitan, peress li ma hemmx regolamenti li jeħtiegu li kull sit mhux żviluppat għandu jkun mdawwar bil-ħitan. Iżda, skont artiklu 99(1) tal-Att dwar l-Ipjannar tal-Izvilupp (2016), jekk il-ġmiel jew siwi ta’ xi żona huwa mħassar bid-dehra ta’ xi art, li tkun ġnien, sit vojt jew art oħra fil-beraħ, l-Awtorità tista' titlob lis-sid jew l-okkupant tal-art sabiex jittieħdu dawk il-passi li hemm bżonn biex titnaqqas il-ħsara. Il-fatt illi ma hemmx ħajt imdawwar ma' proprjetà ma jfissirx illi dik l-art qed tikkawża xi ħsara lil-ġmiel jew siwi ta' dik iż-żona. Għalhekk, jekk sid l-art ineħħi dak li jkun qed jikkawża l-ħsara, ma hemmx bżonn li jinbnew xi ħitan, għalkemm mhux eskluż illi biex titneħħa l-ħsara jista' jkun li hemm bżonn jinbnew il-ħitan madwar is-sit. Għaldaqstant, l-Awtorita` ma zzommx l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim/kuntratt li permezz tiegħu l-art fejn hemm l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għaddiet għand il-Malta Industrial Parks? Jista' jgħid għaliex l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għadda għand il-Malta Industrial Parks u jekk issa allura ż-żona tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hijiex qed tiġi meqjusa bħala żona industrijali?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk annimali li ddaħħlu f’Malta mingħajr id-dokumenti neċessarji tas-CITES (Convention on International Trade in Endangered Species of Wild Fauna and Flora) humiex se jitqiesu konformi mar-Regolamenti (KE) Nru 338/97 u Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 mill-uffiċċju CITES fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) meta dawn jiġu reġistrati taħt ir-Regolamenti tal-2016 dwar il-Pussess u ż-Żamma ta’ Annimali Perikolużi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Dipartiment tal-Artijiet – Home Ownership Scheme – Plots f’Ħal Qormi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-valur oriġinali li d-Dipartiment tal-Artijiet ried iħallas lis-sidien oriġinali għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ħal Qormi? Minbarra fl-inħawi Ta’ Farsina, f’liema toroq ta’ Ħal Qormi jinsabu dawn il-plots? Kemm hu stmat li hu l-valur tas-suq tal-lum u li għad baqgħalhom jieħdu s-sidien oriġinali tal-art? Kemm-il dar jew familja hemm f’Ħal Qormi li għad għandhom id-dar tagħhom b’konvenju għax l-art li fuqha bnew għadha mhijiex imħallsa mill-Gvern? Meta se jitħallsu dawn l-ammonti?
Dipartiment tal-Artijiet – Home Ownership Scheme – Plots f’Ħal Luqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-valur oriġinali li d-Dipartiment tal-Artijiet ried iħallas lis-sidien oriġinali għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme f’Ħal Luqa? F’liema toroq ta’ Ħal Luqa jinsabu dawn il-plots? Kemm hu stmat li hu l-valur tas-suq tal-lum u li għad baqgħalhom jieħdu s-sidien oriġinali tal-art? Kemm-il dar jew familja hemm f’Ħal Luqa li għad għandhom id-dar tagħhom b’konvenju għax l-art li fuqha bnew għadha mhijiex imħallsa mill-Gvern? Meta se jitħallsu dawn l-ammonti?
Dipartiment tal-Artijiet – Home Ownership Scheme – Plots fis-Siġġiewi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-valur oriġinali li d-Dipartiment tal-Artijiet ried iħallas lis-sidien oriġinali għall-plots li kienu fil-Home Ownership Scheme fis-Siġġiewi? Minbarra fl-inħawi ta’ Kirċeppu, f’liema toroq tas-Siġġiewi jinsabu dawn il-plots? Kemm hu stmat li hu l-valur tas-suq tal-lum u li għad baqgħalhom jieħdu s-sidien oriġinali tal-art? Kemm-il dar jew familja hemm fis-Siġġiewi li għad għandhom id-dar tagħhom b’konvenju għax l-art li fuqha bnew għadha mhijiex imħallsa mill-Gvern? Meta se jitħallsu dawn l-ammonti?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – qasam ta’ relazzjoni mal-media — impjegati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-fortizza ta' Campbell f’Selmun hux ser tingħata għal xi żvilupp partikulari? Jekk iva meta? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għamlitx, jew jekk hux qed tagħmel xi development brief għal dawn l-inħawi? Jekk iva, meta hu mistenni li jiġi ppubblikat dan il-brief?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mid-Dipartiment tal-Propjeta tal-Gvern li s’issa dan m’għandu l-ebda talba għall-fortizza ta’ Campbell f’Selmun għal xi żvilupp partikulari.
Ninsab ukoll nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-policy ta' żvilupp għall-fortizza Campbell tinsab fil-pjan lokali tal-Majjistral tal-2006 u li l-imsemmija Awtorita' mhix tipprepara 'briefs' għal dan is-sit.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-ex ħaddiema tal-Maltacom li jagħmlu parti mill-The Maltacom Employees Foundation se jitħallsu tal-units li għandhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .