Jista' il-Ministru jikkonferma jekk fit-tarzna ta' Bormla twaħħlitx CCTV system fil-main gate, main office u l-baċir nru. 3 tal-yachting? Jekk iva, kemm ġiet tiswa din is-sistema? Ħarġet sejħa pubblika għal offerti jekk inhu l-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma li twaħħlu cameras tas-sigurta' f'diversi inħawi fit-Tarzna. Is-sistema swiet LM22, 771.
Ix-xiri sar wara li ntalbu quotations varji.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm vetturi mikrijin fit-tul fit-tarzna? Jista' jgħid kemm swew dawn il-vetturi lit-tarzna s'issa din is-sena? Kemm qegħdin jiswew lit-tarzna l-vetturi kollha li qegħdin jinkrew għal perjodu qasir biex jintużaw għal żebgħa u xogħol ieħor fit-tarzna? Jista' jgħid jekk hemmx xi vettura b'kirja permanenti li qed jitħallas aktar minn Lm1,000 fix-xahar għaliha? Jista' jgħid jekk inħarġitx sejħa pubblika għall-kiri ta' dawn il-vetturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li fit-tarzna bħalissa hemm 20 vettura mikrija. 10 minn dawn il-vetturi huma speċjaliżżati (Forklifters/Hiup trucks/Boss side loader etc.), waqt li l-10 l-oħra huma vetturi li jintużaw mill-managers.
Bejn Jannar u Novembru 2003 il-kiri ta' dawn il-vetturi sewa Lm47,843.
Il-vetturi speċjaliżżati li nkrew matul din is-sena għal użu speċifiku u għal żmien qasir swew lit-tarzna Lm45,462.
Inkriet vewttura waħda speċjaliżżata (Boss side loader) li tiswa aktar minn Lm1000 fix-xahar inkluż l-ispejjeż tal-maintenance li jitħallsu mis-sid. Din il-vettura hi stmata li tiswa' Lm50,000.
Il-kiri ta' dawn il-vetturi sar wara li ntalbu quotations.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sewa lit-Tarzna l-apparat li nxtara għall-blasting din is-sena? Ħarġu sejħiet pubbliċi għal dan? Kemm instab effiċjenti u kemm intnefqu flus biex issewwa apparat li nxtara bl-irkant?
Response (GATT, AUSTIN)
Fl-2002 it-Tarzna xtrat apparat ġdid u ieħor użat għas-sistema ta' aquablasting.
L-apparat il-ġdid inxtara b'sistema ta' tender pubbliku. Sewa madwar Lm246,000.
L-apparat użat inxtara f'irkant li sar fl-Ingilterra wara li falliet kumpanija kbira.It-tarzna xtrat apparat li sewa Lm50,000 u intefqu madwar Lm6,000 oħra biex dan l-apparat ġie serviced. Fil-kundizzjoni li kien dan l-apparat meta sar l-irkant kien stmat li jiswa Lm200,000.
L-aquablasting irid jidħol fit-Tarzna għal raġunijiet ambjentali kif ukoll dawk ta' saħħa tal-ħaddiema. Id-dry gritblasting huwa effettiv ħafna teknikament, imma joħloq problemi kbar għall-ambjent u għas-saħħa tal-ħaddiema li jużawh. It-Tarzni ewlenin kollha qed idaħħlu sistemi ta' aquablasting għalkemm certu uzu ta' dry gritblasting ser jibqa għax ċertu xogħol jista' jsir biss b'dan il-metodu .
Meta ddaħħal l-aquablasting fit-Tarzna kien hemm ċertu reżistenza mill-ħaddiema. Waħda mir-raġunijiet kienet li minħabba l-esperjenza l-ħaddiema kienu jtellgħu ferm aktar xogħol bid-dry gritblasting milli bl-aquablasting. Billi kien hemm allowance marbuta ma kemm isir xogħol fil-bidu, ċertu blasters intlaqtu ħażin.
L-aquablasting huwa effiċjenti meta jintuża għall-iskopjiet tiegħu. Ċertu xogħol irid jibqa' jsir bid-dry gritblasting. Meta l-ħaddiema jakkwistaw aktar esperjenza fl-aquablasting il-produttivita tagħhom fuq dan ix-xogħol tikber, u aktar importanti minn hekk ikun hemm ferm anqas periklu għal saħħithom u għall-ambjent.
Tarzna — Ħaddiema nvoluti fil-kwestjoni ta' l-acting chargeman
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'ġara minnhom dawk il-ħaddiema li kienu nvoluti fil-kwestjoni ta' l-acting chargeman? Ġie appuntat xi ħadd minnhom? Hemm minnhom li ġew trasferiti għall-Industrial Projects & Services Ltd.?
Response (GATT, AUSTIN)
L-eżerċizzju ta' ristrutturar sar biex ġew identifikat in-numru ta' ħaddiema li l-Malta Shipyards Ltd. għandha bżonn f'kull grad. Il-vakanzi kollha issa ġew mimlija u għalhekk m'hemmx ħsieb li jsiru ħatriet ġodda.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dawl fi Triq il-Qaliet, f'Wied il-Għajn qed ikun mixgħul anke bi nhar u minkejja diversi telefonati lill-korporazzjoni Enemalta baqa' ma ġiex mitfi, anzi baqa' jixgħel għal jum wara l-ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-manutenzjoni meħtieġa saret fl-20 ta' Novembru 2003.
Jista' il-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li l-programm tal-Microsoft li qed jingħata mhux komplut?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa fejn naf jien infurmat, is-software kollu li tqassam tal-Microsoft huwa komplut għaliex huwa maħruġ mill-kumpannija Microsoft stess.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru internet kiosks s'issa? F'liema bliet saru? Kemm kien l-użu f'sigħat kull xahar f'kull lokalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Internet Kiosks twaħħlu f'kull lokalita f'Malta u Għawdex bl-eċċezzjoni ta' l-Imtarfa u Haz-Zabbar li mistennija jitwaħħlu fi żmien qasir.
Rigward l-użu f'sigħat kull xahar f'kull lokalita, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tabella għax-xahar ta' Ottubru qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra filwaqt li t-tabella bl-informazzjoni għax xhur l-oħra qegħda tkun ippreparata u se tkun mgħoddija f'xi seduta oħra. Il-ġbir ta' din l-informazzjoni huwa proċedura twila peress li jrid jinħadem rapport għal kull webphone għal kull xahar.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Chairmen
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm jitħallsu ċ-chairmen ta' kull entita' kummerċjali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu u kemm ġew impjegati persuni ma' kull entita' s-sena l-oħra u din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kumpannijiet/entitajiet kummerċjali
Question
Jista' il-Ministru jelenka il-korporazzjonijiet, azjendi, kumpanniji jew entitajiet kummerċjali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu? Kemm għandhom dejn kull wieħed, kemm għamlu dejn is-sena l-oħra u kemm hemm impjegati f'kull entita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li din is-sena kellhom is-servizz tad-dawl u/jew l-ilma sospiż għax kellhom kontijiet mhux imħallsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-bidu ta' din is-sena sa Settembru li għadda, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ssospendit 87 servizz ta' l-ilma.
Madankollu din l-azzjoni ma ttieħditx esklussivament minħabba kontijiet mhux imħallsa.
L-ammont ta' qtugħ tas-servizz ta' l-elettriku minħabba kontijiet pendenti kien ta' 1952 sal-Gimgħa 17 ta' Ottubru 2003.
Ħal Balzan — Uffiċċju tal-posta - servizzi postali
Question
Jikkonferma l-Ministru li s-servizzi postali prinċipali li bħalissa qed jingħataw fl-uffiċċju tal-posta ta' Ħal Balzan dalwaqt se jispiċċa minn hemm? Minn fejn se jibdew jingħataw dawn is-servizzi? Se jkun hemm xi servizzi li se jibqgħu f'Ħal Balzan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal Balzan — Uffiċċju tal-posta - servizzi postali
Question
Jikkonferma l-Ministru li s-servizzi postali prinċipali li bħalissa qed jingħataw fl-uffiċċju tal-posta ta' Ħal Balzan dalwaqt se jispiċċa minn hemm? Minn fejn se jibdew jingħataw dawn is-servizzi? Se jkun hemm xi servizzi li se jibqgħu f'Ħal Balzan?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li ebda servizz postali li jingħata mill-fergħa tal-posta ta' Ħal-Balzan mhu se jispiċċa minn hemm. L-istess servizzi għall-pubbliku li kienu jingħataw minn din il-fergħa se jibqgħu jingħataw bħal qabel.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1985 li għamilt dwar ħruġ ta' drenaġġ fi Triq il-Pont, fil-Mosta, jista' il-Ministru jinformani bis-sitwazzjoni llum u x'ikkawża l-ħsarat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Power station tal-Marsa — Pollution emission report
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar snin sarx xi pollution emission report dwar il-power station tal-Marsa? Jekk iva, jista' jqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra u/jew għall-inqas jippubblika executive summary tal-konklużjonijiet tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema bil-kuntratt
Question
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2628 u cioe' jista' jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taż-żewġ tarznari li huma preżentement mislufa lill-:- a) ministeri; b) dipartimenti tal-gvern; c) kumpanniji parastatali; d) awtoritajiet?
Jista' jagħti breakdown ta' dan b'riferenza għall-grades li għandhom? Kemm minnhom jagħmlu parti mid-900 impjegat li mhux se jibqgħu fuq il-kotba tat-tarzna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.