B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27727, jista' l-Ministru jgħid kemm-il anzjan jew anzjana bbenefikaw mill-iskema meqjusa bħala proġett pilota tal-live in carer fis-sena 2016? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża relatata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ anzjani li applikaw għal dan is-servizz kien ta’ 184. L-ispiża allokata għal dan il-proġett pilota kienet tammonta għal €1,000,000.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-familjari tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ programm tad-droga?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, sar kuntatt mill-Aġenzija Sedqa mal-familjari tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u ġie mfisser lilhom il-proċess neċessarju sabiex wieħed ikun jaf xi jrid jagħmel.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-każ ta’ pensjoni ta’ persuni single, il-free of tax se tibda fl-2018 u mhux fl-2017? Jista’ jgħid ukoll jekk it-taxxa hux se titkompla tinġabar u wara sena jkun hemm refund? Jista’ jgħid ukoll jekk persuni għandhomx dritt għal xi interessi? Kemm hemm persuni single affettwati? U għaliex ġiet targeted din il-kategorija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fil-każijiet ta’ pensjonanti, kemm single kif ukoll miżżewġin ta’ ’l fuq minn 61 sena, minn din is-sena ser jaraw żieda fir-rata tal-pensjoni tagħhom hekk kif sal-2018 mhux ser jibqgħu jiġu ntaxxati fuq l-ekwivalenti tal-ogħla pensjoni tas-sigurta’ soċjali.
Minn din is-sena, il-pensjonanti li jħallsu t-taxxa bir-rati ta’ miżżewġin mhux se jħallsu taxxa fuq l-ewwel €13,000 minn pensjonijiet. Dan ifisser li xi ħadd li għandu pensjoni tas-sigurta’ soċjali biss minn dis-sena mhux se jħallas aktar taxxa fuq il-pensjoni. Waqt li xi ħadd li għandu zewġ pensjonijiet jew aktar, fuq l-ewwel €13,000 mill-pensjonijiet mhux se jħallas aktar taxxa. Barra minn hekk se jiffranka ukoll ħlas ta’ taxxa fuq dħul ieħor ta’ €500 fl-2017 u €1,000 fl-2018.
Minn din is-sena wkoll, il-pensjonanti li jħallsu t-taxxa bir-rati ta’ single (li jistgħu jkunu miżżewġin ukoll) mhux se jħallsu taxxa fuq l-ewwel €10,500 minn pensjonijiet u fuq l-ewwel €13,000 fl-2018. Dan ifisser li xi ħadd li għandu pensjoni tas-sigurta’ soċjali biss, fl-2017 se jħallas anqas taxxa waqt li mill-2018 mhux se jħallas aktar taxxa fuq il-pensjoni. Xi ħadd li għandu żewġ pensjonijiet jew aktar, fuq l-ewwel €10,500 mill-pensjonijiet fl-2017 mhux se jħallas aktar taxxa waqt li fl-2018 mhux se jħallas aktar taxxa fuq l-ewwel €13,000 minn pensjonijiet.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-taxxa li l-pensjonanti mhux se jħallsu, se jkunu qed igawdu minnha immedjatament mill-2017 skont il-parametri msemmija hawn fuq billi se jkunu qed jaqbdu pensjoni netta ogħla minn dik fl-2016.
Hemm total ta’ 8,575 pensjonanti li għal skopijiet ta’ taxxa huma meqjusa bħala miżżewġin u 14,639 persuna bħala pensjonanti, li għal skopijiet ta’ taxxa huma meqjusa bħala single li kienu affetwati minn din il-miżura.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28074, jista' l-Ministru jgħid f'liema siti nbeda x-xogħol kif qed jingħad fir-risposta, sal-aħħar tal-2016? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm, f'kull każ imsemmi f'dik ir-risposta, kien in-numru ta' offerti li ntefgħu, separatament għal kull wieħed mill-proġetti indikati? Min tefa’ t-tender, f'kull każ, u min intgħażel biex jagħmel ix-xogħol li hu mistenni li jsir? Kemm hu mistenni li jintefqu flus fuq dawn l-istess proġetti ndikati fir-risposta msemmija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kif diġà weġibt f’mistoqsija parlamentari 28074, il-proċess tal-evalwazzjoni ta’ dan il-Framework Agreement għalaq fil-25 ta’ Ottubru 2016. Għalih kien hemm 18-il applikant li minnhom 12 kienu eliġibbli skont il-kriterji ppublikati. Ir-riżultat huwa wieħed pubbliku skont ir-regoli tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Il-proġett kollu mistenni li jkun jiswa €50 miljun kif ġie mħabbar diversi drabi.
San Ġwann – applikazzjonijiet pendenti għal lifts f’housing soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet li għadhom pendenti biex jiġu stallati lifts f'housing soċjali f'San Ġwann mill-2013 'l hawn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 ‘l hawn, l-Awtorità tad-Djar irċiviet u qiegħda tipproċessa 4 applikazzjonijiet ġodda li ġew riferuti għall-istallar ta’ lift fil-blokki ta’ Housing Soċjali f’San Ġwann. L-Awtorità tad-Djar qiegħda tipproċessa wkoll 2 applikazzjonijiet oħra ġodda li għadhom fil-fażi inizjali.
L-Imsida – applikazzjonijiet pendenti għal lifts f’housing soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet li għadhom pendenti biex jiġu stallati lifts f'housing soċjali fl-Imsida mill-2013 'l hawn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 ‘l hawn, l-Awtorità tad-Djar ma rċiviet l-ebda applikazzjoni għall-istallar ta’ lift fil-blokki ta’ Housing Soċjali fl-Imsida.
Ta’ Xbiex – applikazzjonijiet pendenti għal lifts f’housing soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet li għadhom pendenti biex jiġu stallati lifts f'housing soċjali f’Ta’ Xbiex mill-2013 'l hawn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mis-sena 2013 ‘l hawn, l-Awtorità tad-Djar irċiviet u qiegħda tipproċessa 2 applikazzjonijiet ġodda li ġew riferuti għall-istallar ta’ lift fil-blokki ta’ Housing Soċjali f’Ta’ Xbiex.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persuni f'position of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 gew maħtura 8 persuni f’position of trust mal-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali. Bħalissa fil-Ministeru fadal 6 persuni f’position of trust. Ħadd minn dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward każ dwar allowances tat-tfal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u ingħatat l-informazzjoni meħtieġa dwar il-problema tagħha fuq l-allowance tat-tfal. Is-Sinjura se tkun qiegħda tirċievi d-differenza fil-ħlas wara li d-Dipartiment irċieva id-dokumenti li ma kellux għad-diżpożizzjoni tiegħu.
Jista’ l-Ministru jara li l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jiġi vverifikat mill-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, it-tiswijiet imsemmija kienu saru sena ilu u ma kien wasal l-ebda lment dwar xi ħsarat li setgħu rriżultaw fil-gallerija tal-appartament sottostanti. Madanakollu, għandha ssir spezzjoni minn uffiċċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar biex jiġi vverifikat dan l-ilment.
Jista’ l-Ministru jgħid individwu li twieled fl-1947 li ħadem u ħallas il-bolla dejjem u kellu paga ta' LM100 fil-ġimgħa u li spiċċa ta' 61 sena, kemm għandu pensjoni llum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ huwa wieħed partikolari, għalhekk nitolbu li jirreferi l-persuna fl-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali tal-lokalità tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid individwu li twieled fl-1952 li ħadem u ħallas il-bolla dejjem u kellu paga ta' LM115 fil-ġimgħa u li spiċċa ta' 62 sena, kemm għandu pensjoni llum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ huwa wieħed partikolari, għalhekk nitolbu li jirreferi l-persuna fl-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali tal-lokalità tiegħu.