Legislature:
Category:
Reset
Active:

Taxxi diretti/indiretti

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal kemm kien jammonta d-dħul tal-gvern minn taxxi diretti u ndiretti mis-settur turistiku matul is-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Prodotti tal-biedja lokali — Regoli ġodda

Question

Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konferma uffiċjali li l-Gvern ta’ Malta għandu mill-GRTU u mill-Kamra tal-Kummerċ u mill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta, li dawn l-entitajiet huma favur ir-regoli ġodda tas-salvagwardji ta’ prodotti tal-biedja lokali li ġew dikjarati mal-bdiewa, mar-raħħala u ma’ l-agro industrija matul l-elezzjoni ġenerali li għaddiet? Kif fil-fatt se taħdem din is-sistema tas-salvagwardji tal-biedja lokali? Huwa l-każ li l-UE trid tapprova r-rakkmandazzjonijiet in kwestjoni li jsiru mill-awtoritajiet lokali kemm-il darba jinqala’ l-bżonn li jiġu applikati dawn is-salvagwardji msemmija?

Response (DALLI, JOHN)

Peress li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi primarjament għas-settur tal-biedja, nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.