Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa – petrol u diesel — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21627 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali kienet ta’ medja ta’ €40 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 30.69 litru fil-ġimgħa.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar leġizlatura l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tal- Ministru tas-Saħħa kienet ta’ €99.48 fil-ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk permezz tax-xogħol li sar fi Triq San Ġiljan, San Ġwann, inżammux l-istess livelli jew inbidlux peress li hemm diversi lmenti minn residenti li wara x-xogħol li sar qiegħed jidħol l-ilma fil-proprjetà tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi l-kuntrattur imqabbad żamm l-istess livell tat-triq bħalma kien hemm oriġinarjament. Il-Korporazzjoni ma rċeviet l-ebda rapport ta’ infiltrazzjoni ta’ ilma ġo xi propjeta’, għaldaqstant qed titlob aktar dettalji ta’ dawn il-propjetajiet ħalli tkun tista’ tinvestiga.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kwalità tat-tarmak fi Triq San Ġiljan, San Ġwann ġietx spezzjonata u tilħaqx il-livelli meħtieġa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li t-testijiet fuq kampjuni mit-tarmac ta’ Triq San Ġiljan ser isiru dalwaqt minn kumpanija indipendenti. Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet jintbagħtu dirett lill-Perit tal-Korporazzjoni skont standards stabbiliti minn Transport Malta.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21659, jista’ l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie maħtur f’din il-kariga? Jista’ jgħid jekk din il-kariga hijiex bħala position of trust? Jekk mhux bħala position of trust, jista’ jgħid meta saret is-sejħa pubblika u f’liema gazzetta tal-gvern (data preċiża) kienet ippublikata? Jista’ jpoġġi kopja tal-ittra tal-ħatra fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kariga fuq bażi ta’ position of trust ingħatat fl-1 ta’ Settembru 2015.
Ċentri tas-Saħħa – vista tal-għajnejn – lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18158 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija biex jagħmlu eżami tal-vista tal-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istennija ghall-appuntament ghal-vista tal-ghajnejn fic-Centri tas-Sahha hija medja ta xahrejn.
Formularju tal-mediċini — lista ta' mediċini li żdiedu
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19030 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ mediċini li żdiedet mall-formularju tal-mediċini mill-2013 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jindika b’mod ċar kull mediċina għal liema kundizzjoni tintuża?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tabella t’hawn taht:
Drug Name
Month of Introduction
Indication According to Formulary Entitlement
Baclofen Intrathecal Vials
January 2013
Reserved for patients with muscle rigidity (spasticity) which may occur as a result of Cerebral Palsy or Multiple Sclerosis or Malignant Diseases or Spinal Cord Pathologies; who cannot tolerate their medications or who get unacceptable adverse effects when taking oral baclofen at clinically effective doses.
Docusate Sodium Tablets 100mg
January 2013
Malignant Diseases - For sub acute intestinal obstruction or when other softening laxatives are contraindicated or not tolerated, for example in opioid induced constipation in combination with a stimulant laxative
Flucloxacillin Injections 1000mg
January 2013
Infections due to beta-lactamase-producing staphylococci including otitis externa; adjunct in pneumonia, impetigo, cellulitis, osteomyelitis and in staphylococcal endocarditis
Daptomycin Injection 500mg
October 2013
·Right-sided infective endocarditis (RIE) due to Staphylococcus aureus when 1st line agents cannot be used or have been ineffective.
·Other evidence based indications following evaluation on a case per case basis by the Antibiotic Team, including antibacterial susceptibility of the organism.
Azithromycin Capsules 250mg
November 2013
·Cystic Fibrosis - Reserved for patients who are suffering from chronic Pseudomonas aeruginosa lung infection
·Primary Immunodeficiency Disorders and Secondary Immunodeficiency Disorders -
Reserved for patients suffering from immunodeficiency in the absence of T-cell dysfunction, or hypogammaglobulinaemia or other immunoglobulin deficiencies.
·Cat Scratch Disease
·Chlamydia trachomatis oculogenital infections
·Prophylaxis for chlamydial infections in survivors of sexual abuse
·Treatment or post-exposure prophylaxis of pertussis in infants <1 month of age
·Second line treatment of Cryptosporidiosis in the immunocompromised
·Chlamydia trachomatis
·Muco-purulent cervicitis
·Mycoplasma genitalium
·Non-Specific Urethritis
·Can be used for other indications following discussion with a member of the Antibiotic Team
Azithromycin Capsules 500mg
November 2013
Azithromycin Suspension 200mg/5mL
November 2013
Ciprofloxacin Suspension 250mg/5mL
November 2013
·Cystic Fibrosis - To be reserved for paediatric patients with Pseudomonal lower respiratory tract infections in cystic fibrosis.
·Adult patients unable to swallow tablet form
·Paediatric patients with:
oComplicated urinary tract infections
oOther infections where the benefit is considered to outweigh the potential risks (after endorsement by antibiotic team consultant)
Fentanyl 25mcg Transdermal Patches
February 2014
To be reserved for the management of chronic intractable pain due to cancer:
·As a second-line alternative, for patients whose pain has initially been controlled by oral morphine or methadone.
·In patients who have difficulty swallowing or have problems with opiate-induced constipation.
·In patients with renal failure
Fentanyl 50mcg Transdermal Patches
February 2014
Natalizumab 20mg/mL Infusion
February 2014
As a single-disease modifying therapy in rapidly evolving severe relapsing-remitting multiple sclerosis (RRMS).
RRMS is defined by two or more disabling relapses in one year, and with one or more gadolinium-enhancing lesions on brain magnetic resonance imaging (MRI) or a significant increase in T2 lesion load compared with a previous MRI.
Atomoxetine 10mg Capsules
March 2014
Chronic Psychiatric Disorders Starting in Childhood - Reserved for patients with ADHD:
·in whom methylphenidate is ineffective at the maximum tolerated dose or
·who are intolerant to low or moderate doses of methylphenidate or
·when stimulant medication is contraindicated
PS. The 10mg and 60mg dose were deleted in January 2015
Atomoxetine 18mg Capsules
March 2014
Atomoxetine 25mg Capsules
March 2014
Atomoxetine 40mg Capsules
March 2014
Atomoxetine 60mg Capsules
March 2014
Fingolimod 0.5mg Capsules
March 2014
Single disease modifying therapy in highly active relapsing remitting multiple sclerosis for the following adult patient groups following treatment with dimethyl fumarate:
·These patients may be defined as those who have failed to respond to a full and adequate course (normally at least six months of treatment) of beta-interferon as well as an adequate therapeutic trial with dimethyl fumarate. Patients should have had at least 1 relapse in the previous year while on therapy, and have at least 9 T2-hyperintense lesions in cranial MRI or at least 1 Gadolinium-enhancing lesion. A “non-responder” could also be defined as a patient with an unchanged or increased relapse rate or ongoing severe relapses, as compared to the previous year.
or
·Patients with rapidly evolving severe relapsing remitting multiple sclerosis defined by 2 or more disabling relapses in one year, and with 1 or more Gadolinium enhancing lesions on brain MRI or a significant increase in T2 lesion load as compared to a previous recent MRI.
Atomoxetine 80mg Capsules
May 2014
Chronic Psychiatric Disorders Starting in Childhood - Reserved for patients with ADHD:
·in whom methylphenidate is ineffective at the maximum tolerated dose or
·who are intolerant to low or moderate doses of methylphenidate or
·when stimulant medication is contraindicated
PS. This dose was deleted in January 2015
Danaparoid 750units/0.6mL Injections
May 2014
Heparin Induced Thrombocytopenia, for patients with platelet count of < 50% after heparin treatment.
Dimethyl Fumarate 120mg Gastro-Resistant Capsules
May 2014
Reserved for the treatment of adult patients with relapsing remitting multiple sclerosis who have failed adequate therapeutic trials with a beta-interferon or teriflunomide for a minimum of 6 months.
Dimethyl Fumarate 240mg Gastro-Resistant Capsules
May 2014
Teriflunomide 14mg Tablets
July 2014
Reserved for the treatment of adult patients with relapsing remitting multiple sclerosis despite treatment with a beta-interferon for a minimum of 6 months.
Argatroban 100mg/mL Concentrate for Solution for Infusion
September 2014
Heparin Induced Thrombocytopenia, for patients with platelet count drop greater than 50% after heparin treatment. To be used as second line treatment to danaparoid or in those patients where danaparoid is contraindicated.
Human Papillomavirus Vaccine
November 2014
Prevention of cervical cancer.
Pancreatin Capsules (Creon 25,000U)
July 2015
For the treatment of pancreatic exocrine insufficiency in patients with Enzyme Disorders or Malignant Diseases or Cystic Fibrosis
Simeticone 40mg/mL Oral Suspension
August 2015
Reduction of gastric bubbles in oesophagogastroduodenoscopy
Tirofiban 250mcg/ml Concentrate for Solution for Infusion
August 2015
To be used for the prevention of early MI in adult patients presenting with acute coronary syndromes without ST elevation (NSTE-ACS) with the last episode of chest pain occurring within 12 hours and with ECG changes and/or elevated cardiac enzymes.
Patients most likely to benefit from tirofiban treatment are those at high risk of developing MI within the first 3-4 days after the onset of acute angina symptoms e.g. patients likely to undergo an early PCI.
Tirofiban is intended for use with aspirin and unfractionated Heparin.
Sulphur Hexafluoride 8 microlitres/mL Injection
September 2015
As an ultrasound contrast agent for:
·characterization of hepatic lesions
·echocardiography
Sunitinib 25mg Capsules
September 2015
Treatment of:
·advanced/metastatic renal cell carcinoma (MRCC)
·unresectable and/or metastatic malignant gastrointestinal stromal tumour (GIST) after failure of imatinib mesilate treatment due to resistance or intolerance.
PS This was a new dose. Sunitinib 12.5mg and 50mg were already available on the GFL
Methylphenidate Hydrochloride 18mg and 36mg Prolonged Release Tablets
October 2015
Chronic Psychiatric Disorders Starting in Childhood - Reserved for patients with ADHD aged 6 years and over:
·When remedial measures alone prove insufficient and where frequent dosing with methylphenidate immediate release (≥ 5mg three times daily) is unsuccessful or not feasible;
OR
·As a second line therapy, in case where the supervising clinician has clear evidence that compliance with midday dosing is problematic.
Capecitabine 150mg and 500mg Tablets
November 2015
Reserved for patients with locally advanced or metastatic colon cancer
Sugammadex 100mg/mL Injections
December 2015
For use where prompt reversal of neuromuscular blockade following the use of vecuronium or rocuronium is required, in patients in emergency situations who cannot be intubated or ventilated
Sofosbuvir 400mg and Ledipasvir 90mg
January 2016
Reserved for
Treatment of patients with Chronic Hepatitis C genotype 1,4,5 and 6 infection affected by any of the following:
·Decompensating cirrhosis secondary to HCV
·Cirrhosis secondary to HCV
·Liver transplant for HCV
·Type 2 or 3 Essential mixed Cryoglobulineamia with end organ manifestations secondary to HCV
·Significant renal disease secondary to HCV
·Rapidly progressive hepatic fibrosis secondary to HCV
·HCV /HIV co infection
Repaglinide 0.5mg, 1mg, and 2mg
January 2016
Reserved for Diabetic Type II patients
with impaired renal function with a eGFR <60ml/min or BMI >40, who are intolerant to or ineffective on a maximum tolerated dose of Metformin (HbA1C >7% at 3 months)
Gliptins
January 2016
Reserved for Diabetic Type ll patients:
with an HbA1C> 7% and < 10% despite treatment with a sulphonylurea or repaglinide will be eligible to treatment with gliptins.
Formularju tal-mediċini — lista ta' mediċini li tneħħew
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19029 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ mediċini li tneħħew mill-formularju tal-mediċini mill-2013 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jindika b’mod ċar kull mediċina għal liema kundizzjoni tintuża?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi ta’ Saħħa Mentali u kemm hemm persuni li qed jibbenefikaw minnu issa li dan is-servizz reġa’ beda jiffunzjona?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dan is-servizz jindirizza persuni li ghandhom diffikulta’ biex jissocjalizzaw jew ghandhom nuqqas ta’ support bhal hbieb jew familjari fil-post fejn jghixu. Bhalissa ghandna 15-il pazjent li qed jigu abbinati ma’ voluntiera li diga’ gew imharrgin.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19269, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ persuni li għamlu suwiċidju matul din is-sena li kienu pazjenti psikjatriċi fl-Isptar Monte Carmeli u kemm mit-total ta’ 13,000 persuna li huma reġistrati bħala outpatient mas-Servizz ta’ Saħħa Mentali għamlu suwiċidju?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jgħixu waħidhom
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19044, jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-total ta’ 13,000 persuna li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali u qed jgħixu fil-komunità waħidhom, għandhom care plan sabiex jiġu segwiti tajjeb mill-professjonisti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull pazjent residenti fl-Isptar Monte Carmeli u kif ukoll li ikunu discharged mill-istess sptar ghall-komunita ikollu care plan iddettaljat.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu ta’ bejn id-9 ta’ Frar 2010 u 8 ta’ Marzu 2013, il-Ministru tas-Saħħa ta’ dak iż-żmien kien jieħu allowance ta’ €7000 fis-sena flok jagħmel użu mit-tieni karozza.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-test tal-gait analysis bediex isir Malta u jekk iva, kemm s’issa bbenfikaw pazjenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz ta' ftehim li intlahaq mal-Universita ta' Malta, minn Marzu ta' din is-sena ser jibda jigi offrut servizz gdid tal-Gait Analysis lill-pazjenti minghajr hlas. Il-ftehim bejn l-Universita ta’ Malta u d-Dipartiment tas-Sahha gie ffinalizzat u t-tghamir specjalizzat necessarju inxtara. Bhalissa qed isir l-instalazzjoni ta’ dan l-apparat flimkien mal-ahhar preparamenti biex jibda jinghata dan is-servizz lill-pazjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jsir l-iscreening tal-għonq tal-ultru? Kemm se jintefqu flus fuq dan l-iscreening?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-iscreening ghall-kancer tal-ghonq tal-utru diga beda f'Ottubru li ghadda. L-ewwel appuntamenti ntbaghtu fis-6 t’Ottubru u sa Dicembru 2015 ntbaghtu 1098 stedina u matul din il-Gimgha ntbaghtu 200 invit iehor.
Kura ta’ tfal barra minn Malta akkumpanjati minn żewġ ġenituri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm ilha li daħlet il-miżura li anke t-tieni ġenitur jakkumpanja lill- uliedu għal kura barra l-pajjiż, kemm kien hemm ġenituri li marru għall-kura ma’ uliedhom? Kemm ġiet tiswa din il-miżura?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-ewwel ta’ Jannar 2014 meta dahlet fis-sehh din il-mizura, sa nofs Dicembru 2015 kien hemm 359 –il familja li bbenefikaw mill-mizura li l-passagg tat-tieni persuna li takkumpanja pazjenti taht it-tmintax il-sena li imorru ghall-kura barra il-pajjiz jigi kopert mil-gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm studenti u tobba ta’ kull sena qegħdin jużaw is-Simulation Centre li hemm fl-Isptar Mater Dei?
Response (MIZZI, KONRAD)
: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn meta gie inawgurat ic-Centru ta’ Simulazzjoni Medika fil-25 t’Ottubru 2014 sallum, kien hemm 3186 episodju ta' taghlim lil tobba u student fic-Centru ta' simulazzjoni gewwa Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun lesta l-binja l-ġdida fl-Isptar Mater Dei, bisiwt l-Emereġenza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li din il-binja biswit id-dipartiment tal-emerġenza tlestiet is-sena li għaddiet. Bit-tlestija ta’ din l-ewwel fażi din il-binja qed takkomoda 68 sodda. Il-Gvern jinsab għaddej bi pjanijiet biex ‘il quddiem din il-binja tkun estiza u tkun tista tesa 299 sodda