Legislature:
Category:
Reset
Active:

Valletta — Triq il-Lvant

Question

Jista' l-Ministru jgħid jinstgħux jinżabru s-siġar fi Triq il-Lvant Valletta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li s-siġar taż-żebbuġ fi Triq il-Lvant, Valletta, m'għandhomx bżonn taż-żabra, iżda żabra korrettiva ssir skond il-bżonn, f'każ li jkunu ta' nkonvenjent għall-pubbliku. Saret żabra tas-siġar tal-Ficus fit-triq imsemmija, ħdejn id-daħla tal-ġnien tal-Barrakka ta' Isfel.
Leg 9 PQ #32397 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ilma għat-Tisqija

Question

Jista' l-Ministru jara il-għala hemm dewmien ta' ġimgħat biex bdiewa jingħataw l-ilma għat-tisqija 1) ġewwa Ħaż-Żabbar 2) viċi tas-Silġ, Marsaxlokk peress li l-prodott tar-raba bħalissa ikun jeħtieġ dan l-ilma ieħor min kull żmien ieħor?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kif diġa ngħad fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32151, l-ilma għat-tisqija mill-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ ta' Sant'Antnin, kien wieqaf minħabba ħsara estensiva fir-rising main tad-drenaġġ li jissupplixxi lil dan l-impjant biex jiġi msaffi. Din il-ħsara fil-main ġiet irranġata fid-9 ta' Marzu, 2002. L-impjant irid madwar ħmistax-il ġurnata biex jerġa' jrabbi l-bacteria li jippurifikaw l-ilma u b'hekk jilħaq il-volum normali ta' ilma li soltu jissupplixxi lill-bdiewa.
Leg 9 PQ #32443 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

San Anton — Ġonna

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'hemm maħsub sabiex il-ġonna fil-palazz ta' San Anton li huma aċċessibbli għall-pubbliku jissebħu? F'hiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar s'issa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-ġonna ta' San Anton hemm il-ħsieb li jsir kumpless li jinkorpora post biex jilgħabu t-tfal, u gaġeġ ġodda u moderni għall-għasafar tal-gaġġa (cage birds). Jien infurmat li xogħlijiet li saru s'issa kienu jinkludu: 1. Faċilitajiet sanitarji ġodda. 2. Restawr tal-funtana ta' l-Ajkla mit-Taqsima tar-Restawr 3. Aċċess għal nies bi ħtiġijiet speċjali. 4. Bdil ta' ġebel mill-ħitan li tmermru. 5. Kannizzati fil-passaġġ tan-nofs tal-ġnien. 6. Tqegħid ta' ħadid madwar il-vaska prinċipali. 7. Taħwil ta' siġar taċ-ċitru u siġar ornamentali. 8. Organizzazzjoni ta' uffiċini. 9. Irranġar tas-saqaf tas-serra l-kbira.
Leg 9 PQ #31034 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pjanti — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lill-kumpaniji privati lill-Ministeru u jew id-Dipartimenti, kumpaniji eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-servizz taż-żamma tal-pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet? Kemm għat-tindif?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali għal dak li għandu x'jaqsam ma dipartimenti tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena u, għar-rigward ta' Korporazzjonijiet u Awtoritajiet, fir-rapporti annwali partikulari tagħhom.
Leg 9 PQ #30972 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture

Question

Kif jispejga l-fatt il-Prim Ministru li r-rapport ta' l-ispecial market policy programme for Maltese Agriculture li kellu jintbagħat f'Settembru li għadda mar-rapport tal-horizon ta' l-issues, common market organisations and rural development baqa' ma ntbagħatx Brussell? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport ta' l-special market policy programme for Maltese Agriculture u jgħid min ikkummissjona dan ir-rapport u kemm sewa flus?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-SMPPMA li għalih qed jirriferi l-Onor. Interpellant għadu qed ikun irfinat permezz ta' diskussjonijiet ma' dawk kollha konċernati. Dan ir-rapport kien kummissjonat mill-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd flimkien mad-Direttorat għall-Unjoni Ewropea. Ir-rapport sewa $65,000.
Leg 9 PQ #30973 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

HICMROD

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li dokument tal-veterinary and phytosanitary li kien approvat fil-MEUSAC bil-kundizzjoni li jkun approvat wkoll il-horizontal Issues, Common Market Organisations and Rural Development (HICMROD) intabagħat lill-UE meta fil-laqgħat tal-MEUSAC ma' ġiex approvat (l- HICMROD) Għaliex ladarba l-bdiewa u r-raħħala u s-settur ta' l-Agro-Industrija ma qablux u m'approvawx id-dokumenti; li ma kienx hemm aktar diskussjoni qabel saret din il-preżentazzjoni lill-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #30912 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' konsulenti li għandu l-Ministeru u D-Dipartimenti tas-Sajd, Biedja u Akwakultura għall-matul din is-sena? X'qasam jirrapreżentaw u xi rwol ta' konsulenza għandhom f'kull dipartiment separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-preżent il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd kif ukoll id-Dipartimenti li jaqgħu taħtu għandhom tmien konsulenti. Tnejn minn dawn għad irid jiġġeddilhom il-kuntratt. Konsulenza tingħata fil-qasam tal-biedja, apikultura, sajd u akwakultura.
Leg 9 PQ #30920 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il-bejjiegħa tal-ħaxix matul t-2002 u t-2008? Kemm jiswa f'ċifra ta' flus? Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 30522, liema mistoqsija ġiet imwieġba fis-seduta numru 675 fid-19 ta' Diċembru 2001, daqs xahar ilu!
Leg 9 PQ #30921 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Progress Report

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li f'paġna 43 tal-progress report dwar Malta l-UE iddikjarat li l-Gvern Malti fejn jidħol l-iżvilupp rurali la għandu strateġija u lanqas kapaċita amministrattiva, jista' l-Ministru jikkunsidra li jwaqqaf Kumitat Nazzjonali għar-rijabilitazzjoni tal-kampanja?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta għandha strateġija dikjarata, trasparenti, ċara u dettaljata dwar l-iżvilupp rurali permezz tal-Pjan ta' Struttura li jindika żoni għal żvilupp rurali fejn hemm gwidi stretti.
Leg 9 PQ #30923 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 30571 u l-progress li sar dwar il-ħsarat rapurtati fi Flat 5 blk 2, Għeriexem HE, Rabat

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-mistoqsija tirriferi għall-ħsarat fi Flat 5 Blk 2, Għeriexem H.E., Rabat. Din ma għandha x'taqsam xejn mas-settur tal-Biedja. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #30873 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prezz Medju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju ta' kilo tadam, pastard, kaboċċi, basal, ġdur, karrotti u patata fil-pitkalija għax-xaħar ta' Novembru u Diċembru 2001 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-prezz medju għall-prodotti mitluba mill-Onor Interpellant hu kif jidher hawn taħt: Novembru 2001 Decembru 2001 Tadam 15c25 27c64 Pastard 20c8 13c06 Kaboċċi 20c9 22c53 Basal 31c11 34c1 Karrotti 34c08 43c83 Patata 18c49 20c53 Ġdur 13c29 14c74
Leg 9 PQ #30909 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' konsulenti li kellu l-Ministeru u d-Dipartimenti tas-Sajd, Biedja u Akwakultura matul is-sena li għaddiet u s-snin 2000 u 1999? Kemm kienet l-ispiża totali għall-dawn il-konsulenti s-sena li għaddiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fis-sena 2001 b’kollox kien hemm hdax-il-konsulent fil-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu. Min dawn kien hemm numru li ħadmu biss għal parti mis-sena waqt li oħrajn fuq bażi part-time. Fl-1999 kien hemm tliet konsulenti u fl-2000 kien hemm sitta. L-ammont li tħallas lill-konsulenti f’salarji u benefiċċji fis-sena 2001 kien ta' Lm40,927.50.
Leg 9 PQ #32151 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Provista ta' Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-oqsma tar-raba f'Buleben iż-Żgħir bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun iolhom nersin mill-provista ta' ilma għat-tisqija għal madwar ġimgħatejn? Jaffrezzax li l-uċuħ tal-patata u uċuħ oħrajn f'dawn l-oqsma, se jbatu ħafna speċjalment minħabba li kien hawn nuqqas kbir ta' xita?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ilma għat-tisqija mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ ta' San Antnin, kien jinstab wieqaf minħabba ħsara fil-main tad-drenaġġ li jissupplixxi lil dan l-impjant ħalli jiġi msaffi. Il-ħsara ssewwiet u l-impjant reġa' beda jissupplixxi l-ilma.
Leg 9 PQ #32163 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tqaċċit ta' Siġra

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema fid-dipartiment kienux responsabbli għat-tqaċċit li sar dan l-aħħar fis-siġra tat-tut li hemm f'Mesquita Square, Mdina? Jekk fin-negattiv, ingħata xi permess mid-dipartiment għal dan it-tqaċċit li sar ta' din is-siġra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ż-żabra fuq is-siġar tat-tut li hemm fi Pjazza Mesquita l-Imdina saret minn ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura b'talba tal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina. Jien infurmat ukoll li din iż-żabra saret tajjeb skond kif titlob is-sengħa taż-żbir.
Leg 9 PQ #32226 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Buskett — Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu rranġati ċ-ċnut tas-sejjieħ tal-Buskett, peress li hemm minnhom li għandhom bżonn ta' tiswija u qed ikunu perikolużi għat-tfal u jistgħu jagħtu lok għal abbuż għall min irid jitħol fil-ġonna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Tfassal rapport dwar xogħlijiet ta' manutenzjoni li huma meħtieġa li jsiru fil-Buskett, inkluż il-bini ta' ħitan tas-sejjieħ li twaqqgħu bix-xita u r-resurfacing tal-passaġġi. Xi xogħlijiet se jinbdew fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #32237 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trawlers ta' Sidien Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex trawlers ta' sidien Maltin m'għandhomx jitħallew isorġu mal-mollijiet fil-Kottonera (Isla/Birgu/Bormla)? Jista' l-Ministru jgħid fejn dawn it-trawlers huma mistennija jsorġu? Hemm pjanijiet li jiġu pprovduti jew mibnija xi faċilitajiet fejn dawn se jiġu mitluba jsorġu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-irmiggjar tad-dgħajjes kollha, l-użu tal-mollijiet u l-maniġġar tal-portijiet huwa r-responsabbilta ta' l-Awtorita' Marittima Maltija. Hemm ħsieb li jiżdiedu postijiet għall-irmiġġar ta' bastimenti tas-sajd ta' ċertu daqs.
Leg 9 PQ #32242 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Buskett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir resurfacing tal-passaġġi tal-Buskett fuq ġewwa, peress li għalkemm dan il-post qiegħed biex il-familji joħorġu jimxu fih, impossibbli għal ċerti persuni biex imiddu saqajhom fuq l-istat ta' l-art?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 32226.
Leg 9 PQ #30872 Sitting 710 2002-03-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied Inċita — Nursery

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-arranġamenti li saru bejn il-Gvern u l-kumpaniji privati dwar il-nursery ta' Wied Inċita? Jista' jinfurmani bis-sitwazzjoni u l-pożizzjoni tal-ħaddiema ta' Wied Inċita? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposti tal-Ministeru u jgħid meta ġew ippublikati u ċirkolati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma saru ebda arranġamenti bejn il-Gvern u kumpaniji privati dwar in-nursery ta' Wied Incita. Il-Public Private Partnerships Unit tal-Management and Personnel Office tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ppublikat sejħa sabiex kull min hu interessat li jidħol bi sħab mal-Gvern fit-tmexxija tax-xogħol tal-fergħat tal-Urban and Rural Landscaping Unit tad-Diviżjoni ta' l-Agrikoltura jagħmel il-proposti tiegħu. Il-proposti sejrin jiġu analizzati u aktar informazzjoni tingħata hekk kif u jekk tiġi finalizzata xi ħaġa.
Leg 9 PQ #30859 Sitting 709 2002-03-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-laring, tuffiegħ, għeneb tal-mejda, kiwi u banana li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #30863 Sitting 709 2002-03-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-dulliegħ u bettieħ li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.