Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Intrerpellant li n-nefqa totali kienet ta'(€3479) tlett elef, erba' mija, disa' u sebgħin ewro għall-karrozzi tal-Ministru u (€4651) erbat elef, sitt mija, wieħed u ħamsin ewro għall-karozzi tas-segretarjat privat.
Ġaladarba l-proġett ta’ power station ġdida li bilfors trid tinbena biex jista' jsir Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement, imkien ma jissemma fil-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija, jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda l-proċess biex dan il-pjan jiġi rivedut?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant illi l-amministrazzjoni preċedenti damet żmien twil biex toħroġ bi pjan. Fil-fatt ħarġitu biss qabel l-elezzjoni. Il-Gvern huwa kommess li jkompli bil-pjanijiet tiegħu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 754, jista' l-Ministru jispjega għaliex hemm ħtieġa li titfassal national water policy biex sempliċiment jitqassmu dawn il-water saving kits?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant li n-National Water Policy huwa pjan ħolistiku li jħares lejn l-elementi kollha dwar il-konservazzjoni tal-ilma.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 754, jista' l-Ministru jgħid jekk hux konxju li anqas minn sena ilu kienet diġà ġiet varata national water policy?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy li kienet varata ma tindirizzax biżżejjed il-ħtiġijiet ta' pajjiżna f'dan il-qasam.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-input li ta l-Partit Laburista fil-perijodu ta’ konsultazzjoni pubblika fuq il-water policy li kienet iffinalizzata f’Ġunju tal-2012?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jistaqsi dwar il-Gvern.
Ġaladarba l-Gvern preżenti kkonferma l-iskema għal għotja fuq xiri ta’ sistemi fotovoltajċi għall-familji Maltin u Għawdxin u kkonferma wkoll li din l-iskema se tingħata feed in tariff ta’ 22ċ għal kull unit iġġenerat għall-ewwel sitt snin, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rata tal-feed in tariff tibqax l-istess u tibqax garantita għal sitt snin kemm-il darba l-Gvern preżenti jirnexxilu jwettaq il-wegħda tiegħu li jraħħas id-dawl bi 25%?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rata tal-feed in tariff se tibqa' l-istess għal sitt snin.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Korporazzjoni Enemalta għall-għoti ta' servizz tal-elettriku f'boathouses l-Armier li nbnew qabel l-1992?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni Enemalta tipprovdi s-servizz tal-elettriku f'kull każ skont ir-regolamenti fuq il-provvista tal-Elettriku [L.S.423.01]
Jista' l-Ministru jikkonferma kemm hi d-distanza massima għal provvista tal-elettriku tal-istreet lighting mingħajr ma jkun hemm spejjeż għall-kunsilli lokali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Id-Distanza massima stabbilita mir-regolamenti ghall-Provista tal-Elettriku hija dik ta' 150 metru mill-eqreb sors adekwat.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk preżentament hemmx provvista ta' arbli tad-dawl tal-Korporazzjoni Enemalta u kemm hi din il-provvista f'kull distrett tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nixtieq navza lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qiegħda tiġi miġbura.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kinux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 608, peress li diġà kont irreferejt għall-istqarrija tal-Gvern fejn kienu ngħataw l-ismijiet tal-membri, l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali billi jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-CV ta’ kull membru tal-bord tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi (MRA)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri li d-dettalji tagħhom diġà ngħataw fil-mistoqsija preċedenti għandhom il-kompetenzi sussegwenti:
3 Accountants
Professur tal-Università
Inginier
2 Avukati
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 716 u 428, dwar permessi għat-tqegħid ta' pipeline bejn il-Mellieħa u Binġemma, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub, kif ukoll jindika kif l-istess ilma li se jkun qed jitwassal għand il-bdiewa għal skop agrikolu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ilma ttrattat u ippurifikat fl-impjant ta' purifikazzjoni tad-drenaġġ ġewwa Ċumnija limiti tal-Mellieħa se jiġi ppumpjat għall-ġibjun li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha fuq l-għolja tat-Tomna limiti tal-Mellieħa u minn hemm permezz ta' dan il-pipeline se jinżel by gravity għal Binġemma.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kompetenzi fil-qasam tal-ilma ta' kull persuna li ġiet appuntata fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri ta' dan il-bord għandhom dawn il-kompetenzi:
3 Acoountants
1 IT and University lecturer
2 Inginiera u University Lecturers
1 Political science student
1 Entrapreneur
1 Banker
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratti tal-impjiegi tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħi huma mfassla skont dak li jipprovdu l-linji gwida għall-istaff tas-segretarjati privati, li kopja tagħhom diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Power Station ta' Delimara — tindif tal-fuel oil strainer
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li biex jitnaddaf il-fuel oil strainer il-power station ta' Delimara (phase 3) qed tinqaleb fuq il-magni diesel bil-konsegwenza li l-operational costs biex din il-power station topera qed jiżdiedu sostanzjalment?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi huwa ikkonfermat li b'riżultat ta' ħsara fuq self cleaning fuel oil restrainer, il-manual strainers kellu jsirilhom tindif perjodikament. Biex isir dan il-magni huma temporanjament maqlubin għal gasoil minflok fueloil għal żmien qasir, biex il-fouled strainers jitneħħew u jiġu mibdulin.
Expression of Interest and Capability for Energy Supply to Enemalta Corporation — konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern qabel ħa d-deċiżjoni li jeżenta l-Expression of Interest and Capability for Energy Supply to Enemalta Corporation mill-Public Procurement Regulations, ikkonsultax mal-Kummissjoni Ewropea dwar din id-deċiżjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern jassigura li se jkun qed jimxi skont ir-regoli kollha rilevanti.
Enemalta — Expression of Interest and Capability for Energy Supply - Studju fuq l-impjant
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' meta il-gvern jew il-Korporazzjoni Enemalta se jibdew l-istudju meħtieġa fir-rigward tal-impjant meħtieġ u diskritt fl-Expression of Interest and Capability for Energy Supply to Enemalta Corporation, fl-aspetti ta' sigurtà tal-impjant (safety), il-ħarsien ambjentali u l-aspetti l-oħra relatati, inkluż dawk maritimi? Min se jkun responsabbli ta' dawn l-istudji u meta għandhom jiġu konklużi? Jista' jagħti assigurazzjoni li dawn se jkunu ppublikati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà bdew numru ta' studji inklużi it-topographical survey u l-investigazzjoni geoteknika filwaqt li l-project description statement qed ikun konluż biex jiġi sottomess lill-MEPA. Ladarba l-project description statement jiġi sottomess jibdew l-istudji ambjentali neċessarji. Sadattant se jibdew studji oħra mal-awtoritajiet portwali.
Hemm numru ta' esperti differenti li qed ikunu mqabbla biex imexxu l-istudji neċessarji. L-istudji kollha li se jersqu għall-konsultazzjoni pubblika se jiġu ippubblikati.
Enemalta — Exprssion of Interest and Capability for Energy Supply - proċess, ippjanar u permessi għall-impjant il-ġdid
Question
Jista' l-Ministru jispjega min se jkun responsabbli għall-proċess, ippjanar u permessi tal-faċilitajiet u l-impjanti ġodda li jridu jinbnew f'Delimara biex ikun hemm l-elettriku u l-gass, li qed jiġi kkontemplat li jiġu fornuti tramite l-proċess li nbeda mill-Korporazzjoni Enemalta bl-Expression of Interest and Capability for Energy Supply to Enemalta Corporation? Jista' jgħid jekk dan il-proċess inbediex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm Special Purpose Company apposta li se tkun responsabbli hi flimkien ma' Law Firm li tqabbdet apposta biex tkun accertat li l-proċess jimxi skont ir-regoli, liġijiet u direttivi applikabbli.
Enemalta — Expression of Interest and Capability for Energy Supply - tfassil ta' dokument
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar jekk fit-tfassil tad-dokument li ħarġet il-Korporazzjoni Enemalta bħala Expression of Interest and Capability for Energy Supply to Enemalta Corporation intużawx konsulenti esterni? Jista' jgħid kif dawn ġew ingaġġati u jekk ħarġitx sejħa għall-offerti għalihom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tqabbdu numru ta' konsulenti ghat-tfassil tal-Expression of Interest and Capability for Energy Supply to Enemalta Corporation a bazi tal-expertise tagħhom fis-setturi rilevanti.