Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtu? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Minsitru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-pilloli bħal Fosama x70mg/Bonvivo 150mg humiex se jidħlu fis-schedule V jekk special requirement?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Alendronic acid 70mg u Ibandronic acid 150mg huma 'oral bisphosphonates'. Dawn il-mediċini huma ndikati għat-ttattament tal-'osteoporosis' li mhix kundizzjoni li taqa' taħt Schedule V. Iżda, il-gvern qed jipprovdi 'oral bisphosphonate' lil dawk il-pazjenti li jaqgħu taħt il-protokolli tad-'Drug and Therapeutics Committee'. Dawn il-protokolli jinsabu fis-sit ta' l-internet tan-National Medicines Policy and Audit Unit' (http://www.sahha.gov.mt/pages.aspx?page=739); protokolli numru 20 u 55.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex tibda tinbena d-dar għall-anzjani fil-Mellieħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fażi ta' aġġudikazzjoni tad-Dar ta' l-Anzjani tal-Mellieħa issa tlestiet u kollox jinsab għand id-Dipartiment tal-Kuntratti għall-kunsiderazzjoni tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx bid-dewmien esaġerat li qiegħed ikun hemm fiċ-ċentru għas-saħħa f'Ħal Qormi għal dawk li jagħmlu użu mis-servizzi offruti f'dan iċ-ċentru, minħabba n-nuqqas ta' impjegati, partikolarment tobba? X'qed isir min-naħa tad-dipartiment tas-saħħa biex jiġi evitat dan id-dewmien li qiegħed joħloq inkonvenjent serju għal ħafna nies li jagħmlu użu mis-servizz ta' dan iċ-ċentru, partikolarment anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
F'ċerti ġranet jista' jirriżulta li jkun hemm dewmien biex pazjenti jinqdew minn għand it-tabib. dan minħabba ċirkustanzi li d-dipartiment m'għandux kontroll assolut fuqhom bħall meta jkollok tobba morda jew oħrajn li jintalbu jitilgħu jixhdu fil-qrati. Barra min hekk hemm żewġ tobba li joħorġu miċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi kuljum sabiex jaraw l-immigranti illegali fiċ-ċentri tad-detenzjoni. Dan l-aħħar kien hemm ukoll tobba li rriżenjaw minn mad-dipartiment.
Bħala dipartiment tal-kura primarja qed nagħmlu dak kollu possibbli biex jiżdied in-numru ta' tobba fiċ-ċentri tas-saħħa kollha u qed noffru s-sahra lil dawk it-tobba eżistenti li jridu jaħdmu aktar sigħat. Qed noffru xogħol lil dawk it-tobba privati interessati li jaħdmu part-time.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24126 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pixxini li huma miftuħa għall-pubbliku? Min huwa s-sid f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li lista ta' swimming pools reġistrati tinsab għall-informazzjoni tal-pubbliku fuq il-paġna elettronika tat-taqsima Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika (www.health.gov.mt/dph/ehuhome.htm) skond provvedimenti ta' A.L. 129 ta' l-2005.
Fir-rigward għad-dettalji tas-sid ta' kull swimming pool reġistrata, ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni tinġabar mid-Dipartiment skond l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, 2001 u l-Att dwar is-Saħħa Pubblika għall-użu amministrattiv fl-interess tas-Saħħa Pubblika u għalhekk dan id-Dipartiment iħoss li ma jistax jirreferi tali informazzjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24122, jista' l-Ministru jgħid lil min ħarġu dawn il-garanziji? Kontra min ittieħdu passi legali? X'kienu l-akkużi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li nħarġu 8 garanziji sond l-Artiklu 13, ta' l-Att dwar is-Saħħa Pubblika fir-rigward ta' provedimenti tal-A.L.129 ta' l-2005 lis-segwenti stabbilimenti:
1. Sunny Coast Resort Club, Qawra
2. Coastline Hotel, Sliema
3. Santa Maria Hotel, St Paul's Bay
4. San Anton Hotel, Sliema
5. Park Hotel, Sliema
6. Preluna Hotel & Towers, Sliema
7. Ramla Bay Resort, Marfa
8. The Riviera Resort & Spa, Marfa
Il-garanziji kontra s-Santa Maria Hotel u San Anton Hotel ġew magħluqa peress li x-xogħolijiet li kellhom isiru saru fiż-żmien miftiehem. Il-garanziji l-oħra għadhom fil-perjodu miftiehem biex ix-xogħlijiet jitwettqu.
Dwar swimming pools infetħu tliet kawżi kontra persuni u stabbilimenti differenti. L-akkużi kienu s-segwenti:
- Chapter 10 Art 121 (1)
- L.N. 129 of 2005 Reg.3 (1) (a), Reg. 5 (1) (a), (b) & (c), Reg 8 (2) (a), Reg 8 (4) (d) & Reg 9 (a).
- Art 18 (1) of the Public Health Act
Liema kawżi għadhom subjuduiċe.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jafx bix-xewqa ta' ħafna anzjani Siġġiewin li jkollhom day centre għalihom? Jekk jaf, hemm pjani min-naħa tal-gvern li dan id-day centre għall-anzjani jitwaqqaf fis-Siġġiewi? Jekk hemm pjanijiet, meta huwa ppjanat min-naħa tal-gvern li jinfetaħ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Novembru 2005, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' kien irċieva ittra mill-Kunsill Lokali tas-Siggiewi biex jaraw il-possibilita' li jkun hemm Day Centre. Fil-fatt kienet saret laqgħa formali fuq is-suġġett imsemmi bejn il-Kunsill, Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' u s-Segretarjat għall-Anzjani. Fil-preżent anzjani mis-Siġġiewi qed jattendu ċ-Ċentru ta' Matul il-Jum taz-Zurrieq. Fl-istess waqt id-Dipartiment huwa dispost li jkompli jiddiskuti mal-Kunsill Lokali xi proposti li jkun hemm għall-futur.
Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna b'diżabilita' li għad m'għandhiex sittin sena hijiex intitolata għal home help jekk tgħix waħedha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna b'diżabilita', taħt is-sittin sena, tgħix waħedha u għandha Special ID maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b' Diżabilita' tista tkun ntitolata għas-servizz tal-Home Help. Kull każ ikun evalwat fuq bażi ndividwali skond il-bżonnijiet tiegħu mill-bord ta' allokazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li sofrew mill-marda MRSA is-sena li għaddiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2006, l-Infection Control Unit fl-isptar San Luqa rċeviet 703 notifika ta' MRSA li ġew iżolati mill-laboratorju. Ta' min jingħad li madankollu mhux bilfors li kull wieħed minn dawn kien każ ta' infezzjoni akuta għaliex il-mikrobu tal-MRSA tista' spiss issibu jikkoloniżża l-ġisem mingħajr ma' jikkawża l-mard u f'dawn iċ-ċirkustanzi, l-mikrobu jista' jikkontamina kampjuni kliniċi bħal awrina u swabs li għalhekk joħorġu pożittivi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu ġo l-ITU s-sena l-oħra u għaliex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul l-2006, kien hemm reġistrati 773 pazjenti li bejniethom iddaħħlu 841 -il darba (Direct Admissions & Transfers-In) ġewwa l-ITU fl-isptar San Luqa. Il-kundizzjoni klinika reġistrata li għaliha ddaħħlu l-ITU huwa kif jidher hawn taħt:
Clinical condition for admissions to ITU *
No. of Admission Episodes
Medical
460
Surgical (Elective)
203
Surgical (Emergency)
50
Overdose
39
Trauma (includes Fall From Height, MVA etc.)
72
Neurosurgery
13
Gynae & Obstetrics
4
Total
841
Source: Database of ITU, SLH
Note* : A patient may have more than 1 clinical condition that warranted a stay at ITU.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Riżenji ta' chairmen
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuni li huma ntitolati għall-pilloli (kontra l-pressjoni) bl-isem ta' Atacard mhumiex isibuhom mis-servizz nazzjonali tas-saħħa? Meta se jkunu jistgħu jsibu dawn il-pilloli li bil-prezz ta' Lm17-il waħda żgur ma jaffordjawhomx ħafna anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li dawn il-pilloli issa jinstabu fl-ispiżeriji tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22858 u jgħid: Matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu fis-sena 2006 hija:
Transport Fuel
Boiler Fuel
Department of Elderly and Community Care
Lm17,108
Lm239,834
Medicines Authority
Lm763
NIL
MCH
Lm9,698
Lm91,505
Division
Lm101,643
Lm248,382
Zammit Clapp Hospital
Lm6,688
Lm4,290
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux aċċettabbli jew le li persuna ddum tistenna madwar sentejn biex issirilha operazzjoni tal-cruciate? Jista' isir xi ħaġa urġenti minħabba li l-mobilita' ta' dawn il-persuni tkun ristretta ħafna?
Jistax jgħid ukoll kemm hemm persuni jistennew għal din it-tip ta' operazzjoni u minn liema bliet u rħula ġejjin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24202 qiegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li l-insulina LANTUS għandha l-vantaġġ li taħdem b'mod uniformi għal 24 siegħa u wkoll permezz tagħha wieħed jagħmel injezzjoni waħda biss kuljum minflok tnejn jew tlieta, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li din l-insulina tiġi ntrodotta fl-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Insulina Glargine (LANTUS) ġiet introdotta fil-formularju governattiv fit-3 ta' Ottubru 2006 għall-pazjenti dijabetiċi 'Type 1' li:
- għandhom il-fuq minn 6 snin
- ilhom minn ta' l-anqas 6 xhur fuq insulina konvenzjonali u li qed jieħdu iktar minn 4 injezzjonijiet kuljum
- kienu qegħdin jiċċekjaw il-livell taz-zokkor fid-demm 4 darbiet kuljum għal dawn l-aħħar 3 xhur
- il-livell taz-zokkor fid-demm juri varjazzjonijiet frekwenti u li jitbaxxilhom iz-zokkor matul il-lejl f'medja ta' darbtejn fil-ġimgħa.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta' diversi residenti tal-Gżira dwar l-ammont ta' ġrieden li qed ikun hemm fl-inħawi tal-ġnien u tal-bandli tal-Gżira?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika spezzjonaw il-postijiet indikati fit-22 ta' Frar, iżda ma ġie nnutat l-ebda sinjal ta' infestazzjoni ta' ġrieden.
Madankollu ħaddiema tal-Pest Control fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, għamlu trattament intensiv fl-akkwati msemmija fl-1, is-7 u t-13 ta' Frar u reġa sar trattament ieħor fit-22 ta' Frar 2007. Din iż-żona ser tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni.