Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2210 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #2301 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Studenti

Question

Jista' l-Onor Ministru jgħid kemm applikaw studenti biex jidħlu fl-MCAST, Higħer Secondary School, Junior College u f'xi istituzzjoni edukattiva oħra post-sekondarja (statistika skond l-istituzzjoni)? Kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom ġew irrifjutati u r-raġuni għaliex ma ġewx aċċettati?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #2328 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħaż-Żabbar — Skola primarja Dr Frans Chetcuti - tfal li jużaw it-trasport

Question

Peress li dħejn l-iskola primarja ta' Ħaż-Żabbar Dr Frans Chetcuti lanqas biss pulizija ma jkun hemm meta jidħlu u joħorġu tt-fal; u peress li s-sitwazzjoni llum hi li dawk biss li jmorru bit-trasport provdut mill-gvern ikunu supervised; u peress li l-ġenituri tat-tfal iż-żgħar ma jużawx dan it-trasport minħabba li jqisuh perikoluż għat-tfal ċkejknin, jista' il-Ministru jgħid għalfejn tfal li jattendu din l-iskola u li l-ġenituri tagħhom jibagħtuhom bit-trasport li jħallsu għalih huma, mhux se jibqgħu jkunu supervised meta jaslu l-iskola u meta jiġu biex imorru lura d-dar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tfal li joqogħdu inqas minn kilometru bogħod mill-iskola ma humiex intitolati li jużaw it-trasport provdut mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Għaldaqstant il-ġenituri li jorganizzaw trasport privat għal uliedhom jafu li r-responsabbilita' għal dan hija tagħhom. Madankollu l-Kap ta' l-iskola volontarjament jieħu ħsieb dawn it-tfal fil-bitħa ta' l-iskola flimkien mat-tfal l-oħra li jużaw it-trasport uffiċjali sakemm jasal it-trasport tagħhom. Meta dan jasal, ix-xufier jidħol l-iskola biex jieħu r-responsabbilita' tat-tfal li jirkbu miegħu. Filgħodu il-bibien ta' l-iskola jinfetħu 25 minuta qabel ma tibda l-ġurnata skolastika u t-tfal li jkun hemm jitħallew jidħlu fil-bitħa ta' l-iskola.
Leg 10 PQ #2490 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni ta' l-istudenti fl-Universita'? Jista' jaqsamhom sena b'sena? Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Leg 10 PQ #2506 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Tfal taħt l-eta' li nqabdu jaħdmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal, sena b'sena mill-1987 'il hawn li ħadmu taħt l-eta'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' tfal taħt l-eta' li nstabu jaħdmu u jirreġistraw minn Ottubru 1993 huwa ta' 627. Il-Korporazzjoni m'għandha l-ebda informazzjoni f'dan ir-rigward qabel l-1993. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dettalji.
Leg 10 PQ #2054 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — Bdil ta' lecture rooms

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-Universita' fil-preżent teżistix sitwazzjoni fejn l-istudenti jkollhom ibiddlu l-lecture room minħabba li jkun meħtieġ li din tintuża minn ħaddieħor? Jista' jgħid f'liema fakultajiet din is-sitwazzjoni teżisti? X'qed isir fil-preżent sabiex din il-problema ta' l-ispazju tiġi solvuta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sakemm mhux għax ikun sar xi żball is-sitwazzjoni deskritta mill-Onor. Membru mhux suppost tinqala'. Mhux magħruf li f'xi Fakulta' dan jiġri spiss u meta jiġri aktarx ikun fl-ewwel ġimgħa/ġimgħatejn tas-simestru. It-tqassim tal-lecture rooms isir minn Scheduling Office u jittieħed in konsiderazzjoni id-daqs tal-klassi u t-timetable ta' l-istudenti li jkunu rreġistraw għal dik il-klassi. Is-sitwazzjoni ta' l-ispazju hi moniterjata regolarment fid-dawl tan-numru ta' studenti u varjeta' ta' korsijiet li dejjem jiżdiedu. Meta jkun hemm il-ħtieġa l-Universita' tfassal pjanijiet u titlob fondi biex jittieħdu l-passi li jkun hemm bżonn. Dan kif jidher mill-programm ta' bini li sar fl-Universita' dawn l-aħħar ħmistax-il sena.
Leg 10 PQ #2055 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema u instructors

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx għalliema jew instructors li qed jgħallmu suġġetti li m'humiex kwalifikati fihom? Jekk qed isir hekk, dan huwa skond dak espress il-Kurrikulu Nazjonali? Jaħseb li dan huwa fl-aħjar interess ta' l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li it-tagħrif dwar l-għalliema u l-instructors li qed jgħallmu suġġetti differenti minn dawk li daħlu għalihom hu kif ġej:- Skola X'suggett qed X'suġġett suppost jgħallem jgħallem Agius De Soldanis Victoria Tech. Design Art Lily of the Valley GSS - Mosta Ingliż lit-tfal batuti Technical Design Naxxar Higher Sec. Sociology Maltese/Philosophy Ġuże' Galea BSS - Qormi PSD Reliġjon M'Assumpta GSS - Ħamrun Reliġjon Textiles San Franġisk d'Assisi BSS - Sta. Venera Technology Educ. Electrical Installation Vincenzo Bugeja BSS - Sta. Venera Studju Soċjali Ġeografija Lathe Working Graphical Bench Filling Communication Carlo Diacono GJL - Żejtun History u Geography History Reliġjon u P.E. Reliġjon Ġejt assigurat li f'dawn it-tmien każi murija fit-tabella, kull wieħed jew waħda mill-għalliema jew instructors għandhom il-kapaċita' neċessarja sabiex jgħallmu il-materja fdata lilhom fil-livell indikat.
Leg 10 PQ #2056 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema/Instructors — Load ta' lezzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema jew insturctors li għadhom mingħajr load ta' lezzjonijiet? Għaliex u fejn qegħdin? X'inhuma s-suġġetti li suppost jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi kompilat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #2057 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — Ħlas ta' miżati

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li wara l-1 ta' Mejju 2004 studenti barranin iħallsu biss miżati bħal dawk ta' studenti Maltin, fejn dan japplika? Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għall-Universita'? Kemm hemm studenti barranin li matul din is-sena akkademika qed jattendu l-Universita'? Mill-liema pajjiż ġejjin u kemm huma mitluba jħallsu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li jiġu minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropeja minn wara Mejju ta' l-2004 iħallsu biss miżati bħall-istudenti Maltin. Il-pagament isir skond il-kors. S'issa in-numru ta' studenti mill-pajjiżi membri jew aċċedenti meħuda flimkien ta' l-U.E. hi l-anqas. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bin-numru ta' studenti barranin li qed jattendu l-Universita' din is-sena akkademika.
Leg 10 PQ #2058 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti barranin — Skejjel statali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin li qed jattendu skejjel statali? F'liema livelli jinsabu u mill-liema pajjiż huma? Dawn jintalbu jħallsu xi miżata?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #2167 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Persuni jaħdmu bla permess

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena? Kemm kienu ta' nazzjonalita' barranija? Kemm kienu Maltin u kemm kienu ta' nazzjonalita' barranija li ġew maqbuda?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #2383 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema - ICT

Question

Fejn wasal il-proċess ta' l-għażla ta' l-għalliema għall-ICT fl-iskejjel? Kemm minnhom ġew intervistati? Kemm minnhom intagħżlu? Kif intagħżlu? Jirriżulta li kien hemm għalliema li ntervistaw għalliema oħra u spiċċaw intagħżlu dawn li intervistaw lill-għalliema oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Nifhem li l-Onor. Membru qed jirreferi għal għalliema tal-Information Technology (I.T.): Ġejt informat li:- 1. Il-proċess ta' l-għażla għall-għalliema intemm fid-29 ta' Awissu 2003. 2. Applikaw 23 kandidat li 5 minnhom kienu ineliġibbli. Mit-18 li ġew intervistati, għaddew 16. Dawn intgħażlu permezz ta' Selection Board tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li fuqu ma kien hemm ebda għalliem. Il-bord kien kompost minn Education Officer, Subject Co-Ordinator, u rappreżentant ta' l-MPO. Informat ukoll li it-tagħrif dwar għalliema tal-Computer Studies hu kif ġej:- 1. Il-proċess ta' l-għażla għall-għalliema intemm fl-1 ta' Awissu 2003. 2. Applikaw 8 kandidati li 5 minnhom kienu ineliġibbli. It-3 li ġew intervistati għaddew kollha. Dawn intgħażlu permezz ta' Selection Board tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li fuqu ma kien hemm ebda għalliem. Il-bord kien kompost minn Education Officer, Subject Co-Ordinator u rappreżentant ta' l-MPO.
Leg 10 PQ #2384 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola FX Attard tal-Marsa — Tisfija ta' l-arja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus fl-iskola FX Attard tal-Marsa biex tiddaħħal sistema tat-tisfija tal-arja biex tilqa' għall-effetti ħżiena tat-tniġġis mill-power station tal-Marsa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ix-xogħolijiet li saru fuq is-sistema tat-tisfija ta' l-arja ser jiswew LM 159,540.22
Leg 10 PQ #2385 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola FX Attard

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li riħ li għamel dan l-aħħar tajjar għal ġol-bitħa tal-iskola FX Attard parti mis-sistema tat-tisfija tal-arja u ċnagen minn fuq il-bejt ftit wara li t-tfal daħlu lura mill-break?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultalix li xi ċnagen ittajjru minn fuq il-bejt ta' din l-iskola kif qed isaqsi l-Onor. Membru. Ġejt informat li waqt maltempata ta' riħ qawwi ħafna nhar l-24 ta' Ottubru 2003, parti żgħira mid-ducting tas-sistema ittajret fil-bitħa ta' l-iskola. Ittieħdu passi mill-ewwel mill-kuntrattur inkarigat mill-installazzjoni biex ma jkunx hemm periklu għall-istudenti u l-istaff ta' l-iskola, u immedjatament sar survey mill-enġinierresponsabbli mid-disinn tas-sistema. Fuq il-bejt kien qed isir xogħol ta' waterproofing
Leg 10 PQ #2386 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola FX Attard — Problemi bl-ilma tax-Xita

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kull darba li tagħmel ix-xita kienx qed jidħol ilma ġo l-iskola FX Attard għax din is-sistema tat-tsifija tal-arja ma twaħħlitx tajjeb?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultalix li xita li daħlet minn żewġ toqob fil-ħajt kienet ġejja mill-installazzjoni tal-purifikazzjoni ta' l-arja u lanqas jirriżulta li hemm xi difetti f'din l-installazzjoni.
Leg 10 PQ #2387 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola FX Attard — Problemi fis-saħħa tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li mindu daħlet din is-sistema tat-tisfija tal-arja fl-iskola FX Attard u peress li ma ssaħħitx is-sistema tad-dawl fl-iskola, l-għalliema u l-istudenti spiċċaw li ma setgħux iħaddmu l-kompjuters u l-apparat tat-teknoloġija u spiċċaw bla lezzjonijiet fil-kompjuter, fil-craft u fit- teknoloġija? X'passi se jittieħdu biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għadhom kif inbnew sub-station u switch room ġodda għal din l-iskola li fihom ġie nstallat switchgear ġdid. Dawn iservu wkoll għall-iskola primarja Lorenzo Balbi u l-iskola sekondarja Fra Diego Bonanno. L-istallazzjonijiet ġodda ġewwa l-iskola huma lesti, u ġew iddisinjati sabiex ilaħħqu kemm mas-sistema l-ġdida tal-purifikazzjoni ta' l-arja u kemm mal-workshops u computer labs ġodda. Dan ix-xogħol kollu sar għall-iskop li tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku kemm interna u wkoll tal-main supply. Jonqos isir iċ-change-over mis-sistema l-qadima għas-sistema l-ġdida. Din hija imminenti li ssir mill-Enemalta Corporation. Kif titlesta din, is-saħħa ta' l-elettriku f'dan il-kumples ta' skejjel tiġi f'livell għoli ħafna u tkun tiflaħ għal aktar tkabbir fil-ġejjieni. Sadanittant kien hemm xi qtugħ ta' l-elettriku f'parti mill-iskola li rriżulta li kien minn difett fil-main il-qadim. Dan ġie rranġat u s-sitwazjoni reġgħet ġiet għan-normal fi żmien qasir.
Leg 10 PQ #2388 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola FX Attard — Problemi - Sistema tat-Tisfija tal-arja

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga jekk kienx hemm nuqqasijiet kbar fit-twaħħil ta' din is-sistema tat-tisfija tal-arja fl-iskola FX Attard u jekk kien hemm, jittieħdu l-passi dwarhom? X'passi se jittieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li hemm nuqqasijiet fl-installazzjoni tas-sistema imsemmija. Din is-sistema hija ibbażata fuq disinji skond il-prattika ta' l-inġinerija.
Leg 10 PQ #2474 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Ħaddiema bil-kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġiferi fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi kompilat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #2482 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Foundation course in business & commerce

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li studenta tibda l-ewwel sena tal-foundation course in business & commerce? Kemm hemm studenti fil-waiting list?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Universita' ma jeżistix kors 'Foundation in Business & Commerce'.
Leg 10 PQ #2483 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Arts & design

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li studenta tibda fl-ewwel sena ta' l-arts & design fl-MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena dawk l-applikanti li xtaqu jidħlu fl-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn setgħu japplikaw għal ħames korsijiet. Kif huwa speċifikat fil-Prospektus, id-dħul kien differenti għal kull kors. Ser ngħaddi kopja tal-Prospektus ta' dan l-Istitut lill-Onor. Membru.