Jista' il-Ministru jinformani x'raġuni hemm li bankijiet qodma li nqalgħu minn lokalitajiet oħra, tpoġġew fuq art pubblika f'Pembroke u dan meta d-dipartiemnt tax-xogħlijiet għandu compound f'Pembroke stess? Jistgħu jitneħħew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li dawn il-bankijiet tneħħew minn Għar id-Dud minħabba l-proġett ta' tisbiħ li beda jiġi nplimentat. Dawn il-bankijiet tpoġġew temporanjament ħdejn l-uffiċċju distrettwali sabiex isirilhom xi tiswijiet u minħabba li fid-Distrett m'hemmx spazju biżżejjed. Ninforma lill- Onor. Interpellant li hu maħsub li jitneħħew f'qasir żmien.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-works department ittellgħu quddiem bord dixxiplinarju s-sena l-oħra u għaliex?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li fis-sena 2005, tressqu 189 impjegat tat-Taqsima tax-Xogħlijiet quddiem Bordijiet ta’ Dixxiplina.
Ir-raġunijiet kienu s-segwenti:-
Abbuż mis-sick-leave 90
Abbandun ta’ dmirijiet 15
Assenza mhux awtorizzata 55
Assenza mhux awtorizzata ta’ jum 2
Assenza mhux awtorizzata t’aktar minn jum 4
Diżubbidjenza 2
Ksur/nuqqas t’osservanza ta’ regolamenti 7
Mġieba aggressiva/arroganti/vjolenti 4
Negliġenza 5
Produzzjoni baxxa 5
Total 189
Jista' il-Ministru jgħid x'sar mix-xogħol li kien qed isir fuq il-kanali madwar il-Salini peress li f'postijiet jidher li għadhom mirdumin u qed jagħmlu l-intiena? Għaliex waqaf ix-xogħol ta' tħammil? Meta se jitkompla?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li għalkemm dan il-kanal tnaddaf tajjeb ħafna s-sena l-oħra, ma setgħax isir dredging f'parti żgħira bil-għan li ma ssirx ħsara strutturali lit-triq eżistenti. L-Onor. Interpellant jaf li l-ilmijiet li jiġu mit-triq ta’ taħt it-telgħa t’Alla u Ommu iġorru ħama għal ġewwa l-istess kanal.
Kawża t'hekk, ix-xitwa li għaddiet ġabet magħha dan l-effett u dik tispjega r-raġuni li parti mill-kanal reġa mtela bil-ħama.
Id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet diġa' fasslet u bdiet tattwa soluzzjoni għal dan il-bottleneck. B'riżultat ta' dan ix-xogħol is-sukkursu ser jerġa jiffunzjona kif oriġinarjament kien ippjanat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fl-ewwel erba’ xhur tas-snin 2004, 2005 u 2006, kienet kif tidher hawn taħt:
2004 Spiża (Lm)
Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura 491.74
Dipatimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru 87,980.19
Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini 448.31
Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi 1,589.00
Spiża Totali
90,509.24
2005
Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura 666.49
Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru 96,801.92
Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini 361.22
Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi 972.00
Spiża Totali 98,801.63
2006
Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastrutura 1,012.34
Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru 98,925.94
Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini 772.13
Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi 1,653.00
Spiża Totali 102,363.41
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel u bini pubbliku ieħor tal-gvern, inkluż dak li jaqa' taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru, li għandhom sistema sostenibbli ta' enerġija solari u/jew ta' xorta oħra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi ġiet notifikata b’sistema fotovoltajka fuq il-bini tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u oħra fuq l-iskola ta’ San Benedittu f’Ħal Kirkop.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa’ jsir l-arloġġ li kien hemm f’Misraħ ir-Rebħa, il-Birgu? Jekk iva, meta mistenni li jibda x-xogħol? Kemm se jiġi jiswa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li diġa' ġiet sottomessa
Outline Application lill-MEPA (PA 838/05)
li tinkludi l-bini tat-torri ta' l-arloġġ u t-tisbiħ ta' Misraħ ir-Rebħa. Jekk tiġi approvata din l-applikazzjoni, tiġi sottomessa
Full Development Application
lill-
MEPA
wara li jsiru taħdidiet mal-Kunsill Lokali
.
Wara ilmenti li numru ta' residenti għamlu dwar kamra fi Triq Fontanier, f'Ħal Qormi, li fiha jiġu stazzjonati l-krieret tal-kenniesa, qiegħda tkun spiss ta' inkonvenjent għall-istess residenti minħabba ħmieġ u storbju, jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħsieb li kien hemm fil-passat biex din il-kamra ma tibqax tintuża għall-istess skop għadux fis-seħħ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li d-dipartiment ikkonċernat m’għandux post alternattiv għall-użu mill-kenniesa responsabbli mit-tindif tat-toroq ġewwa Hal-Qormi, ħlief għall-kamra msemmija u li tinsab fi Triq Fontanier. Ser jittieħdu passi sabiex ma jkunx hemm ħmieġ u storbju li jista’ jikkawża xi nkonvenjent għar-residenti.
Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ispiża tas-safar tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu għall-ewwel erba’ xhur ta' l-2006 kienet kif jidher hawn taħt:-
Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura
Lm1,963.58
Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru
Lm3,889.08
Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
Lm5,794.00
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi żvilupp dwar parkeġġ fin-naħa tal-Cottonera biex jaqdi l-bżonnijiet ta' l-operaturi fil-waterfront, u jekk dak li suppost isir taħt il-ground ta' l-iskola ta' Bormla għadux fil-pjanijiet? X'qed iżomm lill-gvern biex dan isir? Jista' jgħid kellux xi proposta mill-istess operaturi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernt.
Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir bħalissa fil-Cottonera Waterfront? Meta hemm il-ħsieb li jitlesta? Jista' jgħid jekk ikkonsultax ma' l-operaturi kummerċjali li hemm fuq is-sit?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-MEPA ħarġet enforcement order fuq il-proġett tal-Mixtla ta' Bormla peress li l-proġett inbeda, meta sal-lum għadhom ma ħarġux il-permessi meħtieġa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-MEPA ħarġet Avviż ta’ Infurzar nhar it-8 ta’ Marzu, 2006.
Jista' il-Ministru jara li tiġi wżata s-sistema li ntużat f'Wied il-Qlejgħa sabiex isir lanqas impatt fuq l-ambjent meta jsiru x-xogħlijiet fuq il-Wied ta' Burmarrad?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi l-ħitan tas-sostenn għall-kanal ġew imfassla biex jiffaċilitaw tindif u manutenzjoni mingħajr ma jkun hemm ħsara. L-użu tas-sistema tal-gabions biex ġew iffurmati l-ħitan ta’ l-egħlieqi, kif ukoll il-ġnub ta’ Wied Qlejja ma tirrendix ruħha tajjeb għal fejn hu previst tindif u manutenzjoni ta' sikwiet.
Liema huma l-esperti tal-gvern li tqabbdu sabiex iħejju l-pjan tar-riabilitazzjoni tal-Wied ta' Burmarrad? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rakkmandazzjonijiet ta' dawn l-esperti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi l-proġett tal-Wied ta’ Burmarrad ġie ddisinjat mill-periti u l-Inġiniera Ċivili tad-Diviżjoni tas-Servizzi fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, speċifikament minn dawk tal-Marine u Storm Water Unit. Għal skop ta' permess mill-MEPA, d-Dipartiment kien ħareġ tendergħall-esperti ambjentali. Dan il-kuntratt wasal biex jingħata fil-ġranet li ġejjin.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-disinji u l-pjanti ddetaljati kif imħejjija mid-Diviżjoni. Infakkar lill-Onor. Interpellant li d-disinji jistgħu jiġu modifikati waqt ix-xogħlijiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa x-xogħol fuq il-Wied ta' Burmarrad u meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li huwa stmat li x-xogħol fuq il-Wied ta' Burmarrad sejjer jiswa madwar disa' mitt elf liri Maltin (Lm900,000) u ser jitlesta' f'sena minn meta jinbeda x-xogħol. Dan il-perjodu huwa suġġett għall-ħruġ tal- permessi tal-MEPA u xi sejbiet arkeologici.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18340 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, jista' il-Ministru jgħid għaliex l-unika pompa bio diesel li hemm fir-Rabat mhux tingħata bio diesel? Jista' jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex dan il-bżonn għall-komunitajiet tar-Rabat, Dingli u Imtarfa jiġu milħuqa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-liċenzja li għandha kull
petrol station
tippermetti li din taħżen u tiddistribwixxi
petrol
u
diesel
fuel
biss.
L-Awtorita` ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, wara li jintemm il-proċess kurrenti ta’ liberaliżżazzjoni li bħalissa għaddej minn perjodu ta’ konsultazzjoni, tkun tista’ testendi l-liċenzja biex tkopri wkoll il-bejgħ tal-biofuels.
Wara li jseħħ il-proċess ta’ liberaliżżazzjoni, ser jinħarġu liċenzji ġodda li jippermettu l-bejgħ ta’ dawn iż-żewġ kategoriji ta’ diesel taħt regolariżżazzjoni adegwata u cioe ta' diesel mhux imħallat u ta' biodiesel (diesel + biofuel)
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irranġati pjazez mill-gvern ċentrali f'irħula u bliet f'Malta u Għawdex matul din il-leġislatura? Jista' jagħti lista tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li matul din il-leġislatura ġew irranġati dawn il-pjazzez mill-Gvern Ċentrali:-
Ÿ Il-pjazzez ta’ l-Imdina;
Ÿ Ġnien il-Bennej, St. Paul’s Street, Żurrieq;
Ÿ Il-pjazza ta’ Paceville;
Ÿ Il-pjazza ta’ Ħal Kirkop;
Ÿ Il-pjazza ta’ Ħal Safi;
Ÿ Ix-Xarolla, Żurrieq;
Ÿ Pjazza Paolino Vassalli, Bormla;
Ÿ Il-pjazza tal-Mellieħa;
Ÿ Pjazza / Ġnien Misraħ il-Missjoni ż-Żgħira, Mqabba.
Jista' il-Ministru jara li ssir tindifa u qtugħ tal-ħaxix fl-inħawi ta' Horns Ditch il-Furjana (fejn kien hemm l-ex-uffiċċju tal-public works li llum jinsab abbandunat) minħabba l-ammont ta' ġrieden li ħerġin minn dawn l-inħawi u li jistgħu jkunu ta' periklu għall-persuni li jiffrekwentaw dawn in-naħat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Awtorita’ dwar it-Trasport qiegħda f’kuntatt mad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet sabiex fil-futur qarib, isir it-tindif neċessarju fiż-żona msemmija mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jitlesta l-proġett tal-Bieb ta' Santa Liena, Bormla peress li dan il-proġett suppost li tlesta sa Marzu 2006?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ewwel fażi tal-proġett tal-Bieb ta’ Santa Liena, li kien jikkonsisti f’pavimentar bil-ġebla tal-qawwi, huwa lest u qegħdin isiru l-aħħar tħejjijiet biex jiġi ffinaliżżat ix-xogħol fuq il-pont ta’ l-injam li jsaqqaf id-drop pit li ġiet irkuprata taħt il-bieb. Mill-banda l-oħra, inħarġu s-sejħiet għall-offerti għall-installazjoni tad-dawl. Huwa stmat li s-sistema tad-dawl tiġi nstallata sa nofs Awwissu.