Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reġistrazzjoni ta' flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati ammonti ta' flus fl-iskema li ħareġ il-gvern għall-flus moħbija Maltin qabel id-dħul tal-euro? Huwa sodisfatt bil-livell tar-reġistrazzjoni? X'persentaġġ ta' flus ġew reġistrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27812.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 27303, 26731 u 27032 u 27147 cioe' wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order? Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27303.

Maħfriet Presidenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27316 u jgħid kemm kien hemm maħfriet presidenzjali minn Mejju 1987 'il quddiem, lil min saru, taħt liema ċirkustanzi saru, għaliex saru u minn min ġew awtorizzati fuq livell ta' gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Reklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27304, 26749, 27079 u 27150 u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Single parents

Question

Jista' l-Prim Ministru jirranġa l-anomaliji li jeżistu fis-sens li single parents huma kkonsidrati fl-istess skala bħal persuni li m'humiex miżżewġa għar-rigward tar-rifużjoni tal-VAT fuq xiri ta' l-ewwel residenza sa l-ammont ta' Lm400?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Investiment flok reġistrazzjoni ta' flus

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27810 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew depożitati flus fl-iskema tal-Gvern u x'għamel il-Gvern biex isir jaf għaliex l-iskema ma tqisetx attraenti biżżejjed biex tiġbed iżjed depożiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Fund For Good Causes

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27278 u 27799 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Refużjoni tal-VAT

Question

Peress li l-applikazzjoni għar-refużjoni tal-VAT fuq energy saving appliances li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ilha pendenti għal diversi xhur, jista` l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l-istess applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Income ta' persuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar id-dħul (income) ta' persuni għas-snin 2005 u 2006 f'dawn il-kategoriji: Persuni single; persuni miżżewġa pero' li jiddikjaraw joint declaration u miżżewġa li jiddikjaraw separate declaration u dan f'income brackets segwenti cioe Minn 0 sa Lm 4,500 Lm 4,500 sa Lm 6,000 Lm 8,000 sa Lm 10,000 Lm 10,000 sa Lm 12,000 Lm 12,000 'il fuq. Kemm kien id-dħul totali ta' taxxa (income tax) mill-kategoriji ta' persuni fuq indikati għall-istess perijodu 2005 u 2006? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm dħul income tax revenue minn dawn il-kategoriji ta' taxpayers għas-snin 2006 u 2007 għal A) banek u B) partnerships u limited liability companies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

OPM — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom? X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26645 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nagħmel referenza għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 26645.

Sptar Mater Dei — Reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq reklamar marbut ma' l-Isptar Mater Dei? Fhiex kien jikkonsisti dan ir-reklamar u min ġie mogħti dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk dan ingħatax b'direct order jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ma nediet l-ebda kampanja ta’ reklamar marbuta ma’ Sptar Mater Dei. Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-kampanja ta’ informazzjoni fuq il-media, dawn huma d-dettalji mitluba. Il-kampanja ta’ informazzjoni kienet tikkonsisti f’materjal awdjoviżiv u stampat intenzjonat li jwassal informazzjoni fattwali lill-pubbliku, b’mod sempliċi. Il-kampanja ta’ informazzjoni ġiet imfassla u attwata mid-Dipartiment tal-Kommunikazzjoni tal-Fondazzjoni għas-Servizz Mediċi. Ix-xogħol lill-media ingħata b’mod dirett mingħajr ma ġie mgħoddi minn aġenziji intermedjarji. B’hekk ġew iffrankati l-flejjes li normalment jitħallsu f’kummissjonijiet. In-nefqa ta’ flus fuq din il-kampanja kienet tammonta għal Lm54,114.72 eskluż il-VAT, u ttieħdu minn fond allokat apposta lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għal dan il-għan. Il-breakdown ta’ l-ispejjeż hija kif ġej: 1. Programmi speċjalizzati dwar is-saħħa, fuq it-TV - Lm5,980.00 2. Slots ta’ informazzjoni fuq it-TV u r-Radju - Lm20,609.72 3. Kampanja ta’ informazzjoni fuq Billboards - Lm8,875.00 4. Pubblikazzjoni dwar Mater Dei imqassma bieb bieb - Lm12,790.00 5. Spazju f’publikazzjonijiet dwar il-Kura tas-Saħħa - Lm4,000.00 6. Spazju f’publikazzjonijiet oħra - Lm1,860.00 Total - Lm54,114.72

Nfiq fuq reklamar ta' l-isptar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar tlett xhur, kemm kienet in-nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Sptar Mater Dei — Riklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26749 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferei lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Reklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26749 u 27079 u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Sptar Mater Dei — Reklami

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swew sa issa r-reklami għall-Isptar Mater Dei fuq il-PBS? Jista' jgħid min ħadem dawn ir-reklami?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

Nfiq fuq reklamar ta' l-isptar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27067 u jgħid fl-aħħar tlett xhur, kemm kienet in-nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.

MTA — Żieda fil-fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'talbiet intlaqgħu s'issa mill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu biex jingħata iżjed fondi minn dawk ivvutati għal din is-sena minn din il-Kamra? Jista' jgħid jekk hux qed jiġu kunsidrati talbiet ġodda mill-Awtorita' b'żieda ma' dak li ngħatat din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi nikkonferma li l-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura flimkien ma’ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qablu li, għal din is-sena, iċ-ċifra msemmija fiż-żewġ partijiet tal-Mistoqsija tammonta għal miljun lira Maltija.

Unjoni Ewropea — Applikazzjoni ta' State Aid

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'livell ta' skrutinju sar mill-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni ta' state aid minn kemm ilna membri ta' l-UE? Il-Gvern rċieva xi assessment dwar dan mill-Kummissjoni Ewropea? Kemm ilna membri ta' l-UE kemm-il delegazzjoni tal-UE żaret Malta biex tinvestiga u tgħarbel din l-issue fil-kuntest ta' pajjiżna? Hemm xi ħsieb li jiġu delegazzjonijiet oħra simili fix-xhur li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda investigazzjoni formali mill-EU dwar l-iState Aid f’pajjiżna. L-Onorevoli Interpellant jifhem li bħalma jiġri f’oqsma oħra ta’ l-acquis, isiru laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea fuq livell bilaterali u multilaterali dwar din il-materja wkoll.