Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2484 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Kirjiet/ċnus

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li ma jaqbżux il-Lm100 bħala kera fis-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' kirjiet u ċnus mogħtija mid-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-pubbliku in ġenerali u li l-kera/ċens tagħhom hija Lm100 jew anqas huwa ta' 16,613. 11.12.98(pm)
Leg 9 PQ #1284 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru għall-Intern — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 maqsuma skond il-ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 11.12.98(am)
Leg 9 PQ #2207 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Beach concessions

Question

Veru li l-beach concessions meta jingħataw l-art mill-gvern ikollhom il-kondizzjoni li jżommu nadifa parti mill-art ta' madwarhom? Kemm tinżamm din il-kondizzjoni? X'sorvelja qed issir biex jiġi żgurat li din l-obbligazzjoni tiġi rispettata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kerrejja tal-beach establishments li jinsabu fuq art tal-gvern għandhom encroachment permit għal użu ta` biċċa mill-bajja bħala beach concession. Uħud minnhom huma marbuta li jżommu parti oħra mill-bajja nadifa. Id-Dipartiment ta` l-Artijiet qatt ma kellu lmenti li din il-kundizzjoni mhux qegħda tiġi miżmuma. 11.12.98(am)
Leg 9 PQ #1119 Sitting 27 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rave parties

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kondizzjonijiet jitolbu l-pulizija lill-aġenti jew kumpanniji li qed jorganizzaw ir-rave parties f'pajjiżna? Kemm-il darba saru f'dawn l-aħħar sitt xhur, xahar b'xahar, f'Malta u Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1434 f'Seduta 17. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li n-numru ta` Rave Parties li saru f'dawn l-aħħar 6 xhur u li kienu jinħtieġu l-permess tal-Pulizija kienu kif ġej : Awissu 1 Settembru 2 Ottubru 1 Novembru 1 10.12.98(pm)
Leg 9 PQ #1956 Sitting 27 1998-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Triq Reġjonali — Coaches/mini buses

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex coaches u mini buses ma jibqgħux jiġu pparkjati fi tmiem il-ġimgħa fi Triq Reġjonali int u sejjer lejn Pembroke quddiem id-daħla għal Paceville, peress li jeżisti periklu serju għas-sewwieqa kull meta jiġu pparkjati vetturi fl-imsemmi post, tant li xi snin ilu fil-post imsemmi mietu tlett żgħażagħ wara li baqgħu deħlin f'coach li kienet ipparkjata?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 10.12.98(pm)
Leg 9 PQ #1957 Sitting 27 1998-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjoni Nru. 0933/96

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni Nru. 0933/96 li ġiet ippreżentata lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan sena u nofs ilu, liema applikazzjoni tikkonsisti fi proġett ta' land scaping tal-playing field u l-inħawi ta' Ta' Ġiorni? Jista' l-Ministru jara li din l-applikazzjoni tiġi pproċessata mill-aktar fis possibbli biex ikun jista' jinbeda x-xogħol tant meħtieġ?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li d-Direttorat ta' l-Ippjanar ma sab l-ebda oġġezzjoni għat-talba wara li ġew sottomessi pjanti ġodda mingħand il-perit. Bħal issa qiegħed jiġi kkonsultat id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, u għandhom isiru emendi żgħar fuq il-pjanti sottomessi rigward ir-rampi, it-taraġ u dik il-parti tal-ġnien pubbliku li qiegħda ma' ġenb triq ta' Ġiorni. L-applikazzjoni ser tiġi pproċessata mill-aktar fis possibli. 10.12.98(pm)
Leg 9 PQ #990 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Esproprjazzjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien l-ammont f'ċifra ta' flus li matul dawn l-aħħar ħames snin tħallas mid-Dipartiment ta' l-Artijiet liċ-ċittadini li gvernijiet preċedenti esproprjawlhom l-artijiet tagħhom? Fil-fatt kemm kienu jammontaw id-danni ta' 5% li tħallsu mill-gvern lil dawn iċ-ċittadini u kemm kienu jammontaw il-pagamenti tal-valur miżjud fuq il-proprjeta' skond valur tas-suq attwali tal-proprjeta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' flus li matul dawn l-aħħar ħames snin tħallas mid-Dipartiment ta' l-Artijiet għall-esproprjazzjoni ta' artijiet huwa kif jidher hawn taħt : - 1994 1995 1996 1997 1998* ---- ---- ---- ---- ----- Lm Lm Lm Lm Lm Prezz ta' 321,600 1,267,700 639,300 900,800 420,000 l-art Danni 91,800 486,200 194,900 175,100 145,800 * Sat-18 ta' Novembru 10.12.98(am)
Leg 9 PQ #1271 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru għal Intern — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika; (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 10.12.98(am)
Leg 9 PQ #2246 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza — Ċittadinanza doppja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna mwielda l-Awstralja bil-ġenituri tagħha Maltin, liema persuna hi miżżewġa mara Maltija u tgħix hawn Malta, għandhiex dritt għad-dual citizenship? Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, hemm xi tibdiliet maħsuba fil-liġi f'dan is-sens?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-eżempju li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, il-persuna konċernata m'għandiex dritt biex ikollha ċittadinanza doppja. Ta' min jgħid, li aktar qabel din is-sena ġiet ippublikata WHITE PAPER dwar tibdil fil-liġijiet taċ-ċittadinanza u ta' l-immigrazzjoni. Iż-żmien mogħti għall-kummenti u suġġerimenti dwar il-proposti ġodda issa skada, u dawk magħmula qed jiġu evalwati. 10.12.98(am)
Leg 9 PQ #987 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Każ bir-Ref No. JOP 290/96

Question

B'riferenza għall-każ pendenti JOP290/96 ta' l-Uffiċċju Konġunt, jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni sabiex dawn iż-żewġ anzjani ma jkomplux jittratjenu, bil-każ? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BORG, TONIO)

Qed jiġu studjati proposti mill-Uffiċċju Konġunt u l-Entijiet Ekklesjastiċi biex jiġu rimedjati sitwazzjonijiet bħal dawk taż-żewġ anzjani li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant. 09.12.98pm
Leg 9 PQ #1950 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' kemm ingħataw transfers fil-Korp tal-Pulizija mis-27 ta' Ottubru, 1996 sal-5 ta' Settembru, 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn is-27 ta' Ottubru, 1996, u l-5 ta' Settembru, 1998, kien hemm 855 Membru tal-Korp li tbiddlilhom xogħolhom. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2229 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Pubblika — Ċertifikat ta' twelid ta' tarbija

Question

Jista' l -Prim Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Pubblika f'każ ta' ċertifikat ta' twelid ta' tarbija barra miż-żwieġ ma jirrikonoxxix isem missier it-tarbija, anke meta dan ikun magħruf u jkun hemm qbil dwar dan mill-partijiet kollha konċernati?

Response (BORG, TONIO)

Ir-reġistrazzjoni tal-Att tat-Twelid ta' tarbija mwielda barra ż-żwieġ, hi regolata skond il-provvedimenti relattivi tal-Kodiċi Ċivili u l-Art. 20 tal-Att tal-1975 dwar iż-żwieġ. Għalhekk, mhux il-każ li d-Dipartiment konċernat għandu xi poteri diskrezzjonali li jirrikonoxxi jew le l-paternita` ta' tarbija, anki fil-każ imsemmi fil-Mistoqsija. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2244 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Saqaf perikoluż

Question

Peress li daħlet ix-xitwa u l-fond li l-indirizz tiegħu qed jintbagħat separatament għandu saqaf perikoluż, jista' l-Uffiċju Konġunt jagħti prijorita' lil dan il-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li wara li f'Novembru 1998, l-inkwilina nfurmat lid-Dipartiment konċernat li taqbel li t-tiswijiet isiru mid-Dipartiment, beda l-proċess biex toħroġ sejħa għal-offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ fil-fond li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2318 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Uffiċjali

Question

Riferibbilment għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 738, jista' l-Ministru jispjega l-frażi "Kienu l-istess esiġenzi li kienu jipprevadu qabel il-5 ta' Settembru, 1998"?

Response (BORG, TONIO)

Ma naħsibx li hemm x'wieħed jispjega. L-esiġenzi għall-aħjar interessi tal-Korp u tal-pubbliku in ġenerali li kienu jipprevalu u japplikaw qabel il-5 ta' Settembru 1998 ma tbiddlux wara din id-data. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2319 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Riferibbilment għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 739, jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-erba' (4) charges li nħarġu fil-konfront ta' erba' membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew assenjati xogħol fl-SAG dan ix-xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif ġej : - - ma kienx liebes seat belt u għal imġieba ħażina, - in-numru ta' ċitazzjonijiet mogħtija ma kienx dak mistenni, - kien mingħajr beritta, - telaq minn fuq il-beat mingħajr permess. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2320 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qiegħed jaħdem mingħajr id-Direttur?

Response (BORG, TONIO)

Mhux minnu li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qiegħed jaħdem mingħajr id-Direttur. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2321 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Firemen

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu r-riżultati ta' l-eżami tal-kors tal-firemen li għadu kemm intemm? Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-applikanti ġew mitluba joqogħdu għal eżami ieħor wara li lestew l-eżami oriġinali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li r-riżultati ta' l-eżami ta' Assistance and Rescue Officers fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mistennija li joħorġu dalwaqt. Ninsab infurmat ukoll li matul il-kors, it-trainees sarulhom diversi assessments sabiex issir evalwazzjoni aħjar tal-partiċipanti qabel ma sar l-eżami finali. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2322 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Skwadra Speċjali tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se timtela l-vakanza ta' supritendent fl-Iskwadra Speċjali tal-Pulizija (SAG)?

Response (BORG, TONIO)

Il-vakanza ta' Supretendent fl-Iskwadra msemmija mill-Onor. Interpellant flimkien ma' vakanzi oħra fl-istess rank jkunu mimlija meta jippermettu ċ-ċirkostanzi. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2323 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers fil-Korp tal-Pulizija mit-2 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-esiġenza tas-servizz għal kull transfer li sar f'dan il-perjodu, wieħed wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 100 membru tal-Korp li ġew trasferiti bejn it-2 ta' Novembru u t-30 ta' Novembru, 1998. Kif diġa' kelli okkażżjoni li ngħid fi tweġiba għal Mistoqsija preċedenti, it-trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija jsiru meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta' l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2383 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Sajjieda barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-1945 sa llum, kemm inqabdu sajjieda barranin fl-ibħra Maltin riservati għas-sajd lokali? Min kienu? Meta nqabdu? Meta tressqu l-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx statistika li tmur tant lura fiż-żmien. 09.12.98(pm)