Dwar il-fondi strutturali mill-EU għal SMEs, dawn il-fondi suppost li tqassmu mill-Malta Enterprise? Meta tqassmu? Lil min? Kumpanniji? Individwi f'isem SMEs? Kemm kienu l-pagamenti individwali lil kull SME?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Membru li tirreferi 1-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jikkonferma l-Ministru li l-kontribuzzjoni ta' l-economic and social cohesion fund in the enlarged EU tiddiskrimina kontra pajjiżi bħal Malta li għandhom population density qawwija billi jqisu dan bħala vantaġġ flok żvantaġġ? Jikkonferma li f'taħdidiet li saru ma' l-awtoriitajiet Svizzeri, skond proposta Svizzera 18% tar-redistribution of funds tal-Greċja, Spanja u l-Portugal sejrin iwasslu biex fil-każ ta' Malta x-share jonqos għal 0.30% filwaqt li fil-każ ta' pajjiżi oħra x-share se jiżdied?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Dwar 1-ewwel parti tal-mistoqsija, din il-materja kienet waħda mis-suġġetti li Malta kienet innegozjat b'suċċess fil-Financial Perspectives taħt il-Presidenza ta' Lussemburgu. Kif jaf 1-Onorevoli Interpellant, iżda, ma kienx hemm qbil finali dwar il-Financial Perspectives 2007 - 2013.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija din il-materja wkoll għadha taħt kunsiderazzjoni bejn 1-UE u 1-Isvizzera.
Jikkonferma l-Ministru li Malta qed tagħmel lobbying biex l-Ambaxxatur Joseph Licari jilħaq chairman tal-governing board tal-Council of Europe development bank? X'rispons kien hemm s'issa mill-pajjiżi konċernati?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Iva. Malta għandha lill-Ambaxxatur Licari bħala kandidat tagħha bħala "Chairman of the Governing Board of the Council of Europe Development Bank".
Saru diversi votazzjonijiet sal-lum imma 1-ebda kandidat ma laħaq in-numru meħtieġ. Se ssir votazzjoni oħra f'Settembru.
Skond it-tagħrif li għandu l-Gvern Malti , il-Libja ddepożitat il-co-ordinates relattivi għad-dikjarazzjoni unilaterali dwar il-fisheries zone mad-division for ocean affairs and law of the sea ta' l-UN secretariat?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Le, skond it-tagħrif li għandu 1-Gvem Malti, l-awtoritajiet Libjani għadhom ma ddepożitawx il-coordinates relattivi għaz-Zona tas-Sajd mas-Segretarjat tal-Ġnus Magħquda.
Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ħadd ma tkeċċa, ġie sospiz jew immultat xi penali.
Affarijiet Barranin — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi talab li jiġu pprovduti 3 studenti Universitarji u 3 studenti ta' l-MCAST. Intalab ukoll jekk l-MCAST jistax jibgħat xi studenti ta' l-IT. L-għażla ta' l-istudenti tħallit f'idejn l-MCAST u l-Universita'.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ambaxxaturi u l-konsli li jirrappreżentaw lil Malta barra pajjiżna jridux jieqfu minn dan is-servizz meta jilħqu ċerta eta'?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jien infurmat li qatt ma kien hemm " hard and fast rule" dwar dan.
Jista’ il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12112 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjon, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat fiċ-Ċina l-gimgħa li għaddiet dwar bdil ta’studenti għal skopijiet edukattivi?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Billi l-Onorevoli Interpellant għamel l-istess mistoqsija eżatt darbtejn (PQ 12512 u 12841) nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12512 li għaliha diġa' ngħatat risposta fis-seduta tas-6 ta' Ġunju 2005.
Il-ftehim ta' kooperazzjoni li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant diġa' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-istess seduta tas-6 ta' Ġunju 2005.
Jista' il-Ministru jgħidilna jekk għas-sena kurrenti hux ser ikun hemm fondi disponibbli għall-EU familiarisation lill-korpi kostitwiti kif kienet ir-regola bejn l-1999 u l-2004, u jekk ir-review ta' l-iskema li ġiet indikata wara li ngħataw il-fondi fl-2004 saritx, u fil-każ li iva, l-eżitu ta' l-istess review?
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kummissarju għoli ta' Malta fl-Awstralja attendiex għall-funeral ta' l-ex-kummissarju għoli ta' Malta fl-Awstralja s-Sur Joe Forace?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-Kummissarju Għoli ta' Malta fl-Awstralja attenda għall-funeral ta' l-ex Kummissarju Għoli ta' Malta, is-Sur Joseph Forace. Għall-funeral kien hemm ukoll uffiċċjali oħra tal-Kummissjoni Għolja ta' Malta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' pagamenti dovuti li suppost tħallsu mill-Ministeru s-sena l-oħra u li ma tħallsux fis-sena 2004 u li issa kellhom jitħallsu din is-sena? Minħabba f'hekk, x'effett ser ikun hemm fuq il-fondi approvati lill-Ministeru? X'passi ttieħdu kontra l-uffiċjali inkarigati minħabba f'dan in-nuqqas?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont dovut fis-sena 2004, li tħallsu fl-2005 kien kif jidher hawn taħt. Tajjeb ngħid li dawn il-ħlasijiet ma jkunux saru għal tlett raġunijiet:
(i) dawk li ma jkunux laħqu tħallsu - Lm 14,309;
(ii) dawk li l-invoices tagħhom tkun waslet f'Diċembru u għalhekk ma jkunux laħqu tħallsu għax id-Dipartiment ikun laħaq għalaq is-sena - Lm 7,271;
(iii) dawk li l-invoices tagħhom ikunu waslu fil-Ministeru wara l-ewwel ta' Jannar - Lm 62,687.
Naturalmant dawn ikollhom l-effett li jittieħdu mill-allokazzjoni ta' l-2005 lill-Ministeru.
L-uffiċċjal li kien responsabbli għal dawn il-ħlasijiet sa l-1 ta' Jannar 2005 ma ġġeddidlux il-kuntratt tiegħu peress li kien jaħdem fuq bażi każwali.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-uffiċjali tal-ministeru li għandhom dritt għal karozza tal-gvern, u kemm nefqet kull persuna fi fuel matul is-sena li għaddiet?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta' uffiċċjali tal-Ministeru li għandhom dritt għall-karozza tal-Gvern u kemm nefqet kull persuna fi fuel matul is-sena li għaddiet hija kif tidher hawn taħt:
Karozzi tal-Ministeru
Hon Michael Frendo
Lm 692.65
Hon John Dalli
Lm 539.92
Hon Joe Borg
Lm 366.35
It-tieni karozza tal-Ministri Michael Frendo u Joe Borg
Lm 419.15
It-tieni karozza tal-Ministru John Dalli
Lm 64.70
Segretarju Permanenti Prezenti
Lm 95.76 (Diesel)
Segretarju Permanenti Preċedenti
Lm 233.76 (Diesel)
Kap tas-Segretarjat tal-Ministru Michael Frendo
Lm 20.00 (Diesel)
Kap tas-Segretarjat tal-Ministru Joe Borg
Lm 149.38 (karozza tal-kiri)
Direttur (Policy)
Lm 344.74
Direttur (Legali)
LM 54.52
Direttur Servizzi Korporattivi
Lm 272.85
Direttur Konsolari, Protokollari u Informazzjoni
Lm 315.66
Direttur Relazzjonijiet Bilaterali
Lm 204.23
Direttur Relazzjonijiet Multilaterali
Lm 36.00
Is-Segretarja Privata, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communications Co-ordinator tal-Ministru Michael Frendo jużaw il-karozza tagħhom u għalhekk jieħdu car allowance. L-istess kienu jagħmlu il-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru John Dalli kif ukoll il-Communications Co-ordinator tal-Ministru Joe Borg.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu visas lil ċittadini Ċiniżi kull sena bejn l-2000 u l-2004? Kemm minn dawn inħarġu bl-iskop li jiġu jistudjaw f'Malta? Kemm hu l-perijodu li tkopri l-visa ta' kemm persuna tista' tibqa' f'Malta?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12691, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-Uniku direttur li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi li skadilu l-kuntratt huwa d-Direttur Policy, is-sur John Inguanez. Saret talba għal-estensjoni tal-kuntratt.
Ma kien hemm l-ebda direttur li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi li ma ġiex riappuntat.
Jista’ il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12112 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ ui Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu, u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat fiċ-Ċina l-gimgħa li għaddiet dwar bdil ta’studenti għal skopijiet edukattivi?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Ftehim dwar bdil ta' studenti għal skopijiet edukattivi bejn Malta u ċ-Ċina li gie ffirmat iċ-Ċina fit-18 t'April 2005. Dan il-ftehim huwa working programme għas-snin 2005 - 2008 ibbażat fuq il-Ftehim prinċipali li ġie ffirmat bejn Malta u ċ-Cina fid-19 ta' Ġunju 2002, u għaldaqstant ġie ffirmat mill-Onor. Francis Zammit Dimech, Ministru għat-Turizmu u l-Kultura, matul iż-żjara tiegħu fiċ-Cina. Billi dan il-working programme huwa bbażat fuq il-Ftehim oriġinali tal-2002, ma kienx hemm bżonn li jsiru l-powers to sign biex jiffirmaħ il-Ministru Zammit Dimech.
Issa li Franza ma rratifikatx il-Kostituzzjoni Ewropea, għadu bil-ħsieb il-gvern li jressaq ir-ratifika għall-istess Kostituzzjoni fil-Parlament Malti? X'jaħseb li għandha tkun ir-reazzjoni tal-kunsill tal-ministri għal dan l-avveniment u fejn se tmur l-Unjoni Ewropea minn hawn?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Gvern Malti ser ikompli bil-pjanijiet tiegħu sabiex il-Kostituzzjoni Ewropea tiġi ratifikata mill-Parlament Malti. Filwaqt li jaqbel li l-proċess ta' ratifika għandu jkompli fil-pajjiżi membri, il-Gvern Malti jemmen ukoll li l-Unjoni Ewropea għandha fl-istess ħin tanaliżża x'wassal għar-riżultat negattiv fi Franza u fl-Olanda, bil-għan li l-Unjoni tkun tista' tindirizza il-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds?
Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill On. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12776 indirizzata lill-On. Prim Ministru.
Ma hemm l-ebda awtorita, entita, agenzija jew nies taħt id-dekasteru tiegħi li ibbenefikaw jew li qed jibbenefikaw minn l-hekk imsejjħa pre-accession jew accession funds allokati mill-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn Malta u l-Libja dwar il-kwestjoni tas-sajd?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nhar is-Sibt u l-Ħadd li għadda, jiena żort il-Libja fejn iltqajt mal-Prim Ministru Libjan, mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Libjan u diversi Ministri u ufficjali oħrajn.
Mil-laqghat li kelli deher li n-naħa Libjana fehmet it-tħassib u l-prokkupazzjoni tal-Gvern Malti dwar il-kwistjoni tas-sajd. Iż-żewġ naħat esprimew ir-rieda tagħhom li tinstab soluzzjoni li tkun ta' benefiċċju għaż-żewg pajjizi..