Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36917 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Ambulanzi

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm il-darba din is-sena l-ambulanzi ssejjħu fuq false alarm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li bejn Jannar u Ottubru 2002 kien hemm 43 'false claim' għall-ambulanzi.
Leg 9 PQ #36935 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Childcare Centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal jattendu c-childcare centre ta' St Luke's Hospital? Jista' jgħid kemm hemm child-carers?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 51 tifel u tifla li jattendu ċ-childcare centre ta` l-iSptar San Luqa. Ma` dawn it-tfal hemm 15-il child carer.
Leg 9 PQ #37008 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar f'Tal-Qroqq — Ċumnija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Tarznari ta' Malta ntalbux biex jibnu jew jitfgħu offerta għall-bini taċ-ċumnija ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq li ġiet tiswa Lm131,174 eskluż il-VAT?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tarznari ġew mitluba biex jitfgħu offerta għall-bini taċ-ċumnija ta` l-isptar Mater Dei madanakollu minħabba problemi minn naħa tagħhom għażlu li ma jagħmlux dan.
Leg 9 PQ #37010 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Konsorzju Skanska Malta — Detail design

Question

B'referenza għar-risposta għall-msitoqsija parlamentari numru 36825, jista' l-Ministru jgħid apparti d-detail design, lil min ingħata x-xogħol tas-subcontracting kollu mill-konsorzju Skanska Malta J.V.?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Leg 9 PQ #37011 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar il-ġdid f'Tal-Qroqq — Ċumnija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li biex ittellgħet iċ-ċumnija ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq intnefqu aktar minn Lm9,000 biex inkera l-crane ħalli jsir ix-xogħol fuq iċ-ċumnija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ntefqu ferm anqas minn hekk!
Leg 9 PQ #37012 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tas-Saħħa

Kummisjoni dwar is-sigurta' fl-ikel — Rakkomandazzjonijiet lill-Awtorita' dwar it-Turiżmu ta' Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-Food Saftey Commission qegħda tkaxkar saqajha biex tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar basic hygene standards lil Malta Tourism Authority?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li waqt laqgħa tal-Kummissjoni dwar is-Sigurta` fl-Ikel tal-15 t'Ottubru 2002, ġie deċiż li mhux aċċettabbli li l-iġjene ta` l-ikel għandha tkun parti mill-'grading' għall-istabillimenti ta` l-ikel. Il-Kummissjoni enfasizzat li waqt il-maniġġ ta` l-ikel, m'għandux ikun hemm ħlief l-ogħla 'standards' ta` iġene fi kwalunkwe` ħin u irrispettivament mill-ġeneru ta` negozju. Din id-deċiżjoni twasslet ukoll lill-Awtorita` dwar it-Turiżmu ta` Malta, fejn il-persuni responsabbli minn tali Awtorita` ġew imfakkra li l-Att dwar is-Sigurta` ta` l-Ikel tpoġġi r-responsabbilta` ta` regolamenti dwar Sigurta` l-ikel fuq il-Ministru responsabbli mis-Saħħa.
Leg 9 PQ #35937 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lill-persuni li jabbużaw mid-droga din is-sena u minn liema kliniċi tqassmu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' siringi li tqassmu lill-persuni li jabbużaw mid-droga bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena huwa kif ġej: Floriana Qormi Gżira Paola Cospicua Mosta Rabat 25122 10537 29265 43480 10900 15183 6489
Leg 9 PQ #36673 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Skejjel ta' l-Istat — Spetturi tas-Saħħa li żaru canteens ta' l-iskejjel

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn meta bdiet din is-sena skolastika kemm-il darba l-ispetturi tas-saħħa żaru skejjel ta' l-Istat, indipendenti jew tal-knisja biex jiġi żgurat li l-ikel u xorb li qed jinbigħ fit-tuck shops/canteens ta' l-iskejjel huwa skond ir-regolamenti u tajbin għas-saħħa tat-tfal? Liema kienu l-iskejjel? Instabu xi nuqqasijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn meta bdiet is-sena skolastika f'Settembru 2002, saru seba` u għoxrin (27) spezzjoni minn Uffiċjali ta` dan id-Dipartiment f'tuckshops/canteens ta` l-iskejjel. L-ispezzjonjiet li saru ġo skejjel hija skond kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li peress li t-tip ta` ikel li jista` jinbiegħ ġo 'tuckshops/canteens' ta` l-iskejjel huwa kkontrollat mill-kuntratt li jiġi mwaqqaf mid-Dipartiment ta` l-Edukazzjoni jagħmel id-domanda lilhom. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, dwar in-nuqqasijiet li nstabu waqt l-ispezzjonijiet mill-Ispetturi tas-Saħħa, dawn jiġu referuti lill-Ministru ta` l-Edukazzjoni kull term kif titlob il-Liġi, sabiex tittieħed azzjoni minn naħa ta` dan il-Ministeru.
Leg 9 PQ #36730 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Kunsill Mediku — Każi Pendenti

Question

Jogħġbu l-Ministru jindika n-numru ta' każi pendenti quddiem il-kunsill mediku? Kemm minnhom huma mħollija għas-sentenza? Kemm ilu pendenti l-iktar każ antik?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li quddiem il-Kunsill Mediku hemm disa` (9) każi pendenti. Minn dawn hemm erba` (4) li huma mħollija għas-sentenza fil-waqt li l-iktar każ antik ilu pendenti sentejn.
Leg 9 PQ #36633 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Imsida — Residenti Anzjani - Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex residenti anzjani mill-Imsida li jkollhom bżonn il-mediċini ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jmorru ċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira biex jinqdew? Ma jistax isir dan mill-berġa ta' l-Imsida?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li anzjani u pazjenti li joqgħodu l-Imsida jistgħu jġibu l-Mediċini mill-berġa ta` l-Imsida billi jużaw is-sistema tal-postal service li tintuża fil-bereġ ta` Malta kollha. Dawn ikunu jridu jieħdu l-kartuna tal-mediċini mar-riċetta tat-tabib ħmistax-il ġurnata qabel ma jispiċċawlhom il-mediċini. Ħmistax wara jistgħu jiġbru l-mediċini mill-berġa tal-lokalita` tagħhom.
Leg 9 PQ #36661 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Orthopaedic Ward - Nurse Barrani

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-ward ta' l-orthopaedic fl-isptar San Luqa, fejn hemm rikoverat il-pazjent li ismu qed jintbagħat separatament, li dan riċentement ried li jiġi maħsul u nurse barrani, li ismu wkoll qed jintbagħat separatament, probabbilment mill-Afrika, barra li ma riedx jagħmel dan, kellmu ħażin bil-lingwa Maltija? Jaf il-Ministru li dan hu każ li jimmerita attenzjoni immedjata u li dan in-nurse barrani żgur li mhux qed jagħmel ġih lis-soċjeta` Maltija b'aġiru, wara li tajnih l-impjieg f'Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kien hemm rapport li daħal għand il-Customer Care fit-30 ta` Ottubru 2002 fejn ġie msemmi li pazjent ikomplejnja li nurse barrani qallu biex jinħasel meta kien muġugħ ħafna. Fir-rapport qatt ma semma li nurse kellmu ħażin bil-lingwa maltija. Il-każ dwar il-ħasil tal-marid ġie nvestigat mil-Nursing Administration ta` l-Isptar San Luqa fejn instab li dan in-nurse li huwa miżżewweġ Maltija ftiehem ħażin mal-pazjent li kien tant muġugħ. Fil-fatt il-pazjent inħasel kif xtaq hu.
Leg 9 PQ #36717 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Breast Screening

Question

Fid-dawl tad-dikjarazzjoni li kien għamel il-gvern li kien qed jevelwa screening fuq bażi nazzjonali għall-cancer tas-sider fin-nisa, jista' il-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent, id-Diviżjoni tas-Saħħa qed tkompli tiżviluppa u ssaħħaħ is-servizz multidixxiplinarju li qed jiġi offrut fil-Klinika tas-Sider fl-iSptar San Luqa. Qed isir aktar taħriġ f'diversi oqsma professjonali sabiex dawn ikunu speċjalizzati fil-kura tas-sider. Bħala bażi ta` informazzjoni, qegħda tinbena database ta` pazjenti li jbatu mill-kanċer tas-sider bil-għan li screening jiġi pprovdut għal dawk in-nisa li jitqiesu li għandhom riskju ferm akbar li jiżviluppaw il-marda tal-kanċer fis-sider. Il-pożizzjoni tad-Diviżjoni tas-Saħħa fuq screening fuq bażi nazzjonali għandha terġa` tiġi evalwata fis-sena 2005.
Leg 9 PQ #36823 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid tal-Qroqq — Ċumnija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċumnija fl-isptar il-ġdid f' Tal-Qroqq? Fejn inħadmet? Kemm tħallas is-sid tal-crane li tella f'posta ċ-ċumnija msemmija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ċ-ċumnija ta` l-iSptar Mater Dei inbniet minn Steelcon fid-Danimarka u ġiet tiswa LM131,174 (VAT eskluż). Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ma nħossx li għandi nagħti nformazzjoni peress li hija ta` natura kummerċjali.
Leg 9 PQ #36824 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid tal-Qroqq — Evalwazzjoni ta' offerti

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ż-żewġ rapporti tal-konsulenti SECTAR mqabbda mill-FSM biex jevalwaw l-offerti mitfugħa għas-sejħa għall-offerti ta' apparat mediku, għamara u affarijiet relatati magħhom għall-isptar il-ġdid f' tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #36825 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar ġdid Tal-Qroqq — Kuntratturi

Question

Jista' i-Ministru jgħid min kienu u mill-liema pajjiż ġejjin il-kuntratturi li ħadu ħsieb sub-contracting mill-konsortium Skanska għal xogħol ta' disinjar, bini u kull xogħol ieħor relatat mal-bini ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-detail design ta` l-isptar Mater Dei ġie magħmul mill-impjegati tal-konsurzju Skanska Malta J.V. Is-subcontractors li ġew imqabbda sabiex jaħdmu xogħlijiet diversi ġejjin minn dawn il-pajjiżi: Malta, Rejnu Unit, Italja, Danimarka, Svezja u Ungerija.
Leg 9 PQ #36827 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Naxxar — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jara li l-insetti riżultat ta' fawran ta' drenaġġ li hemm fil-plot li qed tinbena fil-kantuniera bejn triq il-Parroċċa u triq San Pawl in-Naxxar jiġu kkontollati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-investigazzjonijiet neċessarji għadhom qegħdin isiru. Risposta tingħata f'xi seduta aktar tard.
Leg 9 PQ #36272 Sitting 811 2002-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet Maltin — Asserzjoni ta' Ġurnal Fillandiż

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'verita' hemm fl-asserzjoni tal-ġurnal Fillandiż Helsingin Sanomat (14 ta' Ottubru 2002) dwar l-isptarijiet Maltin li kkwota studji li jikkonkludu: Staphylococcus infections that are resistant to treatment by the most common antibiotics have been spreading rapidly in Finnish hospitals. Reported cases of infection with MRSA bacteria were three times more frequent last year that they were in 1996, and the trend seems to be continuing. In Janruary-July this year MRSA was found in twice as many people as at the same time last year. By European standards the situation in Finland is still quite good. Only 0.4% of Finland's staph infections last year were resistant to antibiotics. In Britian the corresponding figure was 40% and in Malta more than 50%. Jirriżulta li dawn l-infezzjonijiet ġejjin min-nuqqas ta' ħasil sew ta' l-idejn ta' min jaħdem fl-isptarijiet? X'passi qed jittieħdu biex fl-isptarijiet lokali jidħlu prattiċi stretti ta' iġjene għall-ġid tal-pazjenti u ta' min jaħdem fihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-istatistika li semma l-Onor Bartolo tikkorrispondi ma` statistika simili li ħareġ id-Dipartiment tas-Saħħa ta` Malta f'diversi pubblikazzjonijiet xjentifiċi kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Kif jidher mill-aħħar rapport tal-"European Antimicrobial Resistance Surveillance System", proġett tal-Komunita` Ewropeja li Malta tagħmel parti minnu, il-pożizzjoni ta` Malta f'dak li huwa methicillin resistant Staphylococcus aureus (MRSA) hija simili għal dik fir-Renju Unit, Irlanda, Greċja, Spanja, Iżrael u Croatzja. Irid jingħad iżda li fejn għandu x'jaqsam ma` każijiet oħrajn ta` "multi-resistant organisms" inkluż penicillin-resistant Streptococcus pneumoniae, non-susceptible Enterococci u ESBL E. coli il-pożizzjoni f'Malta hija ħafna aħjar minn dik f'pajjiżi oħrajn Ewropej, inkluż il-Finlandja. L-Onorevoli membru huwa korrett li jsemmi l-iġjene ta` l-idejn bħala mezz importanti ta` kontroll tat-tixrid kemm ta` l-MRSA kif ukoll tal-maġġoranza ta` l-infezzjonijiet fl-isptarijiet. Għaldaqstant, l-Infection Control Unit ta` l-Isptar San Luqa ilha għal dawn l-aħħar snin teduka lil kull min huwa responsabbli għall-kura tal-pazjenti fuq l-importanza tal-ħasil ta` l-idejn. Fost dawn wieħed jista` jsemmi post-qualification kors fl-infection control ta` 28 siegħa li jsir għall-infermiera, Infection Control Conference li ilha tiġi organizzata kull sena mill-1999, leaflets u posters li jitqassmu fis-swali, materjal informattiv fil-webpage li l-Unit niediet fil-website ta` l-Isptar San Luqa kif ukoll ix-xiri ta` ammonti kbar ta` l-"alcoholic hand rub" sabiex jikkompensa għan-nuqqas ta` sinkijiet li sptarijiet qodma bħal San Luqa dejjem ikollhom. Irid jingħad madankollu li n-numru ta` każijiet ta` MRSA mhuwiex wieħed stabbli. Fil-fatt riċerka li saret mill-Infection Control Unit turi l-każijiet ta` din l-infezzjoni jiġru l-aktar fix-xhur meta l-"bed occupancy" fl-isptar tkun qawwija. Fl-aħħarnett, għandu wkoll jingħad li prevalenza ta` l-MRSA hija wkoll relatata ma` użu qawwi u bla bżonn ta` l-antibijotiċi. Id-Dipartiment tas-Saħħa diġa ħa passi f'dan ir-rigward. Twaqqaf working group li lesta rapport li wkoll jinsab fil-webpage tal-Unit. Fuq dan ir-rapport id-Dipartiment waqqaf kumitat nazzjonali kif ukoll Antibiotic Team ġewwa l-Isptar San Luqa sabiex jara kif l-użu ta` l-antibijotiċi jibda jsir b'mod aħjar għal ġid tal-pazjenti.
Leg 9 PQ #36527 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Każijiet Reġistrati — Breakdown

Question

Jista' l-Ministru jagħtini breakdown tan-numru ta' każi/żjarat reġistrati li użaw is-servizzi taċ-ċentri tas-saħħa fil-Mosta, Rabat, B'Kara, Bormla, Qormi u Floriana mill-1995 'l hawn sena b'sena.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. (N.B. fis-sena 1995 ma kienitx tinżamm statistika).
Leg 9 PQ #36529 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat modern nġieb fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul dawn l-aħħar erba' snin sena b'sena u għaliex l-x-ray machine ma nbidlitx meta ilha wieqfa sa minn Jannar ta' din is-sena u kienet ilha suġġett ta' ħsarat għal dawn l-aħħar tliet snin.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li f'dawn l-aħħar erba` snin ma kien hemm l-ebda ħtieġa għal apparat speċifiku ħlief għal "monitored cold-storage" għal vaċċini li ġiet fornuta s-sena l-oħra. Rigward l-X-Ray machine nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija numru 36530.
Leg 9 PQ #36530 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

X-Ray Machine — Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat

Question

B'referenza għall-x-ray machine, fiċ-ċentru ta-saħħa tar-Rabat, jista' l-Ministru jinfurmani bil-progress ta' l-ittra tiegħi ta' nhar l-1 ta' Ottubru 2002 li tagħha qed nibgħat kopja separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-proposta ta` l-Onor Interpellant qed tiġi ikkunsidrata fid-dawl tal-prijoritajiet għall-apparat ta` l-X-Ray fis-servizzi tas-saħħa.