Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35926 Sitting 811 2002-11-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Overdosage

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi ta' overdosage lill-pulizija din is-sena? Kemm minn dawn kienu aċċidentali? Kemm kienu kawża ta' ectasy u kemm ta' drogi oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 143 każ ta` xi tip ta` overdose. Minn dawn, dawk li jistgħu jitqiesu bħala aċċidentali kienu 30 peress li kienu riżultat ta` droga ta` abbuż, fosthom 2 kawża ta` ecstacy.
Leg 9 PQ #36264 Sitting 811 2002-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Applikazzjonijiet Pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA minn skejjel ta' l-Istat, tal-knisja u dawk indipendenti biex: 1 tinbena estensjoni għall-iskola eżistenti 2 isir tibdil strutturali lil xi skola jew xi bini li jappartieni lill-iskola? 3 Minn min saret kull applikazzjoni? Meta saret?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar għandha 30 applikazzjoni pendenti għal dan it-tip ta` żvilupp. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi id-dettalji mitluba dwar dawn l-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #36265 Sitting 811 2002-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Applikazzjonijiet Pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid il-MEPA x'applikazzjonijiet pendenti għandha għall-: 1 bini ta' lukandi ġodda 2 bini ta' estensjoni ta' lukandi 3 tibdil fl-istruttura ta' lukandi eżistenti F'kull każ jista' jgħid meta saret kull applikazzjoni, minn min u f'liema lokalita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar għandha 46 applikazzjoni pendenti għal dan it-tip ta` żvilupp. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi id-dettalji mitluba dwar dawn l-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #36526 Sitting 811 2002-11-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Fosos

Question

Jista' il-Ministru jivverifika li x-xogħol ta' tqattiegħ ta' blat sabiex issir fossa fil-bajja ta' Lapsi, s-Siġġiewi hux kopert bil-permessi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar? Jafu li għal dan ix-xogħol propost kienet saret oġġezzjoni mill-persuni kważi kollha li għandhom proprjeta' f'din il-bajja (PA 1419/00)? Jista' il-Ministru jispjega kif tista' titbattal din il-fossa meta vetturi kbar ma jistħgux jinżlu f'din il-bajja? Japprezzax li allura din il-fossa se twassal għat-tniġġiż tal-baħar ta din il-bajja b'effett serju fuq il-feedwater ta' l-impjant tar-reverse osmosis?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta` tħaffir ta` fossa li preżentament qed isir ġewwa Għar Lapsi, limiti tas-Siġġiewi huwa kopert bil-permess meħtieġ ta` żvilupp PA 1419/00 maħruġ fit-18 ta`Ottubru 2001. L-oġġezzjonijiet li saru minn terzi waqt il-proċess ta` l-applikazzjoni ġew ikkunsidrati mill-Awtorita`. Saret ukoll konsultazzjoni ma` l-entitajiet konċernati fuq dan is-suġġett, fosthom dawk ta` l-Ambjent illi ma sabux oġġezzjoni għal dan l-iżvilupp. L-applikant intrabat li l-fossa titbattal għas-spejjeż tiegħu permezz ta` pompa konnessa ma` bowser li jiġi pparkjat fit-triq Għar Lapsi. Il-fossa hija suġġetta għal ċertifikazzjoni u permessi mid-Dipartiment tad-Drenaġġ u minn dak tas-Sanita`, fejn dan ta` l-aħħar jirriserva d-dritt li jordna t-twaqqif ta` l-użu tal-fossa u/jew jordna sistemi ulterjuri ta` drenaġġ jekk iħoss in-neċessita` li jagħmel hekk.
Leg 9 PQ #36538 Sitting 811 2002-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Għalqa ta' Kola

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mis-sitwazzjoni ta' l-Għalqa ta' Kola fir-Rabat? Kemm fil-fatt kien il-kumpens li l-Gvern ħallas sabiex jirrimedja l-kwistjonijiet li hemm dwar l-għalqa ta' Kola fir-Rabat, Malta? Għaliex minkejja li sar dan il-ħlas, din ma ġietx mogħtija kisja tarmac? Jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni mmedjatament ħalli sal-Milied li ġej ix-xogħlijiet ikunu tlestew?

Response (BORG, TONIO)

Il-Gvern offra s-somma globali ta` ħames mija, wieħed u ħamsin elf sebgħa mija u ħamsin Liri Maltin (Lm551,750.00) għall-akkwist tal-proprjeta` fir-Rabat li irrefera għaliha l-Onorevoli Membru. Din il-proprjeta` tappartjeni għal diversi persuni u x-xiri ġie konkluż fil-konfront ta` persuna waħda biss. Sitt proprjetarji oħra ikkontestaw l-offerta li saret lilhom. L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi t-tieni parti tad-domanda lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #36540 Sitting 811 2002-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Triq Ġ.Borg Olivier, Rabat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet tat-traffiku li l-Pulizija tat fi Triq Ġ. Borġ Olivier ir-Rabat

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena ingħataw 453 ċitazzjoni tat-traffiku fi Triq G Borg Olivier, Rabat.
Leg 9 PQ #35920 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Drink Driving

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni fuq drink driving il-Qorti din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena kien hemm 75 persuna li tressqu l-Qorti fuq sewqan taħt l-influwenza ta` l-alkoħol.
Leg 9 PQ #36513 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba li saret lill-kummissarju ta' l-artijiet minn persuni li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament sabiex jitrasferixxu l-kera ta' garage f'Ħ'Attard minn fuqhom għax fuq binthom (L827/98)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi permezz ta` ittra li ġġib id-data tas-6 ta` Ottubru 1999, l-Uffiċċju Konġunt kien informa lil persuna konċernata li t-talba tagħha ma setgħatx tiġi milqugħa, peress li kienet tmur kontra l-provvedimenti tal-Att dwar it-Trasferimenti ta` Artijiet tal-Gvern.
Leg 9 PQ #36570 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department

Question

Peress li f'risposta parlamentari għal mistoqsija 36369, il-Ministru qal li l-fond 7 Blk A Triq ix-Xatt Bormla ħareġ għall-kiri bl-offerta fil-gazzetta tal-gvern tat-28 ta' Diċembru 2001 u wara, u peress li dan il-fond b'dan l-indirizz ma jidher imkien fejn qal il-ministru jiżda minflok f'din id-data deher il-fond bl-indirizz 7 Blk A, Parish Church Area, Triq il-Pellegrinaġġ Bormla, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux l-istess fond? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'inhi r-raġuni wara dan it-tibdil, u jserraħ ras min għal snin twal kien interessat f'dan il-fond, li ma kienx hemm raġuni ulterjuri biex jibbenefika xi ħadd partikulari? Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal dan il-fond?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fond deskritt bħala '7 Blk A, Triq ix-Xatt, Bormla' jew '7 Blk A, Parish Church Area, Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla' huwa l-istess. Qabel, din it-triq kienet magħrufa bħala 'Triq ix-Xatt', imma skond il-pjanti din it-Triq tidher bħala 'Triq il-Pellegrinaġġ' u għalhekk fl-avviż li deher fuq il-Gazzetta tal-Gvern, il-fond ġie deskritt bħala '7 Blk A, Parish Church Area, Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla'. Nixtieq inżid li l-offerti kellhom magħhom pjanta fejn turi dan il-fond. Infurmat ukoll li kien hemm b`kollox erba` offerti.
Leg 9 PQ #36592 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jelenka l-akkużi li ħarġu l-pulizija t'Għawdex kontra l-persuna li ħmistax ilu attakkat referee f'logħba football fil-Gozo stadium? Għaliex din il-persuna ma tressqitx il-qorti minnufih speċjalment meta r-referee sofra ġrieħi serji?

Response (BORG, TONIO)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal inċident li seħħ nhar it-12 ta` Ottubru 2002, ninsab infurmat illi l-persuna msemmija tinsab akkużata quddiem il-Qorti b`offiża fuq il-persuna ta` natura ħafifa, ħsara volontarja ta` inqas minn Lm500, theddid u ksur tar-Regolamenti biex jinżamm l-Ordni Pubbliku fil-Grounds ta` l-Isports. Għandu jingħad ukoll illi skond iċ-ċertifikat mediku ippreżentat lill-Pulizija il-ġrieħi li sofra ir-referee kienu ta` natura ħafifa.
Leg 9 PQ #36593 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Immigranti illegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali mill-1 ta' Jannar sal-lum? Kemm hemm li għadhom Malta? Kemm qed jiswa kuljum kull wieħed minnhom? Kemm huwa stmat li nefaq il-gvern s'issa bħala somma totali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta` din is-sena, daħlu Malta 1,351 immigrant illegali, fuq diversi dgħajjes. Minn dawn 959 għadhom Malta, li minnhom 83 ingħataw l-istatus ta` refuġjat/jew protezzjoni umanitarja filwaqt li 392 ġew ripatrijati lejn pajjiżhom, ċioe` Eritrea, Eġittu, Sudan, Marokk, Bangladesh u Pakistan. Infurmat ukoll li ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa fuq dawn il-klandestini u persuni oħra barranin miżmuma mill-Pulizija għal raġunijiet oħra.
Leg 9 PQ #36594 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Immigranti Illegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid mill-immigranti illegali li daħlu illegalment Malta mill-1 ta' Jannar 2002, kemm applikaw għal status ta' refuġjati? Kemm hemm talbiet li ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati? Kemm hemm talbiet li huma pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar 2002 sa l-aħħar ta` Ottubru 2002 l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati irċieva 244 applikazzjoni għal status ta` refuġjat mingħand persuni li waslu Malta illegalment bil-baħar. Dawn jinkludu 275 persuna. Minn dawn il-persuni kien hemm 11 li ġew rikonoxxuti bħala refuġjati filwaqt li 72 ingħataw protezzjoni umanitarja. Ninsab infurmat ukoll illi f`Ottubru 2002, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati ikkonkluda 34 każ u bħalissa hemm 29 applikazzjoni li għadhom qed jiġu ikkunsidrati. Dawn l-applikazzjonijiet jinkludu 10 każi ta` persuni li iddikjaraw li huma minorenni u li biex il-każ tagħhom ikun jista` jibda miexi, skond il-liġi l-ewwel irid jinħatrilhom guardian. Jinkludu wkoll 19-il każ li l-konsiderazzjoni dwarhom tinsab fi stadju avvanzat. Barra l-244 applikazzjoni riċevuti sa l-aħħar ta` Ottubru, hemm ukoll 262 każ fejn il-persuni konċernati imlew Kwestjonarju Preliminari li permezz tiegħu irreġistraw ix-xewqa tagħhom li japplikaw biex jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati. Dawn il-262 każ jinvolvu 347 persuna. L-applikazzjoni formali ta` dawn il-persuni u l-intervisti sussegwenti, għad iridu jsiru. Dawn il-262 każ ġew reġistrati kollha għall-ewwel darba fix-xahar ta` Ottubru 2002.
Leg 9 PQ #36632 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Banda tal-Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-membri tal-korp tal-pulizija msieħba fil-banda tal-pulizija m'għadhomx jitħallsu extra iżda l-ħinijiet li jqattgħu mal-banda jitnaqqsulhom mill-ħin normali tal-ġurnata tax-xogħol tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-prattika hi illi l-ħin li membru tal-Pulizija jqatta` mal-banda jkun parti mill-ġurnata tax-xogħol, u għaldaqstant ma jitħallasx 'extra duty', pero` meta l-istess membru jkun jew 'off duty' jew bil-leave, jitħallas bir-rata ta` l-overtime.
Leg 9 PQ #35908 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Karrozzi Mitluqa

Question

Jista' il-Ministru jara li l-karrozzi mitluqa li hemm ġewwa Marshall Courts il-Gżira, jitneħħew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa proprjeta` privata. Madankollu l-Pulizija avżat lis-sidien ta` dawn il-karozzi sabiex ineħħu dawn il-karozzi.
Leg 9 PQ #35910 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Ħabsin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin illum wara li ġew mogħtija pieni mill-Qorti? Kemm minn dawn kienu hemm għal aktar minn darba u kemm-il darba?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin hemm mija u tlieta u disgħin (193) persuna li qegħdin iservu piena karċerarja. Dawn kienu fil-Faċilita` biex iservu/servew sentenzi kif turi it-tabella hawn taħt:- L-ewwel sentenza 80 persuna Żewġ sentenzi 40 persuna Tlett sentenzi 23 persuna Erba` sentenzi 6 persuni Ħames sentenzi 9 persuni Bejn sitta u għaxar sentenzi 18 persuna Bejn ħdax u ħmistax-il sentenza 9 persuni Bejn sittax u għoxrin sentenza 5 persuni Minn wieħed u għoxrin sentenza u aktar 3 persuni
Leg 9 PQ #35913 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kunsilli Lokali — Serqiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru serqiet minn ġo uffiċini ta' kunsilli lokali din is-sena? X'insteraq u liema kienu l-kunsilli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena, il-Pulizija kellha ħames rapporti ta` serq minn uffiċini tal-Kunsilli Lokali. Il-lokalitajiet ikkonċernati u l-oġġetti irrapurtati misruqa kienu: 06.03.02 Attard Ammont ta` flus 18.03.02 Mdina Ammont ta` flus, cheques u ktieb tal-bank 29.05.02 Żabbar Portmoni li kien fih flus u credit cards 09.08.02 Valletta Ammont ta` flus 25.09.02 Fgura File ta` l-ETC
Leg 9 PQ #35914 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Shooting Ranges

Question

Jista` l-Ministru jgħid jekk hawnx applikazzjonijiet pendenti għall-shooting ranges? Jekk iva, kemm ilhom u għaliex dan it-tnikkir biex tinħareġ il-liċenzja.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Pulizija għandha applikazzjoni waħda għal shooting range. Din l-applikazzjoni bdiet tkun proċessata mill-Pulizija wara Ġunju ta` din is-sena, meta inħarġu il-permessi meħtieġa mill-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #35915 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qorti — Probation

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm illum hawn persuni fuq probation u għal liema reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36225 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Minor Staff ta' Skola

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija dwar rapport li xi ħadd mill-minor staff minn skola sekondarja statali tal-bniet, li isimha qed jintbagħat separatament, wera materjal pornografiku u mess studenta ta' dik l-iskola?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli ma jirriżultax illi l-Pulizija kellha xi rapport kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #36490 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jara għaliex membri tal-korp tal-pulizija Għawdxin li jintbagħtu Malta għassa mar-refuġjati, qegħdin jiġu offruti lodging degradanti u mingħajr lanqas faċilitajiet fejn jieħdu shower?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-quarters provduti lill-membri tal-Korp tal-Pulizija Għawdxin li temporanjament qed ikunu xogħol mal-immigranti illegali f`Malta huma mgħammra bil-faċilitajiet sanitarji kollha, inkluż showers.