Tista' l-Ministru tara li l-persuna minn Haz-Zabbar, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li mhix qed tieħu relief u lanqas allowance, tibbenefika minn dan is-servizz biex tgħajjex familja minħabba li hija single parent u qed tgħid li ma tistax tgħajjex il-familja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, fl-24 ta’ Frar 2007, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant kienet ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Ninsab infurmata wkoll li l-imsemmi Dipartiment reġa’ kiteb lil din il-persuna dwar il-każ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-ammont totali mill-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali li tħallas għall-immigranti illegali fl-aħħar 10 snin sena b'sena? Kemm qed jiswa lill-gvern kull immigrant fid-detention centres?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mis-sena 2004, meta ġie allokat għall-ewwel darba Vot taħt il-Ministeru tiegħi biex ikopri spejjeż konnessi ma' l-immigranti irregolari wara li joħorġu miċ-Ċentri Magħluqa, inkluż l-ispejjeż għat-twaqqif u tmexxija ta' Ċentri Miftuħa, intefqu l-ammonti kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tara għaliex anzjan, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li qiegħed jistenna biex jirċievi l-applikazzjoni tas-sussidju fuq dawl u ilma (voucher) li minkejja li xahar u nofs ilu qalulu li ser jirċievi, dan għandu ma rċieva xejn? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' approvazzjoni mill-Housing Authority tal-persuna li d-dettalji tal-file tagħha qed jintbagħtu separatament? Tista' tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar qed tistenna li tirċievi d-dokumenti meħtieġa biex tkun tista’ tipproċessa l-applikazzjoni ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25644 u jgħid hemmx xi pjanijiet biex wara li ssir il-migrationsħiħa mill-iSptar San Luqa lejn l-iSptar Mater Dei parti minnu tiġi użata bħala residenza għall-persuni b'inkapaċita' mentali, speċjalment dawk li jkunu tilfu l-ġenituri tagħhom? Jekk le, xi pjanijiet alternattivi għandu l-gvern biex jindirizza din il-problema akuta li qed tippreokkupa lil diversi ġenituri anzjani bi tfal b'inkapaċitajiet simili?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li ngħatat mill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25644, f’Seduta Numru 524.
Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern diġa’ ndirizza l-problema. Għal dan l-iskop waqqaf l-Aġenzija Sapport fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali biex, fost affarijiet oħra, tipprovdi servizz residenzjali fil-komunita’ għall-persuni b’diżabilita’, inkluż diżabilita’ mentali. Dan is-servizz diġa’ qed jiġi provdut f’residenzi f’Wied il-Għajn, Kirkop, Fgura u Mtarfa u qed titħejja residenza oħra f’Bormla.
Barra minn dan, permezz ta’ ftehim mal-Fondazzjoni Arka u l-Knisja, il-Gvern qed jiffinanzja numru ta’ postijiet għal servizz residenzjali lil persuni b’diżabilita’ provduti f’Għajnsielem u Birkirkara rispettivament.
Dan kollu hu skond il-politika tal-Gvern preżenti li jgħin persuni b’diżabilita biex, kemm jista’ jkun, jgħixu ħajja ndipendenti fil-komunita’ u mhux segregati f’post ċentralizzat.
Tista' l-Ministru tikkonsidra t-talba tar-residenti ta' Block B2 Gżira HE biex issirilhom tibjida tal-common parts ta' l-appartamenti tagħhom minħabba fl-istat ħażin li jinsabu fihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ghaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna mill-Belt Valletta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Tista' l-Ministru tara li l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva Care and Repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant kienet ibbenefikat minn għotja fis-sena 2000 biex tirranġa l-post mikri mill-Gvern.
Ninsab infurmata wkoll li, għalkemm ma jirriżultax li minn dak inhar l-Awtorita’ irċeviet xi talba oħra mingħand din il-persuna, l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond biex tara jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Tista' l-Ministru tara għaliex il-persuna mill-Isla, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li applika biex jixtri l-fond tiegħu li għal aktar minn 30 sena, kien milqut bil-liġi Possession and Use, titħaffiflu l-applikazzjoni quddiem l-Awtorita' tad-Djar, biex isir il-kuntratt finali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fi żmien qasir l-Awtorita’ tad-Djar mistennija tinforma lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant bil-prezz kummerċjali tal-fond u titlobha tipproduċi dokumenti dwar id-dħul tagħha fis-sena 2006. Dan biex jiġi verifikat jekk għandiex dritt tibbenefika minn sussidju fuq il-prezz.
Tista' l-Ministru tara li jibda x-xogħol ta' saqaf ikkundanat ta' omm separata ta' żewġt itfal, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li s-sejħa għall-offerti biex isir ix-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant qed tiġi aġġudikata.
Ninsab infurmata wkoll li x-xogħol meħtieġ fil-post indikat ser jingħata prijorita.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm familji li qegħdin jiġu megħjuna mis-Servizz tal-Home Start li twaqqaf fl-2005 mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali? Minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-familji? Hemm xi familji li qegħdin jistennew li jingħataw dan is-servizz importanti? Minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-familji? Tista' wkoll tgħid kemm kien hemm żgħażagħ li m'għadhomx jgħixu f'xi dar residenzjali jew kienu fostered u bbenefikaw mill-proġett Head Start li kien ukoll twaqqaf fis-sena 2005?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li s-servizz tal-HomeStart, li twaqqaf f’April 2006, qed jibbenefikaw minnhu 7 familji u hemm 2 familji oħra li qed jiġu mlaqqa’ mal-volontieri. Is-servizz lil dawn ta’ l-aħħar mistenni jibda f’qasir żmien.
Il-familji li qed jirċievu s-servizz ġejjin mill-catchment area tal-proġett, jiġifieri mill-Fgura, l-Kottonera, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun. Ninsab infurmata li m’hemm ħadd minn din il-catchment area fuq il-waiting list.
Ninsab infurmata wkoll li n-numru ta’ żgħażagħ li bbenefikaw mill-proġett HeadStart kien ta’ 15.
Billi kważi d-dipartimenti kollha tal-gvern għandhom Quality Service Charter, tista' l-Ministru tgħid jekk il-Fondazzjoni għas-Sservizzi ta' Ħarsien Soċjali għandhiex Quality Service Charter? Jekk le, għaliex u meta se jkollha l-Fondazzjoni dan il-Quality Service Charter?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali għad m’għandiex Quality Service Charter.
Kif żgur jaf l-Onor. Interpellant, f’dawn l-aħħar snin, din il-Fondazzjoni ħadet responsabbiltajiet ġodda u għaddiet minn fażi ta’ ristrutturar u għalhekk ma kienx iż-żmien idoneju li tibda proġett biex ikollha
Quality Service Charter
.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, il-Fondazzjoni bdiet tieħu passi biex tidentifika dawk is-servizzi li ser ikunu ta’ l-ewwel biex ikunu koperti minn
Quality Service Charter
li mistenni jiddaħħal is-sena d-dieħla.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ġuvni, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ma jaħdimx u jgħix ma' ħuh il-ġuvni li jaħdem, hux intitolat għal benefiċċji soċjali? Jekk fl-affermattiv, liema huma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara li l-fond tal-Gvern fl-Isla, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li qed ikun allegat mill-inkwilin li hemm problemi strutturali, jittieħdu l-passi neċessarji biex jekk dan hu minnu tkun irrimedjata l-problema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u t-Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-fond, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jinsab fl-Isla hux milqut mil-liġi Possession and Use? Jista' jinxtara? Jekk fl-affermattiv, xi proċedura trid tkun segwita, biex ix-xiri jseħħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar m’għandiex applikazzjoni taħt l-iskema Sir Sid Darek mingħand il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jekk din il-persuna ilha għal dawn l-aħħar ħames snin il-kerreja rikonoxxuta tal-post indikat għandha tagħmel applikazzjoni taħt l-iskema msemmija.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-fond, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jinsab fl-Isla, hux milqut mil-liġi Possession and Use? Jista' jinxtara? Jekk fl-affermattiv, xi proċedura trid tkun segwita, biex ix-xiri jseħħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar m’għandiex applikazzjoni taħt l-iskema Sir Sid Darek mingħand il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jekk din il-persuna ilha għal dawn l-aħħar ħames snin il-kerreja rikonoxxuta tal-post indikat għandha tagħmel applikazzjoni taħt l-iskema msemmija.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' lift fi blokk flats, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li r-residenti diġa' applikaw għalih fejn waħda minnhom għandha problemi biex timxi u wieħed minnhom għamel il-bypass? Jistgħu jiġu nfurmati bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar approvat l-istallazzjoni ta’ lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant u li, fl-4 ta’ April 2007, l-applikanti ġew mitluba jimlew il-formola meħtieġa biex jitkompla l-proċess għall-istallazzjoni tal-lift.
Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ għad ma rċevietx lura l-applikazzjoni mimlija.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hawn single parents jieħdu għajnuna fl-aħħar 15-il sena, sena b'sena? Għal liema għajnuna l-aktar li jikkwalifikaw dawn is-single parents? Kemm kien l-ammont totali ta' għajnuna li ngħatat lil dawn kull sena fl-aħħar 15-il sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li statistika dwar benefiċċji mħallsa lis-single mothers bdiet tinżamm mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali mill-1995.
Ninsab infurmata wkoll li l-kumplament ta’ l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpelllant, mis-sena msemmija, hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Benefiċċji mħallsa lil
single mothers
:
Għajnuna Soċjali
Benefiċċju għall-Maternita’
Children Allowance
Disabled Child Allowance,
Milk Grant,
Additional Bonus,
Bonus
ta’ kull sitt xhur
Sena
Numru
Spi
ża
1995
470
Lm464,966.539
1996
511
Lm578,263.693
1997
575
Lm659,212.109
1998
693
Lm806,155.635
1999
834
Lm959,010.466
2000
945
Lm1,142,709.894
2001
1066
Lm1,330,850.998
2002
1204
Lm1,540,825.566
2003
1402
Lm1,818,694.39
2004
1613
Lm2,110,741.609
2005
1813
Lm2,343,098.83
2006
2043
Lm2,750,902.720
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna tingħata lill-immigranti illegali meta dawn jinħelsu mid-detention centres?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Immigranti rregolari li joħorġu miċ-Ċentri Magħluqa jingħataw akkomodazzjoni f’Ċentri Miftuħa, kif ukoll għajnuna biex ikunu jistgħu jixtru l-bżonnijiet bażiċi.