Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6589 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Direct Orders

Question

B'referenza għall- mistoqsija parlamentari 6377, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li hemm referenza għalihom fit-tweġiba: a) Financial Feasibility Study icw the proposed EU funded project (Renewable Energy Facilities in Public Buildings in Gozo ) ta' Ernst &Young , b) Fast Ferry Service (Market Study) u c) Fast Ferry Service Financial Impact Assessment ta' PricewaterhouseCoopers?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-istudji msemmija huma ta' natura kummerċjali sensittiva, m’huwiex xieraq li kopja tagħhom titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6607 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Malsalforn - studji dwar il-protezzjoni tal-bajja

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6380, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-istudji li saru fl-2011 u 2012 mill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament dwar il-protezzjoni tal-bajja ta’ Marsalforn mill-maltemp?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li peress li l-istudji msemmija huma ta' natura kummerċjali sensittiva mhuwiex xieraq li kopja tagħhom titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6609 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

In vista tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6377, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar Financial Feasibility Stydy icw the proposed EU Funded project – Renewable Energy Facilities in Public Buildings in Gozo?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6589.
Leg 12 PQ #346 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ingaġġ ta' konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2429.
Leg 12 PQ #1210 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ingaġġ ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konsulenti ġew ingaġġati mal-Ministeru s'issa? Kif intgħażlu? X'inhu x-xogħol tagħhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-kuntratti?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2429.
Leg 12 PQ #5260 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li għandu fil-Ministeru għal Għawdex jew ma’ xi wieħed mid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu, il-kwalifiċi tal-istess konsulenti, u l-pakkett finanzjarju ta’ kull konsulent? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta’ dawn il-konsulenti?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2429.
Leg 12 PQ #6338 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Whistleblowing Reporting Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Whistleblowing Reporting Officer tal-Ministeru għal Għawdex huwa fil-grad ta' Direttur.
Leg 12 PQ #6380 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

studji dwar proġetti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi tip ta' studji dwar xi proġetti kapitali li jrid iwettaq matul din il-leġi¿latura? Jekk fl-affermattiv għal-liema proġetti saru dawn l-istudji, lil min ġew ikkummissjonati u kemm sewa kull studju?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li qegħdin jitkomplew studji konnessi mal-protezzjoni tal-bajja ta’ Marsalform mill-maltemp. Dawn l-istudji kienu kkummissjonati lill-ADI Associates u SVASEK Hyraulics fis-snin 2011 u 2012 rispettivament u s’issa swew b’kollox € 72,935.80.
Leg 12 PQ #6381 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum kemm saru xogħlijiet ta' tisbiħ f'uffiċċji u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm sewa kull xogħol u min kienu l-kuntratturi li għamlu dan ix-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6365 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — inventarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum f'kull uffiċċju ta' kull dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tiegħu, kemm inxtraw oġġett li ddaħħlu fl-inventarji rispettivi u kemm kien il-valur tagħhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-inventarji updated ta' kull sezzjoni jew uffiċċju ta' kull dipartiment?

Response (REFALO, ANTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qieghda tingabar u tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 12 PQ #6375 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1055, jista' l-Ministru jgħid issa li tas-Saħħa m’għadux taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex kif xorta waħda fost l-istaff li jaqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu hemm jidhru general practioner, staff nurse, enrolled nurse u tlett health assistants?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-impjegati msemmija qegħdin jagħmlu xogħol f’oqsma li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 12 PQ #6376 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq it-Tiġrija – asfaltar

Question

In vista tar-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 6123, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ammont ta' €5,000 stmat li se jintefaq fuq xogħol fuq il-junction bejn Triq Daħlet Qorrot u Triq it-Tiġrija fin-Nadur (i) hux se jitħallas minnkumpanija tat-telefonija u (ii) hux se jkun xogħol biex jagħlaq gandott li se jsir mill-istess kumpanija biex tgħaddi servizz tagħha? Jekk inhu hekk allura għaliex il-Ministru inkludih bħala xogħol tal-Ministeru għal Għawdex fuq it-toroq fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 5948?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-istima ta' €5,000 ser tithallas mill-Ministeru ghal Ghawdex biex titranga depression f'din il-junction.
Leg 12 PQ #6377 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum il-Ministeru tiegħu u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu kemm taw direct orders? Lil min ingħataw u kemm swiet kull direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6378 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħlas ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum kemm kien il-ħlas f'overtime lill-impjegati f'kull dipartiment u entità separati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont l-ammont ta' overtime li tħallas kull xahar għal kull dipartiment u entità?

Response (REFALO, ANTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qieghda tingabar u se tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 12 PQ #6379 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – xogħol bit-telework

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li qed jagħmlu xogħol bit-telework? Kemm hemm minnhom li huma rġiel u kemm hemm nisa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-prezent hemm 49 impjegat li qed jagħmlu xogħol bit-telework li minnhom 42 huma nisa u 7 irġiel.
Leg 12 PQ #6151 Sitting 96 2013-11-26 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin minn liema programm ġejjin?

Response (REFALO, ANTON)

Bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess meta l-Awtorità ta’ Ġestjoni tibda toħroġ is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.
Leg 12 PQ #6108 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — tender/direct order

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1055 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati u l-grad tagħhom għal kull dipartiment jew entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1055 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati u l-grad tagħhom għal kull dipartiment jew entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #2590 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-bordijiet msemmija fil-lista li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1201 ltaqgħu kollha ħlief il-Gozo Street Naming Committee.