Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Żewġ Imtieħen

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għad-domanda parlamentari preċedenti, jinforma l-Kamra jekk huwiex possibbli jinbeda x-xogħol fuq iż-żewġ Imtieħen li hemm ġewwa Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda ħsieb li din is-sena jsir xi xogħol fuq iż-żewġ imtieħen li hemm ġewwa Bormla. Iż-żewġ imtieħen huma okkupati, minn wieħed li jagħmel il-qubbajt u wieħed mastrudaxxa, u mhux possibli li jibda xi xogħol qabel tiġi riżolta l-okkupazzjoni ta' dawn l-imtieħen. Bħal dejjem napprezza l-interess muri mill-Onorevoli kollega u nawgura illi fil-futur anki dan is-suġġeriment ikun jista' jintlaqa'

Misraħ ir-Rebħa — Birgu

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol li kien wiegħed li kellu jsir għall-iskavar tal-pedamenti tat-torri ta' l-arloġġ f'Misraħ ir-Rebħa, il-Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li kien il-ħsieb tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera li dan ix-xogħol jibda kmieni din is-sena, iżda dan kellu jiġi pospost minħabba l-fatt li l-istess arkejoloġisti kienu għadhom ma lestewx ix-xogħol li kienu qed jagħmlu fl-Imdina. Il-ħsieb issa hu li l-iskavar jibda wara li l-istaġun tal-festi fil-Birgu jispiċċa, għal Ottubru.

Enerġija Rinnovabli

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tad-dokument dwar l-użu ta' l-enerġija rinnovabli maħruġ mill-awtorita' Maltija għar-riżorsi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal xogħol tad-drenaġġ li sar fi Triq Vittorio Cassar, M'Scala se jkollu jerġa' jsir? Kemm ġie jiswa flus ix-xogħol li sar diġa'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li meta sar ix-xogħol tad-drenaġġ f'din it-triq, parti minn Triq Vittorio Cassar kienet għadha mhix miftuħa. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ mhux soltu jiftħu toroq u lanqas kien hemm il-fondi neċessarji biex tinfetaħ din it-triq proposta minn għalqa kif kienet. L-unika parti minn fejn seta' jgħaddi l-kuntrattur kienet parti li taħtha nstabu soqfa ta' garaxxijiet sotteranji u b'hekk il-ħaddiema ma setgħux jinżlu fil-livelli meħtieġa. Għalhekk sar il-main temporanju ta' 30 metru sakemm tinfetaħ it-triq. Jidher li issa infetħet it-triq u għalhekk jista' jsir main aktar fil-fond. Pero' d-Dipartiment tad-Drenaġġ qed jistenna livelli korretti mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar rigward livelli tat-toroq sabiex ikun jista' jiffinalizza dan ix-xogħol darba għal dejjem. L-ammont ġie jiswa madwar Lm600.
Leg 9 PQ #33051 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Ħajt tas-Sejjieħ — Triq L-Isptar Navali Bighi

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir ftit maintenance fit-tarf ta' Triq l-Isptar Navali Bighi Kalkara, fejn parti minnha intliet b'ħaxix ħażin u ġebel li suppost kien parti min ħajt tas-sejjieħ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ser jittieħdu l-passi neċessarji biex issir il-manutenzjoni meħtieġa fi Triq l-Isptar Navali, Bighi Kalkara.

Saħħa Fuq il-Post tax-Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32933 u cioe, jista' jgħid fid-dawl tal-liġi dwar is-saħħa fuq il-post tax-xogħol jista' jsir mezz biex il-ħaddiema tal-Monti fi Triq Merkanti l-Belt jaħdmu f'ambjent nadif billi t-triq tinħasel kuljum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Car Park — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-car park li kellu jsir f'Bormla bħala parti mill-proġett tal-Cottonera Waterfront? Meta hu ippjanat li jinbeda x-xogħol? Min se jħallas għax-xogħol li jrid isir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-faċilita' tal-parkeġġ intenzjonat illi jsir ġewwa Cospicua ma jiffurmax parti per se tal-Proġett tal-Kottonera għalkemm l-imsemmija faċilita' hija ntenzjonata illi tikkumplimenta l-istess Proġett. Ġie deċiż illi tinħareġ sejħa għall-offerti għall-kostruzzjoni u tmexxija mis-settur privat, ta' din il-faċilita' u bħalissa qegħdin jiġu ppreparati d-dokumenti neċessarji. Ix-xogħol jinbeda ladarba jitlesta l-proċess ta' 'tendering' u ssir l-għotja ta' l-istess tender.

Pjazza Santa Margerita — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex twaqqaf ix-xogħol ta' refurbishment ta' Pjazza Santa Margerita, Bormla? Kemm intefqu flus fuq dan il-proġett s'issa? Meta hu ppjanat li se jitlesta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s'issa ntefqu Lm81,203.35 fuq dan il-proġett. Għalkemm kien hemm ftehim dwar kif għandu jitkompla x-xogħol dan ma setgħax isir kif propost minħabba ntoppi li nqalgħu, fosthom il-Bus Terminus, iċ-ċaqlieq tal-kabbbana u l-aċċess bejn il-parti ta' fuq u ta' isfel. Il-Gvern qiegħed ukoll jippjana li jagħmel car park fl-area ta' taħt il-playing field ta' l-iskola. Bħalissa qed isiru taħdidiet bejn il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera u l-Kunsill Lokali Kottonera dwar kif għandu jitkompla x-xogħol. Il-Kunsill Lokali qabdu perit privat biex jagħmel proposti dwar ix-xogħol. Hekk kif ikun hemm l-approvazzjoni sħiħa ta' kulħadd għandu jitkompla x-xogħol.

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-konsulenti li hemm mall-ministeru u li isimhom qed jintbagħat under separate cover?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-rwol tal-konsulenti msemmija fil-mistoqsija huwa hekk: Wieħed huwa mpjegat f'dan il-Ministeru bħala full-time Consultant u huwa responsabbli għat-tmexxija u għall-amministrazzjoni ġenerali tal-Kooperativa ta' l-Indafa Pubblika. Wieħed m'għadux impjegat bħala Advisor f'dan il-Ministeru, u l-ieħor huwa mpjegat bħala full-time Advisor u jagħmel xogħol ta' On-Scene Co-Ordinator fl-Oil Pollution Control Unit fit-Taqsima tax-Xogħlijiet f'dan il-Ministeru.

Kostruzzjoni tal-Bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati spetturi (saħħa sigurta) fid-dipartiment ta' l-industrija fil-kostruzzjoni tal-bini fit-taqsima tax-xogħlijiet skond l-avviż li deher fil-gazzetta tal-gvern nru. 17163 bid-data 20/11/01? Dan in-nimri huwa suffiċjent skond il-bżonn tad-dipartiment? X'inhuwa l-compliment stabbilit? Dawn se jaqgħu taħt l-superviżżjoni ta' l-awtorita' ġew se jkunu għar-rashom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proċess ta' mili ta' postijiet ta' Spetturi tas-Saħħa u Sigurta' fid-Dipartiment ta' l-Industrija fil-Kostruzzjoni tal-Bini għadu għaddej. L-istess jista' jingħad għall-ingaġġ ta' numru ta' Spetturi fuq Taħriġ. Il-compliment stabbilit tal-Unit Saħħa u Sigurta' fit-Taqsima tax-Xogħlijiet huwa ta' Spettur Prinċipali, żewġ Spetturi Anzjani u sitt Spetturi li jistgħu jinkludu wkoll Spetturi fuq Taħriġ. L-Ispetturi tas-Saħħa u Sigurta' fid-Dipartiment ta' l-Industrija fil-Kostruzzjoni tal-Bini jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadha ma ttieħditx azzjoni fuq il-leak tad-drenaġġ f'razzett, f'Ħal Farruġ limiti ta' Ħal Qormi li qiegħed fuq il-pumping station ta' l-ilma tax-xorb? Peress li dan il-leak issa ilu s-snin għad-detriment ta' saħħet in-nies u l-bħhejjem li jitrabbew f'dan ir-razzett, jista' jgħid meta se tittieħed azzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika fejn qiegħed dan il-'leak', għax id-Dipartiment tad-Drenaġġ m'għandu l-ebda rapport ta' leak f'xi razzett f'Ħal Farruġ.

Drenaġġ

Question

B'riferenza għat-tender li ħareġ id-dipartiment tad-drenaġġ għall-investigazzjoni tal-mains tad-drenaġġ bis-sistema CCTV, jista' l-Ministru jgħid jekk hux korrett li kumpanija Taljana titfa' offerta għax-xogħol mingħajr ma tinkludi t-taxxa tal-VAT, għax tallega li bħala kumpanija barranija m'għandhiex tiġbor din it-taxxa u tinkludiha fir-rata tagħha? Ma jaħsibx il-Ministru li dan l-aġir jista' jkun diskriminatorju kontra kumpaniji Maltin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li din it-tender qiegħda f'fażi ta' aġġudikazzjoni u m'għandix dubbju, li kif dejjem sar, din ser issir fuq "like with like basis".

Valletta — Triq il-Merkanti

Question

Peress li tħabbar li se jsir paviment fi Triq il-Merkanti, Valletta, jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx-il ħsieb li din it-triq tiġi pedestrainised? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' traffic management se jsir u x'tibdil ħa jsir fil-mod kif jiċċerkola t-traffiku llum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li hija l-intenzjoni li l-parti tat-triq li diġa' hija pedestrian fil-għodu, minħabba l-Monti, tkun pedestrian il-ġurnata kollha. Madankollu għadhom qed isiru taħdidiet dwar kif dan l-aħjar li jsir. Hija x-xewqa tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u Floriana li l-arja pedestrian tiġi estiża.

Ancient Street — Birgu

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-kamra dwar f'liema stadju waslu l-proċeduri dwar l-inkonvenjent li hemm f'Ancient Str Birgu u dan in vista tad-domandi 29751 u 30307?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ebda offerta ma ġiet sottomessa għall-ewwel sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol. It-tender reġgħet ħarġet u l-offerti qegħdin jiġu aġġudikati bil-ħsieb li x-xogħol isir mill-aktar fis possibbli.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-kamra x'passi qed jittieħdu mid-dipartiment inkarigat mid-drenaġġ dwar is-sitwazzjoni fl-aħħar parti ta' Triq il-Farfett tal-Fejġel Żabbar fuq n-naħa tal-Kalkara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ talab lill-kuntrattur jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa fl-iqsar żmien possibbli.

Qormi — Wied il-Kbir

Question

B'referenza għal kwot nru. 81/01 u 82/01 kif minħabbra fil-gazzetta tal-gvern 17,157 - 2/11/01 dwar provista u tqegħid ta' ċangaturi tal-koskos pre-stressed għal Wied il-Kbir Ħal Qormi, jista' l-Ministru jispeċifika x'tip ta' xogħol qed isir mill-Gvern Ċentrali f'din il-lokalita'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir f'din il-lokalita' jikkonsisti f'tindif ta' materjal u skart ieħor minn parti minn Wied il-Kbir, Qormi. Barra dan ix-xogħol qed jinbnew mill-ġdid żewġ pontijiet minflok dawk li kien hemm għaliex ma kinux ilaħħqu mal-volum ta' l-ilma li jgħaddi minn dan il-wied. Il-planki (pre-stressed slabs) li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant ġew ordnati għal dawn il-pontijiet. Ix-xogħol kollu qed isir mid-Direct Labour Force tal-Unit għas-Servizzi ta' Tisbiħ.

Unjoni Ewropea — Barrieri

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija nru. 32570 jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir sabiex is-sidien tal-barrieri jiġu informati dwar ir-riforma meħtieġa fis-settur sabiex xjintroduċu standards ambjentali u ta' sigurta fuq il-post tax-xogħol konformi ma dawk ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-BICC bl-għajnuna ta' l-MIC qed iżżomm kuntatt kontinwu ma' l-industrija fir-rigward ta' l-iżvilupp marbut ma' l-Unjoni Ewropea. Il-materja msemmija tifforma parti mill-firxa tat-temi pertinenti. Azzjonijiet konkreti jinkludu: Konferenza Nazzjonali: L-industrija tal-bini - kif tintlaqat bi sħubija li saret fid-19 ta' April 2002 fejn din il-materja ġiet elaborata. Ktejjeb apposta bil-format Mistoqsija u Tweġiba li jkopri temi relatati ma' l-industrija u l-effett tas-sħubija fosthom din il-materja. Iż-żewġ inizzjattivi kienu tal-BICC u l-MIC u s-sidien tal-barrieri huma rappreżentanti fil-BICC.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex se jkun jikkonsisti x-xogħol biex isolvi l-problema ta' overflow ta' drenaġġ fi Triq l-Imdina n-Naxxxar li mistenni jibqa fl-ewwel ġimgħa ta' lulju 2002? Għaliex ix-xogħol mistenni jdum madwar 20 ġimgħa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet jikkonsistu fit-tqegħid ta' madwar 860 metru ta' main b'dijametru ta' nofs metru u l-kostruzzjoni ta' sensiela ta' manholes. Ix-xogħlijiet ser iseħħu fi Vjal il-Labour u fi Triq l-Imdina. L-istima ta' għoxrin ġimgħa hija bbażata fuq esperjenza ta' xogħlijiet simili li twettqu fi ħdan l-istess taqsima.