Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kera li se jkollha tħallas il-kumpannija Gozo Channel għall-użu tat-terminals u tal-parkeġġi taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr hix se tkun koperta b'public service contract?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dalwaqt għandu jiġi ffirmat kuntratt ta' kera (Harbour Agreement) bejn l-Awtorita' Marittima ta' Malta u l-Gozo Channel Co. Ltd għall-kera tat-terminals tal-passiġġieri, tal-marshalling areas u tal-parkeġġi fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u ta' l-Imġarr Għawdex. Dan il-Harbour Agreement ma jiffirmux parti mill-Public Service Obligation Contract li l-kumpanija Gozo Channel Co. Ltd. għandha bħalissa mal-Gvern.
Jista' il-Ministru jikkonsidra ammenda f'section 30 ta' l-avviż legali ta' l-2006 fejn tgħid li street hawker għandu jkun 25 metru 'il bogħod u mhux 50 metru attwali minn xi ħanut ieħor? Jista' jinkludi wkoll li titneħħa l-kelma "kull" ħanut u minflok issir "ħanut ta' l-istess ġeneru"? Qed ngħid din, għax hawn min f'Tas-Sliema qed jirrapporta nies tal-merċa bl-addoċċ.
Response (GALEA, ĊENSU)
Il-proposta ta' l-Onor. Interpellant ser tiġi studjata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk ir-rampa li hemm fil-port ta' l-Imġarr, Għawdex u li tagħti għall-vapur, liema rampa tintuża kemm mill-vetturi kif ukoll minn nies, hijiex konformi ma' l-istandards ta' NCPD għal persuni b'diżabilita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-rampa li hemm fil-port ta' l-Imġarr Għawdex u li tagħti aċċess għall-vapuri tal-Gozo Channel Co.Ltd bħalissa tintuża kemm mill-vetturi kif ukoll mill-passiġġieri sabiex jitilgħu fuq u jinżlu mill-vapur. Din ir-rampa nbniet skond pjanti approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u Ambjent. Meta l-proġett ta' l-Imġarr jitlesta l-aċċess tal-passiġġieri għall-vapuri ser ikun permezz ta' gangways li jagħtu direttament għat-terminal tal-passiġġieri.
Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji se jkun ibbażat il-valur tal-kera fis-sena tal-parkeġġi taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr? Kemm hija stmata li tiswa l-kera fis-sena ta' dawn iż-żewġ parkeġġi rispettivament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-Awtorita' Marittima ta' Malta u l-Gozo Channel Co. ltd. sabiex jiġi ffinaliżżat kuntratt ta' kera (Harbour Agreement) għat-terminals tal-passiġġieri, tal-marshalling areas u tal-parkeġġi fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u ta' l-Imġarr Għawdex. Hija l-intenzjoni li jkun hemm kera waħda għal dawn il-faċilitajiet kollha. Din il-kera ser tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-valur ta' l-investiment kapitali li l-awtorita' ser tkun nefqet għall-proġett kollu. Hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet li ċ-ċifra tal-kera għal dawn il-faċilitajiet għandha tkun ta' Lm400,000 fis-sena.
Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Peress li saru ilmenti dwar ħsarat fil-pontoons tal-marina f'Għawdex li qed itelfu lis-sidien tad-dgħajjes meta jorbtu l-qxur tagħhom, jista' il-Ministru ġentilment jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li waqt survey ta' rutina li sar mill-Awtorita' Marittima irriżulta li hemm xi ħsarat fil-qiegħ u fuq in-naħa ta' barra tal- breakwaterarm il-qasira. Tlabt lill-Awtorita' Marittima biex tara x'jista jsir.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-awtorita' għall-komunikazzjoni waslulha diversi ilmenti mill-Vodafone u l-Go Mobile li r-reception għall-mobile phones fl-area ta' wara l-Moskea f'Raħal Ġdid marret lura drastikament dawn l-aħħar ġimgħat? Jista' jgħid jekk hux qed issir investigazzjoni u fiex waslet din l-investigazjzoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-ġimgħat li għaddew l-MCA irciviet xi lmenti mingħand iż-żewġ operaturi tat-telefonija ċellulari, jiġifieri il-Vodafone u l-Go Mobile dwar reception fqira fiż-żona qrib il-Moskeja f'Raħal Ġdid.
Sar stħarriġ da parti tal-Frequency Investigation Unit fi ħdan l-MCA u dan b'koordinazzjoni maż-żewġ operaturi diġa msemmija, liema stħarriġ waslet biex din il-problema tiġi riżolta.
L-MCA qed timmoniterja s-sitwazzjoni biex sa fejn hu possibli tevita li l-problema terġa tqum.
Jista' il-Ministru jinformana jekk il-Malta Maritime Authority ikkonsidratx li tagħti permessi għall-floating restaurants bħala proġett innovattiv għat-turiżmu u għal żieda fl-impjiegi?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'garanzija se jkollhom dawk il-ħaddiema tax-xatt li kkontribwew għal pensions and contingency fund iżda li se jispiċċaw fis-snin li ġejjin, minħabba li bir-riforma tax-xatt il-fond mhux se jibqa' jiġi sostnut bil-kontribuzzjoni tagħhom? Dawn se tkun garantita għalihom il-gratuity?
Response (GALEA, ĊENSU)
Kif taf l-Onor. Interpellanta bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar ir-riformi meħtieġa fil-portijiet tagħna. Għalhekk, ma nħossx li hu ż-żmien opportun li l-informazzjoni mitluba tingħata bħalissa.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed jippjana l-gvern biex isewwi d-diskriminazzjoni li nħolqot bejn il-ħaddiema tal-port fil-għoti tal-gratuity milli pensions and contingency fund, partikolarment bejn dawk li spiċċaw mix-xogħol qabel is-sena 2003 u dawk li spiċċaw jew għadhom se jispiċċaw wara l-2003?
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb jikkontrolla l-profitti li qed isiru fuq il-mediċini? Jaf li per eżempju Lescol 80mg li jinbiegħu Lm15.75c mill-ispiżeriji jiġu lill-aġent Lm13.13c? Ma jaħsibx li dan huwa qliegħ esaġerat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-profit fuq Lescol 80mg kif indikat mill-Onor. Interpellant ma jeċċedix il-marġni ta' profitti kif stabiliti bil-liġi bħalissa.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kumpannija Sureste hijiex tingħata somma flus kull xahar bħala xi forma jew oħra ta' għajnuna biex topera bejn Malta u Għawdex bil-helicopter? Jekk iva, jista' jgħid kemm tammonta din l-għajnuna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Gvern ma jagħti l-ebda għotja ta' flus lill-kumpanija li tħaddem is-servizz bl-ajru bejn Malta u Ghawdex.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul l-ewwel xhur ta' l-2006 ma sar l-ebda akkwist mill-Ministeru jew enti oħra li jaqgħu taħtu.
Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jsir bħalissa, u x'għandu fi ħsiebu li jagħmel aktar 'il quddiem, fuq ilmenti li qed isiru minn numru ta' importaturi dwar aġenti mhux neċessarjament reġistrati u li allegatament qegħdin iniżżlu x-xogħol minn Sqallija mingħajr ma jimlew id-dokumentazzjoni neċessarja, allura mingħajr ma jħallu audit trail b'dannu għall-istat u b'dannu għall-kompetizzjoni ġusta bejn l-istess importaturi?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18260 u għar-risposta relattiva, peress li d-domanda tirriferi għal servizz li dwaru sar ftehim bejn il-gvern u l-operaturi, peress li diversi operaturi turistiċi jixtiequ jkunu jafu x'obbligi hemm, jekk hemm, imposti fuq is-service provider biex jipprovdi servizz meta l-helicopter li jopera normalment ma jkunx qed jopera minħabba manutenzjoni, jista' allura l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18329, peress li d-domanda kienet tirriferi għal dawk li kellhom il-ħwienet u li ġew żgumbrati minħabba x-xogħol fuq it-terminal, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawn in-nies?
Response (GALEA, ĊENSU)
F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mar-risposta ta' PQ 18329.
Jista' il-Ministru jgħid: a) x'irriżulta mill-konsultazzjonijiet minnu miżmuma u li kellhom jagħlqu fil-15 ta' Marzu 2006 in konnessjoni mad-direttivi ġodda dwar it-tqegħid fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi? b) Jekk il-projbizzjoni għal użu ta' l-istess lokalment waqt attivitajiet u festi, tneħħietx? c) X'riżultati u konklużjonijiet waslet għalihom l-awtorita' Maltija dwar l-Istandards, għar-rigward ta' l-istess suġġett in segwitu għal konsultazzjonijiet minnha mitluba?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li saru diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni bejn l-uffiċjali għoljin tal-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards flimkien ma' l-uffiċjali tal-Ministeru għall-Kompettitivita’ u Komunikazzjoni, l-ewwel internament mal-Kumitat dwar l-Esplożivi fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u aktar tard mal-Membri ta’ l-Għaqda Piroteknika Maltija, mad-detenturi tal-liċenzji tal-kmamar tan-nar liċenzjati, mal-importaturi ta’ materjal li jintuża fil-manifattura tan-nar, kif ukoll ma individwi oħra li talbu li jiltaqgħu mal-istess uffiċjali, biex tiġi spjegata l-proposta u tkun definita l-pożizzjoni tal-Gvern Malti għall-waqt it-taħdidiet fil-Kunsill Ewropew li mistennija jibdew aktar tard din is-sena. Matul dawn il-konsultazzjonijiet, kien hemm appoġġ qawwi għall-pożizzjoni li qed jieħu l-Gvern Malti favur il-proposta tal-Kummissjoni Ewropeja, b’riżerva importanti li Malta diġa għamlet sa minn Mejju 2005 permezz tar-Rappreżentant Permanenti tagħha fi Brussell, jiġifieri illi l-manifattura tradizzjonali tal-logħob tan-nar f’Malta m’għandhiex tintmiss.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija wieħed irid itenni illi f’dan l-istadju, għadna biss qed nitkellmu fuq proposta għall-Direttiva u mhux "Direttiva". L-Ordinanza dwar l-Esplożivi (Kap 33) u r-regolamenti l-oħra kollha li joħorġu minnha ser jibqgħu fis-seħħ. Ta’ min wieħed jisħaq illi waqt il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, Malta ser tinsisti li għandu jkun hemm distinzjoni netta bejn logħob tan-nar intenzjonat għall-użu kummerċjali.
Hareġ biċ-ċar matul l-istess konsultazzjonijiet illi min fost ‘l fuq minn 800 liċenzjat « A » jew « B » li għandna f’ Malta jixtieq li jieħu vantaġġ mis-suq kbir Ewropew li ser ikun qed jinfetaħ permezz ta’ din id-Direttiva u jibda jimmanifatura l-logħob tan-nar b’għan kummerċjali, ser ikun jista’ jagħmel dan b’aktar faċilita’ u bi tnaqqis konsiderevoli fl-ispejjeż, minħabba li valutazzjoni waħda għall-konformità CE se tieħu post sa 25 proċedura ta’ approvazzjoni parallela. L-Awtorita’ għaldaqstant tikkonsidra illi bl-emendi Maltin, il-benefiċċji ewlenija għandhom ikunu: it-tnaqqis tal-piżijiet fuq l-intrapriżi permezz ta’ sistema ta’ approvazzjoni armonizzata biex l-oġġetti pirotekniċi jitqiegħdu fis-suq, flimkien mal-ħolqien ta’ suq wieħed aċċessibli saħansitra wkoll għall-operaturi ekonomiċi Maltin, u ta’ livell għoli ta’ ħarsien għall-konsumaturi.