Legislature:
Category:
Reset
Active:

DPP – rapport mit-Taqsima tal-Vittmi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapport mit-Taqsima tal-Vittmi fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP) minn Jannar 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar 2016 saru 96 rapport mit-Taqsima tal-Vittmi fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole.

Traffic tickets

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inħarġu traffic tickets tul s-sena 2015? Jistgħu dawn jiġu indikati dettaljatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ammont ta’ traffic offence tickets li nħarġu matul is-sena 2015 kien ta’ seba ‘ u sittin elf, mitejn u ħdax (67,211).

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kolluli jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-1 ta’ Ottubru 2015 kien hemm disa’ talbiet.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data dwar l-operat tal-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-ministeru, tal-korporazzjonijiet u fid-dekasteru kollu li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-1 ta’ Ottubru 2015 kien hemm żewġ talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.

Immigranti irregolari — rilokazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm immigranti irregolari li ġew rilokati matul l-2013, 2014, 2015 u 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Lejn liema pajjiżi ġew rilokati? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin dawk li ġew rilokati? Kemm minnhom kienu rġiel? Kemm minnhom kienu nisa? Kemm minnhom kienu tfal?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Immigranti irregolari li daħlu Malta bil-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ immigranti irregolari li daħlu Malta bil-baħar bejn l-2008 u l-2016, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena, b’mod separat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Sena Numru ta’ immigranti irregolari li daħlu bil-baħar 2008 2770 2009 1468 2010 46 2011 1578 2012 1883 2013 1840 2014 590 2015 60 2016 0

Ċentru ta’ Detenzjoni – immigranti miżmuma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti miżmuma fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni minn Jannar 2016 l’hawn? Kif iddaħħlu hemm u għaliex? X’inhu x-xogħol li jsir ma’ dawn l-immigranti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar 2016 sal-aħħar t’Awwissu kien hemm 57 immigrant li ġew miżmuma fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi. Dawn jiddaħlu fiċ-Ċentru mill-Pulizija minħabba li tkun inħarġitilhom Detention Order sa ma jsiru l-investigazzjonijiet dwar dokumenti, jew Removal Order li tinħareġ aktarx mill-Qrati Maltin biex jitneħħew minn pajjizna minħabba xi reat li jkunu wettqu. Sa ma jsiru l-arrangamenti ta’ safar dawk li jkollohom din l-ordni jridu jistennew fiċ-Ċentru. Jinġiebu wkoll dawk li tinħarġilhom Deportation Order wara li t-talba li jkunu għamlu għal-ażil ma tkunx ġiet aċċettata u għalhekk jintbagħatu lura lejn pajjiżhom. L-immigranti jiġu mwassla taħt skorta f’diversi postijiet li jkun jeħtieġ li jattendu, bħal fl-uffiċċju tar-Refugee Commissioner, għand il-Pulizija tal-Immigrazzjoni, il-Bord li jisma l-appelli tal-Immigrazzjoni, sptar u poliklinici. Il-ħaddiema tas-Servizz ta’ Detenzjoni jagħmlu l-għassa meħtieġa madwar iċ-ċentru, kif ukoll iduru fost dawn l-immigranti biex jassiguraw li kollox miexi sew skond l-ordni. Barra dawk li jaħdmu direttament mal-immigranti għandek numru ta’ haddiema oħrajn li jwettqu xogħol ta’ manutenzjoni kuljum fiċ-Ċentru.

Detention Services Officers – impjegati fuq xogħol ieħor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Detention Service Officers humiex qed jiġu impjegati fuq xogħol ieħor, u jekk iva, x’inhu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minħabba li dawn l-aħħar sentejn in-numru ta immigranti detenuti fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni kien zgħir ħafna mqabbel ma’ snin oħra, id-Detention Service Officers setgħu jitqabbdu jagħmlu xogħol ieħor. L-ewwel xogħol li ingħataw kien dak ta’ manutenzjoni madwar iċ-ċentru flimkien ma’ nies oħra tas-sengħa. Numru ieħor beda joffi servizz ta’ sigurtà fiċ-ċentri miftuha immexxija mill-AWAS matul il-ġurnata u matul il-lejl. Numru izgħar ta’ impjegati tas-Servizz ta’ Detenzjoni qed joffru servizz ta sigurtà fl-Uffiċini tar-Refugee Commissioner u fl-Initial Reception Centres immexxija mill-AWAS, kif ukoll f’xi dipartimenti oħra tal-Gvern.

Ċentru ta’ Detenzjoni — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed issir il-manutenzjoni taċ-Ċentru ta’ Detenzjoni? Min qed jagħmilha u kemm qed tiswa flus?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li dawn l-aħħar sentejn, il-manutenzjoni regolari u anke proġetti ġodda qed isiru minn nies tas-sengħa li huma ngaġġati bħala Detention Service Officers. Dan il-grupp zgħir kien mgħejjun minn impjegati oħrajn li mhumiex tas-sengħa u wettqu hafna xogħol matul dan iż-żmien. B’din is-sistema ġew iffrankati ħafna flus għax l-infieq kien dovut għax-xiri tal-materjal biss. Dan seta jsir minħabba li n-numru ta’ detenuti fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni hu zgħir ħafna u għalhekk setgħu jintu¿aw numru ta’ Detention Service Officers fuq dan ix-xogħol. It-total ta’ spejjez fuq manutenzjoni bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-aħħar t’Awwissu 2016 kien ta’ €17,984.

Ċentru ta’ Detenzjoni — skop

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-iskop li jinżamm Ċentru ta’ Detenzjoni miftuħ b’numru konsiderevoli ta’ impjegati mas-Servizz ta’ Detenzjoni, meta fl-aħħar xhur naqas sew in-numru ta’ immigranti li daħlu f’pajjiżna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-influss ta’ immigranti lejn l-ewropa, speċjalment fiċ-ċentru tal-mediterran, baqa’ għaddej b’mod regolari. Barra minn dan, numru ta’ immigranti qed jaslu f’pajjiżna, uħud b ‘mod regolari, mill-ajruport jew mill-port. Uħud minnhom jinħtieġ li jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni u dan skont ordnijiet li jingħataw mill-Pulizija jew mill-Qorti. Tajjeb jingħad li l-ħaddiema tas-servizz ta’ detenzjoni qed jintuża biex jagħmlu xogħlijiet oħra wkoll.

San Pawl il-Baħar – tnaqqis ta’ abbuż ta’ sewqan żejjed fil-bypass

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi qed jittieħdu biex jinqata' l-abbuż ta’ sewqan żejjed fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Puliizja tat-traffiku tagħmel rondi regolari fil-bypass ta’San Pawl. L-istess qed isir mill-Pulizija tad-Distrett li tagħmel ukoll dawn ir-road checks meta jkun opportun. Dawn ir-rondi ser jitkomplew. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li barra min hekk hemm ukoll żewġ speed cameras, waħda quddiem l-oħra f’din it-triq, li l-iskop huwa wkoll biex jitnaqqas sewqan eccessiv.

San Pawl il-Baħar – spezzjonijiet mill-pulizija dwar abbuż ta’ sewqan żejjed fil-bypass

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta, matul l-2016 saru spezzjonijiet mill-pulizija, minħabba abbuż ta' sewqan żejjed fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar? F'kull każ, x'kienu r-riżultati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru, 2016, saru tmintax (18) il-spezzjoni mill-pulizija, minħabba abbuż ta' sewqan żejjed kif ukoll kontravenzjonjiet tat-traffiku oħra fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar. Rizultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet, kif ukoll ir-rondi li saru mill-Pulizija tat-Traffiku fl-istess perjodu, inħarrġu sitta u tletin (36) ticket relatati ma ovespeeding. Inħarġu wkoll disa u tmenin (89) ticket ieħor għal-kontravenzjonijiet tat-traffiku varji. Ninformah ukoll, li fl-istess bypass hemm il-cameras tal-over speeding, li huma kkontrollati mill-Law Enforcement System Agency (LESA), li rresponsabilita taħha taqa’ taħt Ministeru ieħor.

Forzi Armati ta’ Malta – Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Forzi Armati ta’ Malta irnexxilha tassigura fondi ewropej f’investiment f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi, il-Forzi Armati ta’ Malta ibbenefikat minn €38,441,587 u ġew assigurati €51,100,000 minn fondi ewropej għal diversi proġetti.

Forzi Armati ta’ Malta — taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel il-Forzi Armati ta’ Malta f’dak li hu taħriġ, żviluppar u kwalifiċi għall-membri tagħha?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tlett snin il-Forzi Armati ta’ Malta għamlet avvanz kbir fejn jidħol taħriġ, zviluppar u kwalifiċi għall-membri tagħha. Bħala taħriġ il-Forzi Armati ta’ Malta diġa żdidilha l-fond relatat b’ħamsin elf ewro fis-sena. Il-Forza għamlet titjib sostanzjali u nvestiet sew fl-iskola nterna tagħha u qed isir issa programm strutturat annwali ta’ taħriġ. Il-Forzi Armati ta’ Malta irrevediet diversi programmi u kontenut ta’ programmi ta’ taħriġ ħalli dan ikun jirrifletti iktar il-b¿onnijiet u ż-żminijiet ta’ llum. Reġgħu bdew jintbagħtu kadetti f’akkademji navali barra l-pajji¿, ħalli tiġi risolta l-problema ta’ nuqqas ta’ uffiċjali kwalifikati fl-imsemmi qasam. Iddaħħlu wkoll korsijiet ta’ tmexxija relatati ma’ promozzjonijiet u li jirriflettu r-responsabbiltajiet ġodda li membri tal- Forzi Armati ta’ Malta ikunu ser jokkupaw. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwalifiċi il-Forza għamlet arrangamenti u diskussjonijiet fit-tul man-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) sabiex ċertu korsijiet li qed isiru ikunu rikonoxxuti skont il-livelli li din il-Kummissjoni tirrikonoxxi. Diġa ġie rikonoxxut it-taħriġ relalat ma’ reklutaġġ ta’ suldati ġodda u dan f’livell tlieta. Bħalissa għaddejin diskussjonijiet finali sabiex jiġu rikonoxxuti wkoll korsijiet oħra bħal korsijiet ta’ kmand marbut mal-promozzjonijiet, kif ukoll korsijiet għal dawk li jkunu qed jippreparaw sabiex isiru uffiċjali bil-kummissjoni. Il- Forzi Armati ta’ Malta bdiet ukoll tibgħat diversi membri tagħha isegwu korsijiet f’istituzzjonijiet rikonoxxuti esterni, bħall-MCAST, Transport Malta u l-ITS f’ċertu ħiliet marbuta max-xogħol tal- Forzi Armati ta’ Malta, u dan minflok mal-kors isir internament. Dan qed jassigura l-għola livelli kif ukoll kwalifika rikonoxxuta f’kwalunkwe mpjieg ieħor għall-membru. Dan ovvjament b’investiment finanzjarju.

Forzi Armati ta’ Malta – żieda fil-membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħala medja, kemm żdied fis-salarju membru tal-Forzi Armati ta’ Malta, jekk qabel ma kienx jitħallas għas-snajja li kellu u issa qed jitħallas tal-għola snajja li għandu, flimkien maż-żieda f’dik li hi msejħa l-AFM Allowance?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li membru fl-Armata li per eżempju kellu l-għola klassi ta’ snajja u li ma kienx jitħallas tagħha minħabba li qabel kienet bil-kwota ta’ kemm jitħallsu nies, issa żdied sa massimu ta’ €899.54 fis-sena, li jinkludi wkoll iż-żieda f’dik l-imsejħa AFM Allowance. Dan jiddependi mil-livell ta’ snajja li membru tal-Forzi Armati ta’ Malta għandu u ta’ xiex qabel kien jitħallas.

Forzi Armati ta’ Malta – problema ta’ nuqqas ta’ uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jipprova jirrimedja l-problema ta’ nuqqas ta’ Uffiċjali kkwalifikati minn akkademji navali sabiex joperaw il-laneċ li għandha fi ħdanha l-Forzi Armati ta’ Malta, liema nuqqas kien wisq evidenti qabel Marzu 2013? Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien dan in-nuqqas?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li iva huwa minnu li l-Armata għandha nuqqas ta’ uffiċjali kkwalifikati minn akkademji navali barra l-pajjiż sabiex joperaw il-laneċ li għandha fil-pussess tagħha. Dan in-nuqqas ġie minħabba li wara l-1999, il-Forzi Armati ta’ Malta ma bagħtitx iktar uffiċjali jitħarrġu f’akkademji navali. L-aħħar grupp li kien intbagħat, kien intbagħat ġewwa l-Germanja fl-imsemmija sena. Sussegwentament il-Forzi Armati ta’ Malta bdiet tħarreġ il-membri tagħha jew internament jew billi tibgħathom isewgu korsijiet oħra imma mhux f’akkademji navali. Dan in-nuqqas dan l-aħħar inħass sew meta l-Forza immodernizzat sew l-assi tagħha u ma kelliex biżżejjed uffiċjali kwalifikati sabiex topera dawn il-lanec. Dan in-nuqqas issa qed jiġi rimedjat billi l-Forzi Armati ta’ Malta qed terġa tibgħat uffiċjali tagħha isegwu korsijiet professjonali f’akkademji navali ġewwa l-Irlanda u l-Italja sabiex, mill-aktar fiss possibli, timla l-imsemmi nuqqas.

Detention Service Officers — benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’benifiċċji ħadu d-Detention Service Officers mill-ftehim settorjali li ġie ffirmat bejn il-Gvern u l-GWU f’Mejju tal-2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li b’riżultat tal-ftehim settorjali li ġie iffirmat bejn il-Gvern u GWU, l-uffiċjali tas-Servizz ta’ Detenzjoni qed igawdu minn dawn il-benefiċċji mill-1 ta’ Jannar 2015: · Il-ħaddiema li kienu jaħdmu mas-Servizz ta’ Detenzjoni fil-ġurnata tal-ftehim ġew assimilitati bħala Detension Service Officers (DSO) fi skali ta paga differenti skond in-numru ta snin li kienu ilhom ingaġġati mas-Servizz ta’ Detenzjoni. Dan irrizulta li Detention Service Officers li kellhom tal-anqas 8 snin servizz telghu fi skala 12, dawk li kellhom tal-anqas sentejn (2) servizz telgħu għal skala 13 u dawk li kellhom anqas minn sentejn ġew assimilati fil-grad ta Detention Service Officer imma taħt il-kundizzjonijiet il-ġodda. Awtomatikament dan ġab miegħu żiediet konsiderevoli fil-pagi ta dawk involuti. · Dawk il-ħaddiema li jaħdmu direttament fis-Servizz ta’ Detenzjoni bdew jibbenefikaw minn allowance ta €1,258 fis-sena. · Fejn qabel kien hemm biss grad wieħed ta’ Detention Service Officers, issa din il-klassi għandha 4 gradi; li huma: a) Assistant Detention Manager (skala 7), Detention Shift Duty Manager (skala 9), Officer in charge Detention Shifts (skala 11/10) u Detention Service Officer (skala 14/13/12). B’hekk issa dawk li jaħdmu fis-Servizz ta Detenzjoni għandhom l-opportunita li jtejjbu l-karriera tagħhom skont il-ħila u l-esperjenza.

Detention Services Officers – Kwalità ta’ Taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip u xi kwalità ta’ taħriġ qed jingħataw id-Detention Service Officers? Min qed jagħti dan it-taħriġ u kemm qed jiswa flus?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ħaddiema taċ-Ċentri ta’ Detenzjoni jingħataw diversi tipi ta’ taħriġ kemm dawk li jingħataw mingħajr ebda ħlas kif ukoll dawk li jkun hemm il-ħlas għalihom. Dawn huma: Emergency Evacuation Plans for the House Compound Emergency Evacuation Plans for ‘B’ Block Compound Emergency Evacuation Training Drills (including fire evacuation) DS Standing Orders Action for new immigrant arrivals Action on Refusal of food and Fluid Pregnant Women in Detention Actions following an escape or attempted escape from Detention Deaths in Detention Sexual Harassment Policy for Detention Service PAHRO regulations (their rights/work against management/pushing against authority etc) Sexual Harassment at work Memos (explanation of leave/sick leave) Security Measures, Immigrants Rights and Obligations. Dr Meillo : How to handle Ebola suspected and other medical/health issues. Khalil Stelmart : Employee Support Programme. Emergency Response & Rescue Corps : First Aid Course. Cost : €360. Emergency Response & Rescue Corps : Fire Fighting Course. Cost : €225.04.

Is-Siġġiewi – Għassa — Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta’ membri tal-Pulizija li jinsabu assenjati mal-għassa tas-Siġġiewi u jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiżdiedu? Jekk iva, b’kemm u meta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li membru fl-Armata li per eżempju kellu l-għola klassi ta’ snajja u li ma kienx jitħallas tagħha minħabba li qabel kienet bil-kwota ta’ kemm jitħallsu nies, issa żdied sa massimu ta’ €899.54 fis-sena, li jinkludi wkoll iż-żieda f’dik l-imsejħa AFM Allowance. Dan jiddependi mil-livell ta’ snajja li membru tal-Forzi Armati ta’ Malta għandu u ta’ xiex qabel kien jitħallas.

Ħal Luqa – Għassa — Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta’ membri tal-Pulizija li jinsabu assenjati mal-għassa ta’ Ħal Luqa u jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiżdiedu? Jekk iva, b’kemm u meta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li iva huwa minnu li l-Armata għandha nuqqas ta’ uffiċjali kkwalifikati minn akkademji navali barra l-pajjiż sabiex joperaw il-laneċ li għandha fil-pussess tagħha. Dan in-nuqqas ġie minħabba li wara l-1999, il-Forzi Armati ta’ Malta ma bagħtitx iktar uffiċjali jitħarrġu f’akkademji navali. L-aħħar grupp li kien intbagħat, kien intbagħat ġewwa l-Germanja fl-imsemmija sena. Sussegwentament il-Forzi Armati ta’ Malta bdiet tħarreġ il-membri tagħha jew internament jew billi tibgħathom isewgu korsijiet oħra imma mhux f’akkademji navali. Dan in-nuqqas dan l-aħħar inħass sew meta l-Forza immodernizzat sew l-assi tagħha u ma kelliex biżżejjed uffiċjali kwalifikati sabiex topera dawn il-lanec. Dan in-nuqqas issa qed jiġi rimedjat billi l-Forzi Armati ta’ Malta qed terġa tibgħat uffiċjali tagħha isegwu korsijiet professjonali f’akkademji navali ġewwa l-Irlanda u l-Italja sabiex, mill-aktar fiss possibli, timla l-imsemmi nuqqas.