Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36366 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Shares

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ta' l-MIA humiex se jibbenefikaw mix-shares tat-3% offruti b'xejn, bħalma kien sar fl-amministrazzjoni ta' l-1996 fil-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat
Leg 9 PQ #36401 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Ġwann — Take-Away - Trading Licence

Question

Jista' il-Ministru jgħid it-take-away li ser ikun hemm fin-naħa t'isfel ta' Bellavista Street, San Ġwann għandux trading licence? Jekk iva, ir-residenti ġew ikkonsultanti mill-awtoritajiet kompetenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-regolamenti l-ġodda dwar liċenzji ta' stabbilmenti bħal dak imsemmi f'din il-mistoqsija jaqgħu taħt l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu. Għaldaqstant nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir ill-Ministru ikkonċernat.

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jgħid jistax jiżdied il-vultaġġ tal-istreet lighting fi Triq San Franġisk kantuniera ma' Triq R. Sammut Floriana?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi ikkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #36407 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Ġwann — Naxxar Road

Question

Jaf il-Ministru li f'Naxxar Road, San Ġwann hemm żewġ stabilimenti separati (wieħed confectioner u l-ieħor supermarket) li għandhom roler door bejniethom li jinfetah kull nhar ta' Ħadd biex it-tnejn jiftħu attaparsi bħala confectioners minkejja l-liċenzji separati li għandhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li dan il-każ qed jiġi ittrattat mill-pulizija.

Freeport — Maritime Authority

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vapuri li daħlu fil-freeport fl-1986 u fis-sena 2001? Kemm ħallsu port dues lill-Maritime Authority u pagi lill-pilots u l-mooring men?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kumpanija Malta Freeport Corporation Limited ġiet reġistrata fil-25 ta' Jannar 1988 u għaldaqstant ma jistax jingħad kemm daħlu vapuri fil-port ta' Marsaxlokk bħala "Port Ħieles" fis-sena 1986. Matul is-sena 2001 daħlu 1,951 vapur fil-Container Terminal u 460 fl-Oil Terminal. Nissuġġerixxi li l-partijiet l-ohra tal-mistoqsija jiġu indirizzati lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #36444 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga l-fatt li Triq l-Imriekeb, f'Wied il-Għajn ma jistax jibda x-xogħol fuqha minkejja li ħareġ u ġie awarded it-tender għax kull meta jmur il-Water Services Corporation il-kuntrattur li għandu jagħmel main ta' l-ilma qabel issir it-triq jgħidulu li ''għad m'għandhomx materjal'' biex ikun jista' jsir il-main qabel jibda x-xogħol fuq it-triq? Jista' il-Ministru jinfurmani x'materjal hu li m'għandux il-WSC u fil-każ meta se jkollhom? X'passi ttieħdu jew qed jittieħdu mill-WSC biex ma jibqgħux iżommu milli jibda x-xogħol f'din it-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma qed tistenna kunsinna ta' materjal biex issaħħaħ il-ħażna ta' pajpijiet u fittings li għandha. Il-Korporazzjoni għandha biżżejjed materjal biex ix-xogħol imsemmi jista' jinbeda u l-kuntrattur imsemmi diġa' ġie avviċinat biex jieħu l-materjal meħtieġ.
Leg 9 PQ #36033 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Immigranti Klandestini

Question

Il-kaptan ta' l-ajruplan ta' l-Airmalta tat-titjira li nhar 1 ta' Ottubru ħadu immigranti illegali lejn l-Eritrea, jista' il-Ministru jgħid jekk għamilx xi rapport dwar inċident li ġara huma u ġejjin lura meta ma nstabitx lembuba ta' wieħed mis-suldati li kien hemm abbord?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Korp tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #36036 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Spiża ta' Titjiriet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm swew s'issa lil Airmalta t-titjiriet li saru biex jiġu rimpatriati immigranti illegali din is-sena? Jista' jgħid kemm saru titjiriet fejn l-ajruplan kien kollu mehud minn dawn in-nies? Jista' jagħti lista ta' kull titjira? X'kienet id-destinazzjoni tagħha? Kemm kien in-numru ta' persuni li kienu Malta illegalment? Kemm kien hemm membri tas-sigurta'? Kemm kien hemm illegali oħra li ttieħdu wieħed wieħed jew fi gruppi żgħar? L-Airmalta titħallas mill-gvern jew minn x'imkien ieħor għal dawn it-titjiriet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Pulizija peress li l-ispiża ta' dawn it-titjiriet tiġi mħallsa mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #36135 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni fuq Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel li Malta trid idaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti magħmula minn other grains li qed jiġu importati fil-preżent u li se jkollhom tariffa ta' 38.6% wara sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li malta għamlet talba lill-Unjoni Ewropeja għal "Special Supply Arrangements" għar-rigward ta' l-importazzjoni ta' qmuħ. In-negozjati fuq din il-materja għadhom ma ġewx konklużi. Għaldaqstant għadu mhux possibli li wieħed jiddetermina liema tariffi ser jiġu applikati fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti la darba Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #36138 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel li Malta trid idaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti ta' ikel "other processed foods" li qed jiġu mportati fil-mument li se jkollhom tariffa ta' 28.8% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li id-definizzjoni "other processed foods" hija wiesgħa wisq u vaga biex tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #36140 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel li Malta trid idaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti tad-"Dairy Products" li qed jiġu mportati fil-preżent u li se jkollhom tariffa ta' 87.7% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-definizzjoni ta' "dairy products" hija waħda ġenerika wisq. Anke li kieku kellna niffukaw biss fuq il-ħalib, insibu li hemm tlitt linji ta' prodotti distinti - il-ħalib frisk, dak tat-trab u l-ħalib UHT. Dawn it-tlitt tipi għandhom tariffi differenti; ngħidu aħna fuq il-ħalib frisk hemm levy li ser tispiċċa wara s-sħubija. Malta għamlet talba lill-Unjoni Ewropeja għal "Special Supply Arrangements" għar-rigward ta' importazzjoni ta' bosta minn dawn id-"diary products". In-negozjati fuq din il-materja għadhom ma ġewx konklużi. Għaldaqstant għadu mhux possibli li wieħed jiddetermina liema tariffi ser jiġu applikati fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti meta Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #36142 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-ikel li Malta trid idaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti taz-zokkor "sugar" li qed jiġu mportati fil-preżent u li se jkollhom tariffa ta' 76.4% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li Malta għamlet talba lill-Unjoni Ewropeja għal "Special Supply Arrangements" għar-rigward ta' importazzjoni ta' zokkor. In-negozjati fuq din il-materja għadhom ma ġewx konkluzi. Għaldaqstant għadu mhux possibbli li wieħed jiddetermina liema tariffa ser tiġi applikata fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti meta Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #36280 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija 36026, jista' il-Ministru jgħid f'liema lokalita' ġiet offruta art mill-korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp lill-persuna konċernata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hija l-intenzjoni tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp li toffri art alternattiva fil-Qasam Industrijali ta' Ħal-Luqa.
Leg 9 PQ #36303 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Żabbar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli l-Maltacom tinvestiga ħsara li hemm f'għadd ta' telefons fi Triq Ħas-Sajjied, Żabbar? Billi uħud mir-residenti milquta huma anzjani li jgħixu weħedhom u billi parti minn din it-triq hi ftit diżabilatata possibbli jittieħdu passi immedjati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ħsara imsemmija ġiet ikkaġunata meta cable tat-telefon inqala' bir-riħ u li d-disa' linji affettwati ingħataw lura s-servizz.
Leg 9 PQ #36304 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Wied il-Għajn

Question

Jista' il-Ministru jispjega għaliex l-Enemalta aċċettat ħlas ta' Lm210 fit-18 ta' Ġunju 2001 għal 3 phase meter mingħand il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat under separate cover u sal-lum dan is-servizz baqa' ma ngħatax meta l-ħlas għas-servizz li hemm provdut, jiġifieri ta' single phase, huwa ta' Lm 70? Billi jien infurmat li din il-persuna marret u ċemplet diversi drabi fl-uffiċċju ta' l-Enemalta f'Raħal Ġdid u anke kitbet liċ-chairman ta' l-Enemalta u baqgħet bla sodisfazzjon, possibbli jittieħdu passi immedjati biex dan l-individwu jingħata s-servizz li ħallas għalih aktar minn sena ilu? Jekk l-Enemalta kienet taf li dan is-servizz ta' 3 phase ma kienx possibbli li jingħata f'din it-triq minħabba problema ta' vultaġġ, għaliex aċċettat il-ħlas u ma infurmatx lill-applikant li dan is-servizz ma kienx possibbli li jingħata? Possibbli li dan il-każ jiġi investigat u niġi infurmat b'dak li jirriżulta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-applikazzjoni li qed issir riferenza għaliha ġiet reġistrata għand il-Korporazzjoni Enemalta fis-27 ta' Novembru 2001. Bi ftehim ma' l-applikant, ingħata servizz "single phase" biex b'hekk jinqeda bla dewmien sakemm jiġi ipprovdut is-servizz "three phase" li kien jinvolvi xogħol estensiv. Dan ix-xogħol mistenni li jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Leg 9 PQ #35797 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Riżerva ta' Fuels

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn riżerva ta' żejt u/jew fuels oħra llum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Normalment f'Malta jkollna ħażniet ta' żjut kollha li nikkunsmaw li jlaħħqu għal madwar tminn ġimgħat. Barra minn hekk, ikollna shipment regolari kull xahar.
Leg 9 PQ #36253 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Petrol Stations — Periklu bil-Mobile Phones

Question

B'riferenza għal dak li jista' jkun eventwalita' ta' ħruq jew periklu ieħor ta' konsegwenzi ta' nar bl-użu ta' mobile phones fl-areas madwar il-petrol stations u postijiet oħra ta' użu ta' fuel, jikkonsidra l-Ministru li jsiru xi regolamenti jew avviżi ta' prekawzjonijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-Taqsima tal-Petroleum tal-Korporazzjoni Enemalta ma tippermettix li jintużaw telefons ċellulari f'zoni fejn hemm fuels. Dan tagħmlu wkoll permezz ta' stickers li juru li l-użu tat-telefons ċellulari huwa ipprojbit. Lix-xufiera ta' din it-taqsima, il-Korporazzjoni twissihom dejjem biex joqgħodu attenti waqt il-ħatt tal-prodotti fl-istations biex ma jkunx hemm min ipejjep jew juża t-telefon ċellulari. Il-ħruġ ta' regolamenti hija prerogattiva ta' l-Awtorita' tar-Riżorsi.
Leg 9 PQ #36278 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDD

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm tiswijiet ta' vapuri fil-MDD mill-Cosco-Tianjin li kienu jbaħħru fil-Mediterran skond il-ftehim ta' l-1993 bejn il-MDD u din il-kumpannija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sa llum, l-ebda vapur mill-Cosco-Tianjin ma issewwa fit-Tarzna ta' Malta.
Leg 9 PQ #36299 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Żabbar - Triq il-Vulkan

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli l-Enemalta ssewwi bozza li hemm bil-ħsara fi Triq il-Vulkan, kantuniera ma' Triq Lia, f'Ħaż-Żabbar għax din il-bozza ilha xhur sħaħ bil-ħsara u minkejja diversi rapporti baqgħet bil-ħsara?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36300 Sitting 803 2002-10-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Wied il-Għajn

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli l-Enemalta taqla' żewġ arbli li hemm ħdejn ir-residenza li hemm ħdejn l-indirizz li qed nagħti under separate cover għax dawn huma ta' inkonvenjent għar-residenta kif ukoll għall-bdiewa li jaħdmu r-raba'? Billi fil-passat għamilt mistoqsijiet parlamentari oħra dwar l-istess ilment u dawn l-arbli baqgħu fejn kienu, possibbli niġi infurmat x'passi se jittieħdu? Possibbli ssir site visit biex jiġi deċiż x'xogħol huwa meħtieġ u meta se jsir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li wara investigazzjoni li saret fuq il-post ma jirriżultax li l-arbli imsemmija qed ikunu ta' inkonvenjent lir-residenti jew lill-bdiewa.