B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 29866, jista' l-Ministru jwieġeb fid-dettal u jagħti breakdown ta' kemm tħallset levy prodott, prodott, inkluż sigaretti, xorb eċċ?
Response (DALLI, JOHN)
Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammonti miġbura, kapitlu b'kapitlu mill-1 sal-24 għas-snin 1999, 2000 u 2001 (sat-30 ta' Settembru).
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuni bin-numru tal-karta' ta' l-identita
a) 24693 (M)
b) 781149 (M)
c) 6526 (M)
qatt ma rċivew ir-refund dovut lilhom kwantu taxxa u dan madankollu li għandhom tant bżonn dawn il-flus?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni kunfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayers allura r-risposta tingħata lilhom privatament. Jekk jkunu jridu jistgħu jmorru sat-Taxpayer Service u jkun jistgħu jinqdew minn hemmhekk.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li għandu n-numru ta' l-identita 246963 (M) ilha snin tistenna li tirċievi r-refund mit-taxxa u dan meta hi għandha tant bżonn dawn il-flus?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi ngħati nformazzjoni kunfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibilta li l-persuna minn Ħal-Tarxien li dettalji dwarha jidhru under separate cover, tingħata r-refund tat-taxxa peress li trid tagħmel operazzjoni u allura r-refund jgħinha ttaffi mill-ispejjeż?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni kunfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna mill-Belt hawn taħt indikata tingħata r-refund tat-taxxa bejn 1993 u 1-1998?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni kunfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-periti privati li ingħatw il-konsulenza għax-xogħolijiet li saru fl-Stock Exchange il-ġdid?
Kemm hu kkalkulat li hu l-valur tal-kuntratt tagħhom u kemm tħallsu sa issa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wara sejħa għall-offerti li saret fl-1996 id-ditta Architecture Project intgħażlet minn fost erba' tenderers.
Il-valur totali li tħallsu kien ta' Lm202,000 li jinkudi Lm30,000 VAT. Jonqos jitħallsu Lm6,000. Dan jinkludi l-iddisinjar, il-project management kif ukoll surveys li saru bħal per eżempju fuq is-saqaf ta' dan il-bini storiku kif ukoll fuq il-pedamenti li ppreżentaw ċerti problemi waqt il-fażi ta' rinnovazzjoni.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Ministeru tal-Finanzi ta struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-taxxi interni biex jiġbor Lm16M addizzjonali f'income tax sa tmiem is-sena minn fuq kontijiet pendenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istruzzjonijiet li joħorġu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni hu li jgħamel ix-xogħol b'effiċjenza u galbu.
B'referenza għall-PQ 29906 jista' l-Ministru jikkonferma jekk ġiex appuntat xi konsulent ekonomiku mal-Bank Ċentrali dan l-aħħar?
Min hu?
X'terms of refernce għandu?
Kemm qed jitħallas?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 29906 f'seduta 647.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 29949?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fir-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 15456 f'seduta 287 kont irrispondejt il-mistoqsija parlamentari 11941 abbażi ta' r-returns li daħlu għas-sena bażi 1998.
Id-dħul medju dikjarat fil-formoli tat-taxxa għas-snin ta' stima 2000 u 2001 rispettivament mid-diversi professjonisti huwa kif ġej:
2000 2001
Periti u Inġiniera 4442 5212
Accountants u Awdituri 4456 5412
Avukati, Nutara u Prokuraturi Legali 6356 7916
Veterinarji 6014 6172
Dentisti 5399 6419
Tobba 3832 4395
Dawn l-ammonti juru biss id-dħul mill-prattika privata (private practice) u ma jinkludux id-dħul li seta' kellhom mill-impjieg jew sorsi oħra. Hi medja li tiġi affettwata min numru ta' persuni reġistrati f'kull professjoni u li jaħdmu fuq bażi part time.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset levy fuq l-importazzjoni tal-laħam abjad sena b'sena matul dawn l-aħħar 5 snin? Liema varjeta ta' laħam abjad fil-fatt tħallset il-levy?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li għalqu n-negozju tagħhom u rritornaw il-kotba tal-VAT lid-dipartiment bejn is-snin tal-1997 sal-lum xahar b'xahar?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari nru. 22828 f'seduta 473 u W312 f'seduta 596.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mil-levies fuq prodotii tal-biedja matul dawn l-aħħar tlett snin sena b'sena separatament? jista' jagħti breakdown fuq liema varjeta tħallset il-levy?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma nistgħax ngħati dettalji ta' l-importazzjoni u l-levies li nġabru għal raġunijiet ta' kunfidenzjalita'. Jekk wieħed jara l-ewwel 24 kapitlu tat-tariffa tad-dwana, jsib li l-levies miġbura kien kif ġej :
1999 Lm 7,733,067 minn total ta' Lm 9,853,000
2000 Lm 7,436,878 minn total ta' Lm 8,447,000
2001 (sat-30 ta' Settembru) Lm 5,821,893 minn total ta' Lm 6,424,000
Taħt dawn il-kapitli hemm inklużi prodotti bħal sigaretti, xorb, imbejjed, etċ.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista tas-setturi nklużi f'dawn il-kapitli.
Jista' l-Ministru jgħid l-Awtoritajiet kemm irċevew rapporti ta' transazzjonijiet suspettużi li setgħaw kienu marbutin mal-ħasil tal-flus maħmuġin matul is-snin 1999, 2000 u 2001? Kemm minn dawn ġew mis-settur bankarju? Kemm minnhom oriġinaw minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn tan-non-banking sector? Kemm minn dawn il-każi wasslu għall-prosekuzzjoni tal-partijiet konċernati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu msemmi ċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta rċieva
rapporti ta' transazzjonijiet suspettusi kif gej:
1999: 5
2000: 5
2001: 8 (sa 26.11.01)
Ir-rapporti kollha ingħataw lill-Pulizija.
Il-Pulizija għandha informazzjoni sħiħa dwar in-numru globali ta' rapporti fuq transazzjonijiet suspettużi, u investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li saru matul il-perjodu msemmi. Il-Pulizijia tista tirċievi wkoll u tagħmel investigazzjonijiet fuq informazzjoni jew rapporti li jaslu minn awtoritajiet barranin.
In-numru ta' rapporti ta' transazzjonijiet suspettużi li setgħu kienu marbutin mal-ħasil tal-flus maħmuġin magħmula minn banek liċenzjati taħt il-Banking Act 1994 jew minn istituzzjonijiet finanzjarji liċenzjati taħt il-Financial Institutions Act 1994 kienu kif ġej:
Sena Banek Oħrajn Total
1999 13 1 14
2000 23 - 23
2001 (sa 26.11.01) 19 - 19
Il-Borża ta' Malta ma kellha l-ebda rapport ta' transazzjoni suspettuża li b'xi mod setgħa kien marbut ma' ħasil tal-flus matul is-snin 1999, 2000 u 2001.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MFSC fil-preżent għandhiex struttura ta' pagi għall-uffiċjali u l-impjegati tagħha? Huwa minnu li qed jkun hemm każi fejn diversi impjegati tal-bank ċentrali qed jiġu offruti pakketti attraenti ħafna on case by case basis sabiex l-MFSC tkun tista issaħħaħ ir-risorsi umani tagħha qabel titwaqqaf formalment bħala awtorita' li tkun wkoll single financial regulator? X'inhuwa il-framework ta' pagi li qed jiġu offruti lill-uffiċjali għoljin tal-Bank Ċentrali sabiex jitħajru jingħaqdu mal-MFSC?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MFSC għandu skali ta' pagi stabbiliti għall-impjegati kollha tiegħu. L-impjegati tal-Bank Ċentrali li ser jgħaddu għal mal-MFSC qegħdin jiġu offruti paga skond l-iskali li għandha l-MFSC. Dawn l-iskali kienu ġew debitament approvati mill-Bord tal-MFSC, u huma differenti mill-iskali tal-Bank Ċentrali, anke peress illi l-MFSC ma għandhiex fringe benefits, la diretti u lanqas indiretti, bħal ma jidher li jista għandhom l-impjegati tal-Bank Ċentrali in virtu' tal-Ftehim Kollettiv esistenti.
L-ebda impjegat tal-Bank Ċentrali ma ġie offrut salarju on a case by case basis. Wieħed, iżda, jrid iżżom quddiem għajnejh illi l-kundizzjonijiet li għandhom l-impjegati tal-Bank Ċentrali huma differenti wieħed mill-ieħor.