Meta tqabbel il-miri ppjanati dwar il-pont reġjonali, kemm waqa' lura x-xogħol skond iż-żmien stabbilit fil-fażi ta' ippjanar? Minbarra l-varjazzjonijiet ta' żmien s'issa kemm kien hemm varjazzjonijiet ta' ħlasijiet? Meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol u kemm hu stmat li se jiswa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq il-pont Manwel Dimech issa ħadu spinta il-quddiem wara l-‘casting’ ta’ 50 metru mill-‘bridge deck’. Ix-xogħol ta’ preparamenti għall-konkos tal-bqija tal-‘bridge deck’ fuq in-naħa tal-pont fejn qed isiru x-xoghlijiet qed jimxu b’ritmu mgħaġġel u l-‘casting’ huwa maħsub li jsir f’Awissu. Dan ir-ritmu jawgura tajjeb wara li fl-ewwel xhur ix-xogħol waqgħa lura minħabba numru ta’ raġunijiet fosthom l-effett tan-natura ġdida ta’ dan it-tip ta’ xogħol in kwistjoni fl-industrija lokali. Dan wassal għal xi dewmien fejn ċerta xogħlijiet u dettaljar kienu aktar imprikativi u problematiċi milli kien maħsub fil-fazi tal-ippjanar. L-Awtorita’ qed tniehdi diversi laqgħat mal-konsulenti u l-kuntratti biex iżżomm il-pressjoni meħtieġa u hekk tassigura illi l-andament tax-xogħol ikun għaddej b’mod effiċjenti. L-istess Awtorita’ nfurmat il-kuntrattur biex jirrivedi l-programm tiegħu u jara kif ser jirkupra ħafna miż-żmien mitluf s’issa. Meta dan il-programm ikun imfassal, l-Awtorita’ ser titlob lill-konsulenti tagħha biex jaraw jekk id-dewmien fit-tlestija ta’ numru ta’ xogħlijiet huwiex ġustifikat.
Fl-aħħar laqgħa li saret bejn l-Awtorita’, il-periti li qed jieħdu ħsieb il-proġett u l-kuntrattur, dan l-aħħar ta ndikazzjoni ta’ allegati spejjeż addizzjonali li ma humiex koperti mill-kuntratt. Sa d-data tal-lum l-Awtorita’ għad m’għandiex l-ebda approvazzjoni mis-supervisuri tagħha għal xi ħlasijiet addizzjonali jew indikazzjoniet li ser ikun hemm tali.
St. Andrews — Parking temporanju fi Triq Sant'Andrija
Question
Billi Triq Sant'Andrija, St Andrews hija triq prinċipali u inti u ġej minn San Ġiljan hemm diversi ħwienet qabel ma wieħed jikser għall-Ibraġġ, bħat-Topline, Agenda Bookshop u oħrajn, jistgħu jsiru arranġamenti biex f'ħinijiet fissi jkun jista' jsir parking temporanju minn delivery vans strettament għall-ħatt tal-merkanzija għax ħafna drabi qed jiġri li dawn id-delivery vans li m'għandhomx għażla oħra fejn jipparkjaw qed jeħlu multi ta' parking irregolari intortament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-parti ta’ Triq Sant’Andrija li ghaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari hija parti ‘Tow Zone’ u parti ‘double yellow lines’.
Meta jsir parkeġġ irregolari ta’ kwalunkwe vetturi f’din il-parti tat-triq ikun hemm il-konsegwenzi li ġejjin:
· Il-
capacity tat-traffic lights junction
k/m Triq Ibragg tonqos b’madwar 40%.
· Ikun hemm konġestjoni tat-traffiku fuq Triq Sant’ Andrija u Triq il-Qasam.
· Vetturi li resqin lejn it-
traffic lights
jgħaddu ‘
wrong side’
u jaqsmu il-
continous white lines
biex jippruvaw iduru mal-vetturi pparkjati w għaldaqstant ikun hemm periklu ta’ kollużjoni ma’ vetturi li ġejjin minn Triq il-Kosta mid-direżżjoni opposta.
It-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku kienet ipprovdiet
un/loading bay
fi Triq Qasam kantuniera ma’ Triq Sant’ Andrija iżda tali ‘
un/loading bay’
kienet ġiet regolarment abbużata minn stabbiliment kummerċjali fl-inħawi b’detriment għal kumplament tal-ħwienet. Għaldqstant it-taqsima rċeviet talba mir-rappreżentanti tal-ħwienet sabiex tali
un/loading bay
tinbidel f’
timed parking
kopja hawn annessa. Wara konsultazzjoni mall-kunsill lokali, kopja hawn annesssa, t-taqsima approvat tali talba.
Peress li rreferejt għal każ ieħor fejn persuna li ġiet interdettjata mill-qorti reġgħet ingħatat ix-xogħol fl-ADT wara maħfra presidenzjali, jista' l-Ministru jgħid min hi din il-persuna, ta' liema reat instabet ħatja u liema kariga tokkupa fl-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li fuq parir mogħti mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-persuna li kienet interdettjata mill-Qorti kienet ġiet trasferita għal Sezzjoni oħra fl-ADT fejn ma jkollhiex responsabilta' ta' ġbir ta' flus. Wara kienet ġiet trasferita għal Dipartiment tal-Gvern.
Din il-persuna, li l-isem tagħha qiegħed jingħata b'mod konfidenżjali lill-Onorevoli Nterpellant, kienet instabet hatja ta' frodi.
B'referenza għar-roundabout tal-Kappara/Gżira fejn ir-residenti qegħdin jilmentaw għan-nuqqas ta' crash barriers u wisq iżjed nuqqas ta' faċilitajiet biex ikunu jistgħu jaqsmu sakemm tiġi rranġata Triq Sliema, jista' l-Ministru jara li l-ADT tikkonsidra azzjonijiet biex ir-residenti kemm tal-Kappara u kemm tal-Gżira jkunu jistgħu jaqsmu bla riskju għalihom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ADT hija konxja tal-problemi msemmija. Tant hu hekk li soluzzjoni aħħarija, permezz ta' subways apposta, huma nkorporati fid-dizin tal-Grade separated junction li trid issir fir-roundabout tal-Kappara bħala parti mix-xogħlijiet ta-Ten-T network. Bħala solużżjoni temporanja kienu kunsidrati Pelican lights u "Elevated Walkway" b'din ta' l-aħħar tkun preferuta minħabba limpatt negattiv li jkollhom pelican light fuq it-traffiku. L-ADT ġa ħadet il-miżuri neċessarji sabiex dan l-"Elevated Walkway" tkun nstallata fl-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Ministru jara tistax ssir zebra crossing jew pellican lights minn fejn tieqaf il-karozza tal-linja 62 wara Pender Place, San Ġiljan, għaliex m'hemmx min fejn taqsam it-triq biex tmur il-Bajja ta' San Ġorġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nixtieq niġbed l-attenżjoni ta' l-Onor Interpellant li diġa teżisti żebra crossing fi Triq Sant' Andrija bejn Triq San Ġorg u Triq Margerit Mangion.
Minn speżżjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li mhux rakkomandabbli li ssir pedestrian crossing oħra fi Triq Sant'Andrija minħabba li ġej:
It-triq hija wiesgħa hafna
Biex issir żebra crossing irid jintielef ħafna spażju allokat għal bus stop
Ikun hemm bżonn ta' pedestrian refuge fin-nofs tat-triq u bankina fil-ġenb tat-triq in-naħa ta' Triq Margerit Mangion
Tali pedestrian crossing proposta tkun vċin ħafna tal-mini roundabout eżistenti li tinsab fi Triq Sant' Andrija k/m Triq Elija Zammit.
Ta' min jinnota li l-karozza tal-linja 62 tieqaf fil-venda tal-karozzi li tinsab fi Triq Margerit Mangion u għaldaqstant il-passiġġieri ma jkollhomx għalfejn jaqsmu Triq Sant' Andrija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew Dipartiment konċernat mhux bilfors ikollu għad-dispożizzjoni tieghu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant ghar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt.
Jekk l-Onor Interpellant irid informazzjoni fuq xi kas partikolari u/jew qed jirreferi għal l-għoti ta' kuntratti pjuttost mill-subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa' jissotometti mistoqsija parlamentari ohra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ir-risposta għal din il-mistoqsija tinagħta f'seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 26893 dwar it-triq bejn il-Manikata u l-Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tkun approvata l-ispiża addizzjonali ta' Lm50,000 biex din it-triq tingħata wiċċ ġdid?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ispiża addiżżjonali ta' madwar Lm50,000 trid tkun approvata mid-Dipartimenti tal-Kuntratti u Finanżi. Fit-triq bejn il-Manikata u l-Mellieħa ħadmu żewġ kuntratturi differenti għall-xogħlijiet tat-trinek għall-Korporazzjoni tal-Ilma u tad-Dawl. Minħabba raġuni ta' garanzija fuq ix-xogħol tat-trinek, ix-xogħol addiżżjonali jrid jingħata bħala "Direct Order" lil istess kuntratturi. Id-Dipartiment tal-Kuntratti u Finanżi jrid japprova iżjed l-għoti tax-xogħol bħala " Direct Order" minħabba r-raġuni msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli li jagħmel il-parking lines fl-area ta' Binja Hesri, Siggiewi wara li saret it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Onorevoli Nterpellant hija mitluba tagħti l-isem tat-triq li qed tirreferi għaliha minħabba li f'din l-area skond kif indikata fis-siteplan tal-MEPA ma jirrizultax li riċentament saru toroq mill-ADT.
Jaf il-Ministru li l-arranġamenti tat-trasport pubbliku fis-Siggiewi ma jgħaddix qrib l-akwati kollha fis-Siggiewi? Jista' jgħid meta se jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex it-trasport pubbliku fis-Siġġiewi jkun jista' jaqdi lir-residenti kollha fis-Siggiewi u li ma jgħixux fiċ-ċentru tas-Siggiewi, bħal per eżempju, l-area ta' Wied Ħesri? Jista' jgħid x'sar minnha l-petizzjoni li kienu ffirmaw ir-residenti dwar il-ħtieġa tas-servizz ta' trasport pubbliku adegwat u li jgħixu fl-area ta' Wied Ħesri? Jista' jgħid jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta ħaditx passi fuq din il-petizzjoni? Jekk ħadet passi, x'passi ħadet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li saru diversi laqgħat bejn l-ADT, l-Kunsill Lokali u l-ATP sabiex ir-Rotta 89 tas-Siġġiewi tiġi devjata lejn Wied Ħesri u taqdi lil dawn l-inħawi.
Infurmat ukoll li ser terġgħa ssir laqgħa oħra sabiex jiġu ffinaliżżati dawn id-diskussjonijiet u jingħata serviżż aħjar fis-Siġġiewi.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema kariga ġie ngaġġat l-ex Kap tas-Segretarjat fl-istess Ministeru? Jista' jgħid xi proċedura ntużat biex ingħata l-kariga li għandu? Kemm hu s-salarju u x'allowances u benefiċċji oħra għandu? Kemm hemm persuni oħra fl-istess dipartiment taħt ir-responsabbilta' tiegħu u x'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'inhuma s-salarju, l-allowances u benefiċċji oħra li għandhom? Xi proċedura ntużat biex ingħataw l-impjiegi li għandhom?
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien infurmat u ta l-approvazzjoni tiegħu għat-twaqqif ta' dan id-dipartiment u għall-ingaġġ tal-persuni konċernati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma l-Onorevli Nterpellant li it-twaqqif ta’ unit li jieħu ħsieb l-immaniġġjar ta’ Proġetti Kapitali kien ilu jinħass minn meta ġie mwaqqaf il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq fl-2004. Għal dan il-għan kienu saru diversi diskussjonijiet matul iz-żmien biex jinstab l-aħjar forma kif dan jista’ jsir. F’dan ir-rigward kien hemm ukoll studju u rapport li kien ġie ikkommissjonat lill-MEU.
Kien hemm qbil biex tiġi mwaqqfa “Projects Development and Co-ordination Unit” fi ħdan il-Ministeru, liema Unit kienet taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tas-Segretarju Permanenti. Il-proceduri biex titwaqqaf din il-Unit u s-salarji abbinati ma’ l-ufficjali ta’ l-istess Unit għandhom l-approvazzjoni ta’ l-Ufficcju tal-Prim Ministru u tal-Ministeru tal-Finanzi.
Kemm l-ex Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru tiegħi, kif ukoll kull uffiċjal li bħal issa jifforma parti minn din il-Unit kienu diġa jaħdmu fis-Segretarjat tiegħi jew f’xi Dipartiment ieħor jew entita’ li taqa’ taħt ir-responsabbilita’ ta’ dan l-istess Ministeru. Dawn l-uffiċjali kienu jaħdmu esklussivament fuq proġetti kapitali u x-xogħol tagħhom kien konness ma’ l-istess responsabbilitajiet li għaliha ġiet iffurmata il-Projects Development and Co-ordination Unit. Għalhekk kien xieraq li dawn l-istess uficcjali jkomplu fuq dan l-istess xogħol u jiġu assenjati ma’ u assorbiti f’din il-Unit. L-istess MEU, fir-rapport tagħha, kienet tat parir f’dan ir-rigward in vista tal-kapacitajiet maniġerjali u teknici tagħhom kif ukoll l-esperjenza li akkwistaw matul iż-żmien li ħadmu fuq dawn il-proġetti.
L-ex Kap tas-Segretarjat li irrefera għalih l-Onor Interpellant għandu kuntratt għal sena ma’ din il-Unit, u qiegħed jokkupa il-pożizzjoni ta’ Kap ta’ din il-Unit. Huwa għandu salarju ta’ Lm11,875 barra allowance ta’ Lm3,080 u s-servizz ta’ karozza, użu ta’ mobile phone u access ghall-internet. Il-post għandu marbut miegħu ukoll Performance Bonus sa massimu ta’ 10% tas-salarju.
Uffiċjal ieħor għandu il-kariga ta’ Policy Development Manager u dan għandu kuntratt għal sena ma’ din il-Unit. Huwa għandu salarju ta’ Lm9,608 barra allowance ta’ Lm720, car allowance ta’ Lm1,000, użu ta’ mobile phone sa massimu ta’ Lm350 u access għall-internet sa massimu ta’ Lm200. Il-post għandu marbut miegħu ukoll Performance Bonus sa massimu ta’ 10% tas-salarju.
Uffiċjal ieħor għandu il-kariga ta’ Project Architect and Civil Engineer u dan għandu kuntratt għal tlett snin ma’ din il-Unit, liema kuntratt beda jgħodd mill-1 ta’ December 2006. Huwa għandu salarju ta’ Lm9,554 barra allowance ta’ Lm720, car allowance ta’ Lm1,000, użu ta’ mobile phone sa massimu ta’ Lm350 u access għall-internet sa massimu ta’ Lm200. Il-post għandu marbut miegħu ukoll Performance Bonus sa massimu ta’ 10% tas-salarju.
Uffiċjal ieħor għandu il-kariga ta’ Project Manager u dan għandu kuntratt għal sena ma’ din il-Unit. Huwa għandu salarju ta’ Lm9,418 barra car allowance ta’ Lm1,000, użu ta’ mobile phone sa massimu ta’ Lm350 u access għall-internet sa massimu ta’ Lm200. Il-post għandu marbut miegħu ukoll Performance Bonus sa massimu ta’ 10% tas-salarju.
Uffiċjal ieħor għandu il-kariga ta’ Project Co-ordinator u dan għandu kuntratt għal sena ma’ din il-Unit. Huwa għandu salarju ta’ Lm8,595 barra car allowance ta’ Lm400, użu ta’ mobile phone sa massimu ta’ Lm200 u access għall-internet sa massimu ta’ Lm200. Il-post għandu marbut miegħu ukoll Performance Bonus sa massimu ta’ 10% tas-salarju.
Fi ħdan il-Unit hemm żewġ uffiċjali oħra li huma sekondati mill-ADT u mis-Servizz Pubbliku rispettivament. Il-kundizzjonijiet ta’ l-ingaġġ tagħhom ghadhom mhux konklużi.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport li jgawdu mill-benefiċċju ta' linja fissa tat-telefon fid-dar billi għas-servizz qed tħallas l-istess Awtorita'? Jista' jgħid ukoll x'kienu l-ħlasijiet li saru fir-rigward ta' kull uffiċjal f'kontijiet tat-telefon fid-dar matul l-2006 u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni għal din il-mistoqsija hija din li ġejja:
Kariga ta’ l-ufficjal Ammont mhallas fl-2006 Ammont mhallas ghall-perjodu ta
Jannar u Gunju 2007
Konsulent – Transport Strategy Lm110.05 Lm39.55
Konsulent – Traffic Managment Lm231.80 Lm114.83
Manager – PTD Lm238.83 terminat
Direttur – LTD Lm117.54 Lm33.62 terminat
Manager – HR Lm 65.23 terminat(sal-5/04/06)
Konsulent – LTD Lm108.35 terminat(sal-1/07/06)
Direttur – PTD (issa LTD) Lm261.71 Lm147.52
Deputy CEO Lm263.83 Lm427.30
Head – TMD Lm378.31 Lm270.53
Financial Controller Lm222.93 Lm96.76
Chairman Lm100.32
CEO Lm279.76 Lm59.81
Jista' l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol fuq il-pont ta' Regional Road? Jista' jgħid kemm-il rapport sar u ġie sottomess lilu jew lill-Awtorita' dwar it-Trasport mill-perit privat li ngħata l-kuntratt mill-istess Awtorita' biex jagħmel is-superviżjoni tax-xogħol? X'inhi r-raġuni li fil-prattika din is-superviżjoni qiegħda ssir mill-periti ta' l-istess Awtorita' u mhux minn dan il-perit privat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-Pont Manwel Dimech beda f’Ottubru tal-2006. Il-Periti li qed jagħmlu supervizjoni fuq dan ix-xogħol ħejjew diversi rapporti kemm qabel ma ħareġ it-tender f’dak li għandu x’jaqsam dizinn u struttura u meta bdiet il-kostruzzjoni ħejjew diversi rapporti oħra li għandu x’jaqsmu mas-superviżjoni tat-twettieq tax-xogħol. L-Awtorita tat-Trasport tassigura li din is-supervizjoni tkun qed issir billi għandha personnel minn taghħa izuru s-sit tal-kostruzzjoni u jaraw illi kemm il-kuntrattur u s-supervizuri qegħdin jaqdu d-doveri kontrattwali tagħhom. Is-supervizjoni li jagħmel il-Perit li ngħata l-inkarigu ta’ Supervisor fuq ix-xogħol tal-Pont Manwel Dimech, hija aktar intensa mis-supervizjoni li tagħmel l-Awtorita f’dak li għandu x’jaqsam progress, kwalita, dettalji tekniċi u affarijiet oħra hekk kif jistipula il-kuntratt li l-istess Perit għandu mal-Awtorita tat-Trasport.
Jista' l-Ministru jara x'jista jsir sabiex St Anthony Street, H'Attard il-parti wara l-Palazz ta' San Anton titlesta għax ix-xogħol f'din it-triq ilu sejjer ix-xhur u qiegħed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti ta' l-inħawi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fil-parti tat-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant tlestew. Ninfurmah ukoll li l-WSC kienu responsabli għal dawn ix-xogholijiet.
Jista' l-Ministru jinvestiga d-diffikultajiet li qegħdin isibu dawk il-persuni li jridu japplikaw għal liċenzja internazzjonali għall-ġarr tal-merkanzija?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li skond ir-regolamenti eżistenti (A.L. 146 ta’ l-2003 u A.L. 160 ta’ l-2003) biex impriża tkun tista’ tikkwalifika għal liċenza ta’ operatur fil-ġarr tal-merkanzija jew tal-passiġġieri trid tissodisfa tliet rekwiżi, jiġifieri li tkun ta’ kondotta tajba, li jkollha pożizzjoni finanzjarja xierqa u li jkollha persuna impjegata magħha li jkollha ċertifikat ta’ kompetenza professjonali. Jekk l-impriża tkun persuna naturali allura tista’ tkun dik l-istess persuna li tamministra l-operat tagħha u li tkun fil-pussess taċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali.
Biex persuna takkwista ċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali trid tattendi kors ta’ taħriġ ta’ livell professjonali għal dan l-iskop. Peress li dawn il-korsijiet, li ma tistax tipprovdihom l-Awtorità dwar it-Trasport billi hi l-awtorità regolatorja, għadhom m’humiex isiru, qed isiru diskussjonijiet biex dawn il-korsijiet ikunu jistgħu jsiru minn terzi. Jien infurmat ukoll li d-diskussjonijiet bħalissa qed isiru ma’ l-MCAST.
Tajjeb li jingħad li l-għoti ta’ liċenza internazzjonali, kemm għall-ġarr ta’ merkanzija kif ukoll għall-ġarr ta’ passiġġieri, hu marbut mal-għoti ta’ Liċenza tal-Komunità.
Permezz ta’ din il-liċenza l-operaturi stabbiliti f’Malta mhux biss ikunu jistgħu joperaw bla ebda xkiel bejn Malta u kull Stat Membru ieħor, iżda wkoll bejn kull Stat Membru ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea u anki, għal perjodu limitat, jagħmlu xogħol ta’ kabotaġġ fl-istess Stat Membru tal-Komunità.
Għaldaqstant kulħadd irid jifhem li mhux biss iridu jkunu segwiti r-regoli kollha ta’ l-Unjoni Ewropea u l-liġijiet ta’ l-Istati Membri, iżda wkoll trid tintuża l-istess proċedura użata f’kull Stat Membru ieħor fil-ħruġ u l-użu tal-Liċenza ta’ Operatur u tal-Liċenza tal-Komunità. Ebda operatur ma jista’ jippretendi li jopera f’xi pajjiż ieħor mingħajr ma dak l-operatur ikollu l-iċken idea jew għarfien ta’ x’regoli u leġislazzjonijiet jeżistu, partikolarment dawk li jkopru s-sigurtà fit-toroq, l-użu tat-
tachographs,
u l-liġijiet dwar il-kundizzjonijiet soċjali tax-xufiera u dawk li jakkumpanjawhom, l-aktar importanti fosthom il-ħinijiet tas-sewqan u l-perijodi ta’ mistrieħ.
Jista' l-Ministrtu flimkien ma' l-ADT jara jekk quddiem garaxx bil-marka no parking ikun hemm mhux biss sinjali sofor, iżda wkoll il-kliem "keep clear" biex kulħadd ikun jaf bl-iktar mod ċar u għax hemm sidien ta' garaxxijiet li ma jkunux jistgħu jidħlu u joħorġu mill-garaxx tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li skond il-proviżjoni tal-liġi, garaxx li fih hemm vetturi bil-muturi jrid ikollu "garage in use" miktuba fuqu sabiex ma jsirlux ostaklu ta' aċċess liberu.
It-talba ta' l-Onor Interpellant li jkun hemm kaxxa safra quddiem garaxx mhux rakkomandabbli minħabba li, skond il-
Motor Vehicle Regulations
, kaxxa safra tindika kaxxa normali ta' parkeġġ ezatt bħal kaxxa bajda. Kaxxa li tindika "
Keep Clear"
tintuża għal skopijiet ta' sigurta' u mhux għar-raġuni ndikata f'din il-mistoqsija parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid meta hi mistennija li ssir Triq A. Caligari, Ħaż-Żabbar? Meta hu pproġettat li jinbeda x-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ADT għadu kemm lesta area estensiva ta' bini tat-toroq ġewwa l-area ta' Bieb is-Sultan.
Dawn it-toroq jinkludi Triq Guzeppi Micallef, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Għasel, Triq Bieb is-Sultan u Triq il-Baħrija. Fil-ġranet li ġejjin ser jinbeda x-xogħol fi Triq Alessio Errardi wkoll.
It-toroq ta' Ħaz-Zabbar ser jitkomplew skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika ta' l-ADT dwar tabelli tat-traffiku li qed jimpedixxu li f'ċertu ħinijiet vetturi jgħaddu mil-lokalita' tagħhom? Jaħsibx li din hija esaġerazzjoni l-aktar meta wieħed iqis l-ammont ta' traffiku kif ukoll li m'hu qed isir xejn sabiex b'mod konkret dan it-traffiku jonqos?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li huwa apprezzat jekk l-Onorevoli Interpallant ikun aktar speċifiku rigward it-tabelli u restrizzjonijiet li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari sabiex l-Awtorita' dwar it-Transport tkun f'pożizzjoni li tagħti l-informazzjoni meħtiega.