Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi sit online fejn wieħed ikun jista’ jikkompara prezzijiet rigward servizzi ta’ komunikazzjoni offruti f’pajjiżna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li s-sit elettroniku www.telecosts.com huwa sit li jservi ta’ gwida u assistenza għall-konsumaturi sabiex jidentifikaw liema huma dawk il-pakketti offruti minn operaturi lokali li huma l-aktar approprjati għall-bżonnijiet individwali tagħhom. Din l-assistenza tkun ibbażata fuq informazzjoni mogħtija mill-konsumaturi lis-sit dwar il-mod individwali li huma normalment jagħmlu użu mis-servizz jew għall-mod individwali li huma bi ħsiebhom jagħmlu użu mis-servizz.
Somma lill-ħaddiema li kienu jaħdmu x-Xatt – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward is-somma tal-ħaddiema li kienu jaħdmu x-Xatt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar, xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji għal massage parlours f'pajjiżna fl-aħħar tliet snin (minn Jannar 2013 sal-aħħar ta' Diċembru 2015) u f'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-liċenzji?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-Leġislazzjoni Sussidjarja 441.07 - Regolamenti dwar il-liċenzi tal-Kummerċ ma tipprovdix għal dan it-tip speċifiku ta’ liċenza. Liċenzi fejn l-attivita’ primarja hi ta’ massage parlour normalment tkun klassifikata taħt it-tip “Attivitajiet ta’ trattament tas-sbuħija” jew taħt it-tip “Attivitajiet ta’ benesseri fiżiku”. Hemm liċenzi fejn l-attivita’ tat-tip “Attivitajiet ta’ trattament tas-sbuħija” jew tat-tip “Attivitajiet ta’ benesseri fiżiku” tkun waħda sekondarja.
Malta Freeport Corporation – taħriġ lill-impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux jingħata xi tip ta’ taħriġ lill-impjegati tal-Malta Freeport Corporation?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li uħud mil-mpjegati attendew għal taħriġ li sar matul is-sena 2015, fosthom il-Basic Oil Terminal refresher security course, train the trainer course u Oiltanking Malta Ltd refresher course.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qegħdin jittieħdu rigward is-sigurtà ġewwa l-Malta Freeport Corporation?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil-Onor Interpellant li permezz tal-Uffiċjali tas-sigurta’ l-kontejners jiġu mmoniterjati waqt li jkunu fuq il-moll tat-Terminal permezz ta’ ronda sabiex ikun ivverifikat illi ma ġewx immanipulati sakemm ikunu fuq stennija għal Transitu minħabba l-kontenut tagħhom. Ġiet introdotta ukoll sistema ġdida li jiġu iċekjati l-ammont ta’ kontejners bis-siġilli ta’ kuljum waqt li jkunu f’posthom sabiex tiżdied is-sorveljanza li jibqgħu ntatti waqt li jkunu prezenti.
Mad-dħul u ħruġ il-kontejners jgħaddu mill-iskenners apposta tar-radjazzjoni sabiex tkun issalvagwardjata s-saħħa pubblika kif ukoll minħabba l-pozizjoni ta’ Malta li nistgħu nkunu ta’ pont għall-Ewropa minn kontejners li ġejjin min barra. Meta jinstabu kontejners b’kontenut riskjuż jew ta’ ċertu kontenut bħal sigaretti ,xorb u armi dawn jitpoġġew f’post apposta jew taħt solverjanza stretta sabiex ikun żgurat li ma jintmissux minħabba n-natura tagħhom.
Minħabba traffikar t’oġġetti llegali bħal armi, drogi u kutrabandu relatat jiġu effetwati ukoll tfittxijiet mal-gates kemm fuq vetturi kif ukoll fuq il-persuni waqt id-dħul u l-ħruġ tagħhom. Barra minn hekk jitwettqu wkoll tfittixijiet intensivi fuq erba’ vetturi kull tmien siegħat sabiex tizdied is-sigurta ġewwa u barra t-Terminal.
Min naħa tas-sigurta qed jiġu mmoniterjati wkoll vapuri li jiġu minn pajjizi li għandhom ċertu rabtiet magħhom ta’ ġlied jew gwerrer ċivili fejn jista’ jwassal għal traffikar t’armi jew splussiv fejn isiru spezzjonijiet u tfittxijiet fuq crew jew ħaddiema waqt id-dħul u l-ħruġ tagħhom.
L-Port mgħammar ukoll b’sistema ta’cameras ta’ sigurta mill-awqa fejn jkun hemm uffiċjali tas-sigurta’ magħhom il-gurnata kollha f’kamra apposta ta’ kontroll armata b’monitors ikkonetjati sabiex jissorvelja l-andament fuq it-Terminal ‘on real time’
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — bordijiet tal-appell
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22128, jista’ l-Ministru jkun daqstant ġentili li jelenka dawk il-Bordijiet ta’ Appell li huma preżenti f’kull dipartiment, bħal Malta Enterprise, Dipartiment tal-Liċenzji eċċ fil-Ministeru tiegħu? Qed nirreferi għal kull Bord li jisma’ ilmenti jew appelli minn xi deċiżjonijiet amministrattivi ta’ kull tip fi ħdanu.
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapiżi Żgħar – spiża ta’ ħatriet fuq bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19746 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hi stmata li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet separatament, għal matul is-sena 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment dirett barrani, adattat għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ Għawdex, qed tippromwovi l-Malta Enterprise minbarra dak tas-settur mediku u tas-saħħa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise qed taħdem biex tippromwovi investiment dirett barrani f’Għawdex f’oqsma adattati għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-gzira Għawdxija, speċifikament fil-krejattivita diġitali u niċċeċ oħra speċjalizzati li huma ‘driven’ mill-informatika, servizzi ta’ tagħlim u ‘training’ għoli, kif ukoll ċertu servizzi u produzzjoni ta' komponenti li għandhom valur għoli imma volum zgħir.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel il-Ministeru tiegħu biex jara li ċ-Child Care Centre li nbena fiż-żona industrijali tax-Xewkija jibda jopera? Meta hu mistenni jibda jopera, minn min ser jitħaddem u kemm hu mistenni li jilqa’ tfal fih?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 6506 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 348, nhar it-Tnejn, 25 ta' Jannar 2016)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew assistiti klijenti mill-Business Care Unit tal-Commerce Department fis-sena 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li Il-Business Care Unit (BCU) fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ, matul is-sena 2015 ipproċessa 10,750 rikjesta. Dawn kienu mqassma f'1,410 b'mod eletroniku permess tal-emejl; 5,678 permess ta' telefonati filwaqt li 3,657 bil-klijenti jiġu personalment biex jinqdew mill-uffiċini tal-BCU,
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet ġodda li rċeviet il-Malta Gaming Authority għal kull settur li tirregola fis-sena 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fis-sena 2015, il-Malta Gaming Authority irċeviet is-sussegwenti applikazzjonijiet ġodda:
· 95 applikazzjoni għall-logħob mid-distanza (i.e. "online gaming"),
· applikazzjoni 1 għal kazino,
· 2 applikazzjonijiet għal kazino abbord cruise ships.
Dawn ma jinkludux applikazzjonijiet għal-non-profit tomobolas u lotteriji oħra li jkunu proċessati f’isem id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet għall-iskema Micro Invest fis-sena 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li in-numru totali tal-applikazzjonijiet sottomessi għall-iskema tal-Micro Invest fil-2015 għal-spejjez ta' 2014 huwa 1344.
Jista’ l-Ministru jagħti iktar informazzjoni rigward l-iskema Start-Up Finance?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li kif imħabbar fid-diskors tal-budget, l-skema ħa tipprovdi assistenza finanzjarja li tista tlahhaq sa €200,000, pari passu mal-ekwità privata (private equity). Fil-każ ta’ impriża innovattiva li qed tiżviluppa prodotti, proċessi jew servizzi ġodda u li huma ta’ livell ogħla minn dak li qed jiġi offrut mill-industrija, l-assistenza tista tlaħħaq sa nofs miljun ewro u tingħata għax-xiri ta’ apparat. Tista’ tingħata wkoll assistenza lill-kumpaniji li jipprovaw jiġġeneraw fondi permezz ta’ ‘Crowdfunding’.
Segretarjat Parlamentari għall-kompetitività u Tkabbir Ekonomiku – għoti ta’ kuntratti lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill -entitajiet u d-dipartimenti kollha tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Jista’ l-Ministru jagħti iktar informazzjoni dwar l-iskema StartAPP v2.0?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-iskema StartAPP v2 ġiet mnedija perezz ta sejħa f Diċembru 2015. Is-sejħa għada miftuħa u se tagħlaq fi Frar 2016.
L-iskema hija miftuħa għal żewg start-ups, li ħa jingħataw fondi b’valur ta €22,000 kull wieħed, li minnhom €15,000 huma cash grant.
Permezz ta' din is-sejħa qed tingħata l-opportunità lil kull start-up sabiex jirriċerkaw, jiżviluppaw u joħolqu proprjetà intellettwali tagħhom stess, filwaqt li jsolvu problema partikolari jew ħtieġa fl-amministrazzjoni pubblika jew fis-soċjetà ċivili.
Kull min japplika għall din is-sejħa irid
juża geo-spatial
data
kif ukoll
earth observation data
li hija pubblikament disponibbli mill-proġett tal-Kummissjoni Ewropea Kopernikus, biex b’hekk ikunu jistgħaw joħolqu u jesperimentaw applikazzjonijiet ġodda li jkunu jistaw jintuzaw fis-suq.
Kull start up ħa tingħata iċ-ċans turi u tipreżenta l-idejat tagħha ta’ kif problema magħżula mil-istart up stess tista tiġi solvuta. Din il-proposta għandha tiġi validata b’numri ta riċerki li juru li din l-ideja hija soluzzjoni viabli u li din is-solluzzjoni se tiġi użata mil-pubbliku u s-soċjeta.
Il-MITA Innovation Hub se tkun qed tgħin l-istart-ups magħzula b’numru ta’ servizzi, fosthom kuntatti ma organiżżazjonijiet li jirraprezentaw lil
European Space Agency
, kif ukoll se tkun qed toffri kompetenza diġitali flimkien ma’ nies b’esperjenza, li se jkunu qed jgħinu lill-istart-ups waqt il-proċess tagħhom.