Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29076 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?

Response (BORG, TONIO)

Ghalkemm ninsab infurmat illi fid-dipartimenti li jaqghu taht id-dekasteru tieghi ma jsirux spezzjonijiet formali, irid jinghad illi huwa d-dover tal-kapijiet tad-dipartimenti li jaghmlu dak kollu possibli biex ma jsirux abbuzi u biex ix-xoghol ta' l-impjegati taghhom isir dejjem izjed efficjenti u effettiv.
Leg 9 PQ #29232 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Inċident

Question

Jista' l-Ministru jgħid wara li l-Ħadd 21 ta' Ottubru kien hemm inċident li seta' kellu konsegwenzi serji meta żiemel sfratta, kisser is-serkin, u telaq jiġri ħdejn is-Centenary Stadium fejn ħabat u għamel ħsara lil xi vetturi qabel ma inqabad għaliex waqa', jekk hemmx permess tal-pulizija biex isiru tiġrijiet taż-żwiemel fit-triq pubblika li iddur mat-training grounds tal-football f' Ta' Qali nhar ta' Ħadd kmieni fil-għodu? Jekk hemm permess u dan mhux fil-Ħadd imsemmi biss, għaliex ma kienx hemm pulizija għassa biex vetturi ma jitħallux jgħaddu? Jekk m' hemmx permess x' passi ħadu il-pulizija wara il-każ tal-21 ta' Ottubru u anke fi Ħdud oħra speċjalment ukoll il-Ħadd 14 ta' Ottubru? Jista' l-Ministru jiżgura li dan il-periklu jitneħħa minn din it-triq biex dawk li jkunu sejrin għall-logħob fis-Centenary Stadium u oħrajn li jridu jgħaddu minn hemm ma jiffaċċjawx problemi bħal dawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kienx hemm permessi tal-Pulizija sabiex isiru tigrijiet taz-zwiemel fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Dwar l-incident, minn indagini li ghamlet il-Pulizija irrizulta illi s-sewwieq ta' 65 sena hassu stordut waqt li kien ghaddej biz-ziemel tieghu u waqa` minn fuq il-karettun. Il-bihma baqghet sejra u sakemm waqfet, lahqet laqtet ma' erba' karozzi li kienu ipparkjati. Is-sidien ta' dawn il-vetturi rrinunzjaw ghal proceduri kriminali kontra dan is-sewwieq, wara li huwa ghamel tajjeb ghal hsarat ikkagunati. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ser tkompli taghmel ronda f'dawn l-inhawi sabiex kemm jista' jkun ma jkunx hemm abbuzi ta' din ix-xorta.
Leg 9 PQ #28942 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Liċenzji Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' liċenzji ġodda tal-kaċċa u l-insib li ħarġu bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena u tul is-snin 2000 u 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar il-hrug ta' licenzji ghal kacca u insib hu kif jidher hawn taht:- Hrug ta' licenzji godda 1999 2000 2001 Jannar - Dicembru Jannar - Dicembru Jannar - Settembru Kacca 359 490 371 Insib 54 16-0 270
Leg 9 PQ #29131 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

ECF 1235/97

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi żviluppi dwar l-Enforcement Notice imqajjem f' PQ 27514?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` għedt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27514, il-każ ġie inkuż fil-lista tad-'direct action'. Sfortunatament il-lista tal-każi għall-azzjoni diretta hija twila.
Leg 9 PQ #29132 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex possibbli li fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin: 1) jerġgħu jiġu in working order il-personal computers għat-taħriġ tal-ħabsin 2) ikun disponibbli forn biex il-ħabsin ikunu jistgħu jaħdmu t-tafal bħala occupational therapy?

Response (BORG, TONIO)

Fir-rigward tal-personal computers, ninsab infurmat illi wara li dawn ġew imsewwija diversi drabi, qed tinstab diffikulta biex jinstabu l-parts neċessarji minħabba l-ispecifications tagħhom. Tajjeb wieħed jgħid illi l-indikazzjonijiet huma li dawn il-computers kontinwament kienet qed issirilhom ħsara għal ta` l-apposta mill-istess priġunieri. Hemm il-ħsieb li jekk ikun hemm il-fondi neċessarji jinxtraw computers ġodda. Fir-rigward tal-forn għal użu tal-ħami tat-tafal ninsab infurmat illi nġabru quotations biex jinxtara wieħed. Qegħdin isiru arraġamenti mill-Instructor tal-Pottery biex sakemm jinxtara dan il-forn ix-xogħol li hemm lest jittieħed għand l-aġenzija Sedqa li għandhom dan l-apparat.
Leg 9 PQ #29169 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif kollu dwar il-permessi tal-bini li ħarġu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar l-estensjoni/estensjonijiet li saru u li qed isiru fil-fond li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament b' mod kunfidenzali? Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx kien hemm enforcement notice minn-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jekk iva jista' jagħti d-dettalji? Jista' jagħti d-dettalji tal-case officer report? Jista' jgħid jekk minkejja l-enforcement notice, jekk kien hemm, kif ittiħdet deċiżjoni? Jista' jgħid jekk sarux on the spot inspections minn uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jekk iva meta saret jew saru dawn l-inspections? Jekk iva nstabu l-affarijiet skond il-permessi maħruġa? Jista' jgħid jekk fil-fatt l-Awtorita' ta' l-Ippjanar setgħetx toħroġ permessi addizzjonali fuq dan il-fond meta attwalment hemm kawża pendenti quddiem il-Qorti? Jekk le kif ħarġu l-permessi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fuq is-sit li rrefera ghalih l-Onorevoli Interpellant, fis-6 ta' Marzu, 2001, kien inhareg Avviz tat-Twettieq (ECF 288/01), dwar apparat ta' l-'air condition' u tabelli minghajr permess mal-faccata tat-triq. L-applikant obda parti minn dan l-avviz billi nehha t-tabelli skond kif ordnat. Ir-rapporti ta' l-'enforcement officer' li zar il-post diversi drabi, dejjem kienu posittivi fis-sens illi l-izvilupp kien qed isir skond il-permess PA4766/99 datat 24 t'Awissu, 2000, hlief ghal meta sar ir-rapport dwar l-'air condition' etc. Tajjeb li jkun innotat illi d-decizjoni ghal hrug ta' dan il-permess ittiehdet qabel ma gie notifikat l-Avviz ta' Twettieq. Spezzjonijiet mill-'enforcement officer' saru hekk:- 17 ta' Novembru 2000 6 ta' Marzu 2001 (fejn inhareg l-avviz ECF288/01) 9 ta' Lulju 2001 27 ta' Lulju 2001 24 t'Ottubru 2001 (minor amendments qed jigu pprocessati) Nfakkar li kif diga` gie spjegat fit-Twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24189 dwar l-istess suggett, il-permess inhareg wara li l-Kummissjoni ghal Kontroll ta' l-Izvilupp (DCC) dawret rakkomandazzjoni ta' rifjut mid-Direttorat ta' l-Ippjanar. Fil-frattemp regghu gew sottomessi pjanti godda f'isem l-applikant li jindikaw tibdil zghir (minor amendments) mill-pjanti approvati fl-applikazzjoni PA4766/99. Din ir-rikjesta ghada qed tigi kkunsidrata mid-Direttorat skond il-procedura normali. Rigward xi kawza pendenti fil-Qrati, ma jirrizultax mill-file li hemm xi kaz li jinvolvi lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar. Barra minn hekk, kull permessi jinhareg b'kundizzjoni ta' salv ta' drittijiet ta' terzi.
Leg 9 PQ #29215 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Breathalyser

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena, sal-15 ta' Ottubru, kemm saru testijiet tal-breathalyser fuq sewwieqa? Kemm instabu pożittivi u kienu qed isuqu taħt l-influwenza tax-xorb? Matul l-istess żmien saru testijiet f' Għawdex? Kemm? B' liema riżultat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sal-15 t'Ottubru, 2001, kien hemm 70 sewwieq/a li l-Pulizija ghamlitlu t-testijiet tan-nifs wara li r-rizultat fl-ewwel test fit-triq kien pozittiv. Minn dan in-numru ta' testijiet 48 irrizultaw pozittiv filwaqt li f'zewg kazi r-rizultat tat-test ghadu mhux maghruf. Infurmat ukoll illi f'Ghawdex saru erba' testijiet li huma inkluzi fin-numru imsemmi hawn fuq.
Leg 9 PQ #29245 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati djun f' ammonti fi flus fir-Reġistru Pubbliku fl-1998, 1999, 2000 u 2001 (sal aħħar ta' Settembru)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fir-Registru Pubbliku (Malta) id-djun f'ammonti fi flus regsitrati fil-perjodu mitlub huwa kif jidher hwan taht:- 1998 1999 2000 2001 (Jannar sa Settembru) Lm304,663,132 Lm341,541,229 Lm409,561,523 Lm123,910,662
Leg 9 PQ #29031 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Marki tas-Swaba

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija ġabritx il-marki tas-swaba ta' dawk kollha li ġew investigati dwar it-tkissir fl-Imnajdra fil-Ġimgħa l-Kbira li għaddiet? Jista' jgħid jekk dawn il-marki tas-swaba ġewx imqabbla ma' marki tas-swaba li nstabu fit-tempju? Jista' jgħid xi rriżulta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-taghrif li jien tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28651 ghadu jghodd.
Leg 9 PQ #29063 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Inċidenti Varji — Telf ta' Ħajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li tilfu ħajjithom b'inċidenti varji matul din is-sena? Jista' jgħid b'liema mod tilfu ħajjithom l-imsemmija persuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din is-sena, sas-16 ta` Ottubru 2001, il-Pulizija kellha 26 rapport ta` inċidenti fejn persuni tilfu ħajjithom b`inċidenti varji. F`inċident minnhom tilfu ħajjithom żewġ persuni. It-tipi ta` inċidenti kienu kif ġej:- Stradali 11 Waqa` minn għoli 6 Għarqa 7 Sofra ħruq 1 Xokk elettriku 1 Intlaqat minn jet-ski 1
Leg 9 PQ #29145 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Logħob Illegali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb b' referenza għall-PQ 28848 it-tieni u t-tielet mistoqsija?

Response (BORG, TONIO)

B`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28848, ninsab infurmat illi l-lokalitajiet fejn inqabdu l-persuni huma B`Bugia, B`Kara, Bulebel, Gżira, G`Mangia, Ħamrun, Ħal Far, Luqa, Msida, Marsa, Naxxar, Paola, Qormi, Rabat, Senglea, Valletta, Żabbar, Żebbuġ u Żejtun. Il-logħob klandestin kien ivarja minn lottu, logħol tal-karti, tombla, lotteriji, pools u imħatri.
Leg 9 PQ #29165 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Street Naming Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li l-iStreet Naming Committee jagħti isem lill-parti tal-Qasam tal-Bini tal-Gvern Ta' Xbiex li tagħmel ma' Church Street Msida?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond l-Avviż Legali 176 ta` l-1995, kull tismija ta` triq trid toriġina mill-Kunsill Lokali tal-lokalita`.
Leg 9 PQ #29189 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Kirja

Question

B' referenza għat-tweġiba fil-PQ 28941, jidhirlux il-Ministru li l-okkupazzjoni tal-parti l-antika tal-Kalkara tal-Ġir f' Ħaż-Żabbuġ u area oħra madwar is-sit fejn il-kerrej kellu l-kirja humiex okkupati b' mod illegali u abbużiv? X' kienu l-passi li ħa d-dipartiment f' dan ir-rigward? X' laqgħat saru minn meta l-kirja ġiet imwaqqfa? Huwa konxju l-Ministru mill-kondizzjonijiet tal-kirja li l-kerrej mat-terminazzjoni tagħha ma jkollu l-ebda remunerazzjoni ta' xejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kirja tal-post li rrefera ghaliha l-Onorevoli Interpellant ma gietx imgedda malli d-Dipartiment sar jaf li s-sit gie identifikat biex isir il-progett. Ghalkemm il-kerrej ma ghandu l-ebda dritt ghal renumerazzjoni, il-policy tad-Dipartiment, kif approvata mill-Parlament, tipprovdi biex fejn persuna tigi mgieghla tohrog minn fond jew sit ghal xi skop pubbliku, id-Dipartiment ikun jista' jikri lill-persuna affetwata fond jew sit alternattiv, permezz ta' direct allocation. Dan ilu jsir minn dejjem, u d-Dipartiment hass li m'ghandux jagixxi differenti f'dan il-kaz, fejn is-sit qieghed jintuza bhala estensjoni tan-negozju ta' l-inkwilin. F'dan il-kaz, wara li saru diversi laqghat mal-Ministru ta' l-Ambjent biex jigi identifikat sit alternattiv, gie deciz li l-persuna affetwata tigi offruta sit alternattiv fil-vicinanzi tas-sit fejn il-kerrej kellu il-kirja originali.
Leg 9 PQ #29239 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29256 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Visas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet irrappurtati ta' serq ta' entry visas mit-taqsima ta' l-Immigrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija matul 1999, 2000, 2001? Kemm ġew imressqa l-qorti persuni obligati b' serq ta' entry visas matul l-istess perjodu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, kienu rrapurtati zewg entry visas nieqsa mit-Taqsima tal-Passaporti fl-ajruport, filwaqt li matul is-sena 2000, kienet giet irrapurtata nieqsa entry visa wahda. Matul l-2001 ma kien hemm xejn. Zewg persuni gew imressqa quddiem il-Qorti, wara li rrizulta li kienu qed jaghmlu uzu minn tnejn mill-entry visas irrappurtati nieqsa.
Leg 9 PQ #29257 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew effettwati transfers fil-Korp tal-Pulizija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta (Taqsima Immigration) u mis-Seaport matul din is-sena? Jista' l-Ministru jindika l-ismijiet ta' l-uffiċjali trasferiti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena ma' kienx hemm membri tal-Korp fit-Taqsima ta' l-Immigrazzjoni ta' l-ajruport u tas-seaport li gew trasferiti.
Leg 9 PQ #29258 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Immigrazzjoni Klandestina

Question

Jista' l-Ministru jiċħad jew jikkonferma li l-persuna li isimha qed jintbaghat separatament kienet infurmatu direttament b' xi allegati abbużi ta' immigrazzjoni klandestina? Jekk iva jista' l-Ministru jgħid meta u fejn kellmitu?

Response (BORG, TONIO)

Il-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant kienet giet tkellimni xi sentejn ilu waqt il-hin li fih nara n-nies li jridu jarawni. Kienet giet l-aktar fuq it-talba taghha biex issir cittadina Maltija u talbet l-intervent tieghi. Fil-fatt, minhabba suspetti li kellhom il-Pulizija dwarha, tawni parir biex din it-talba tigi michuda u hekk gara. F'din il-laqgha mhux minnu li din il-persuna ghamlet allegazzjonijiet kontra Pulizija partikolari u li minhabba f'hekk dawn gew trasferiti. Hija allegat biss, b'mod generali li kien hemm ufficjali ta' l-Immigrazzjoni li qed jabbuzaw mill-posizzjoni taghhom. Din l-akkuza 'generali' ghaddejtha lill-Pulizija tal-Immigrazzjoni ghall-investigazzjoni.
Leg 9 PQ #29037 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Flats tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi pjani li tiġi żviluppata l-għalqa tal-gvern li hemm quddiem il-flats tal-Gvern ta' Taż-Żwejt kantuniera ma Sir Luigi Camilleri Str, Taż-Żwejt?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika s-sit li qed jirreferi għalih, possibilment fuq site plan, sabiex tingħata risposta xierqa.
Leg 9 PQ #29057 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Tipjip f'Postijiet fejn mhux suppost

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet tpejjep f'postijiet li mhux suppost tpejjep fihom skond il-liġi u tressqu l-Qorti matul l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, ċioe` mill-1997 sad-19 ta` Ottubru 2001, il-Pulizija ressqet 20 persuna quddiem il-Qorti talli nstabu f`postijiet fejn it-tipjip mhux permess skond il-liġi. Dawn kienu kif ġej: 1997 1998 1999 2000 2001 17 nil 1 1 1
Leg 9 PQ #28934 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet fl-aħħar sena l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq bnini bla permess fl-inħawi tal-Fawwara u ta' l-irdum ta' Ħad-Dingli? Ittieħdu passi kontra l-bini kollu bla permess jew kontra persuna waħda biss?

Response (BORG, TONIO)

L-Awtorita` dejjem tieħu dawk il-passi meħtieġa skond il-liġi appena jirriżulta xi ksur ta` l-Att dwar l-Iżvilupp. Fil-fatt kienu diġa` ittieħdu diversi azzjonijiet ta` infurzar fuq siti fil-viċinanzi ta` l-inħawi msemmija, fejn saħansitra ġew servuti l-avviżi meħtieġa. Azzjoni diretta imbagħad tittieħed appena l-każ partikolari ikun konkluż mill-aspetti proċedurali u ġuridiċi tiegħu u appena jkun possibli li jsir ix-xogħol. Apparti t-twaqqiegħ ta` villa llegali minn xifer l-irdum, f`din l-aħħar sena l-Awtorita` għaddiet ukoll biex tneħħi ammont ta` 'scrap' mill-viċinanzi kif ukoll twaqqgħu stalel u ħitan ta` persuna oħra bil-kooperazzjoni tal-persuna nvoluta stess. Huwa tajjeb li tittieħed din l-opportunita` sabiex jitwassal il-messaġġ illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma tagħmilx distinzzjoni kontra min jagħmel xi żvilupp illegali.