Peress li l-ground tal-Luxol qed joħloq inkonvenjent ta' ħsejjes għar-residenti ġirien tiegħu f'Pembroke jistgħu jiġu rikkmandati li jittieħdu passi li jnaqqsu jew itaffu dawn il-ħsejjes?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Fis-sena 2003 kemm kien hawn persuni liċenzjati jrabbu t-tiġieġ fl-irziezet u kemm kienu jrabbu? Illum kemm hemm li qegħdin irabbu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
F’Lulju 2004 l-irziezet liċenzjati kellhom kapaċità li jrabbu 512,638 tiġieġa tal-bajd u 1,356,722 tiġieġa tas-simna.
F’Marzu 2007 l-irziezet liċenzjati għandhom kapaċità li jrabbu 532,314-il tiġieġa tal-bajd u 1,005,559 tiġieġ tas-simna.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar?
Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar?
Jista' jgħid jekk l-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24554 u jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju li kien ikkummissjona huwa stess bl-isem ta' Assessment of the Macro Economic Impact of the Rationalisation of Scheme Boundaries minn KPMG?
Jista' l-Ministru jara li fil-pjan li hemm maħsub għall-park flok l-għolja tal-Magħtab, jintlaqa' s-suġġeriment tad-dilettanti taż-żwiemel u ssir bridle path fil-proġett biex jitgawda minnhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li din il-proposta diġà qed tkun ikkunsidrata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24631 u jgħid matul is-sena 2006 liema proġetti f'Malta u Għawdex saru b'fondi (in parti jew totali) ta' l-Urban Improvement Fund tal-MEPA? Liema proġetti se jiġu ffinanzjati minn dan il-fond matul is-sena 2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet flus Malta matul l-2006 mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp fuq proġetti sabiex tiġi riabilitata s-sistema tal-gżejjer tagħna għal Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun ċar fid-domanda tiegħu u jispjega x’informazzjoni qiegħed jistenna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet flus Malta matul l-2005 mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp fuq proġetti sabiex tiġi riabilitata s-sistema tal-gżejjer tagħna għal Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24314.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23358 u jgħid: matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-ikliet/hospitalityfil-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali għal ikliet/hospitality mill-ministeru u d-dipartimenti tiegħu kienet ta’ Lm 5,714.53 filwaqt li WasteServ (Malta) Ltd nefqet Lm425.16. L-ammont minfuq mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan l-iskop huwa pubbliku u inkluż fir-rapport annwali tagħha.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex wara s-sottomissjonijiet ta' l-enti kkonsultati mill-MEPA permezz ta' ittra datata 19 ta' Frar 2007 fir-rigward ta' applikazzjoni PA5484/03 li tirrigwarda l-parking tal-kattidral (imwiegħed mill-Prim Ministru preżenti permezz ta' ittra datata l-1 ta' Settembru 1998), it-terms of reference ġew riveduti u kuntrarju għal dak li s-soltu jsir se jerġgħu jittellgħu għall-attenzjoni tal-kumitat eżekuttiv fi ħdan il-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija l-proċedura standard li t-termini ta’ referenza għall-Istudju ta' l-Impatt Ambjentali (EIA) jiġu ffinalizzati wara l-proċess ta' konsultazzjoni kif titlob il-liġi.
Fil-laqgħa tat-23 ta' Novembru 2006, il-Bord ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kien ta struzzjonijiet li t-termini ta’ referenza għal dan il-proġett għandhom jiġu approvati mill-Kumitat Esekuttiv qabel ma dawn jiġu kkommunikati lill-perit. Kien għalhekk li f'dan il-każ se tiġi adottata din il-proċedura.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24612 u jgħid kemm-il darba, minn mindu Malta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea, il-gvern Malti talab deroga fir-rigward tal-kaċċa u insib fir-rebbiegħa u jekk intalbet deroga, f'liema snin intalbet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Malta, bħala Stat Membru għandha d-dritt li tapplika d-deroga mogħtija taħt l-Artiklu 9 tad-Direttiva ta' l-Għasafar u m'hemmx għaliex issir talba minn qabel għal din id-deroga. Dan kif joħroġ mil-linji ta’ gwida “Guidance document on hunting under Council Directive 79/409/EEC on the Conservation of Wild Birds” f’paragrafu 3.1.1. fejn jintqal li “Member States do not need to consult the Commission before applying derogations but are obliged to report all derogations to the European Commission in annual derogation reports.”
Minn meta saret membru ta' l-Unjoni Ewropea Malta applikat erba' derogi għall-kaċċa u l-insib fir-rebbiegħa. Dawn ġew applikati darba kull rebbiegħa bejn l-2004 u l-2007.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 24619 u jikkonferma jekk hux minnu dak li qal il-kummissarju għall-ambjent ta' l-Unjoni Ewropea Stavros Dimas li mhux veru li tul in-negozjati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea l-gvern Malti nnegozja xi deroga għall-kaċċa u l-insib fir-rebbiegħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Id-deroga taħt id-Direttiva ta’ l-Għasafar tista’ tiġi applikata minn kull Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea skond parametri stabbiliti mill-istess Direttiva. Fil-każ ta’ Malta il-po¿izzjoni tal-Gvern Malti fin-negozjati kienet imfissra permezz ta’ dak li hemm iswed fuq l-abjad fid-dokument tal-Pożizzjoni Komuni ma’ l-Unjoni Ewropea. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta’ l-ittra mibgħuta nhar it-23 ta’ Marzu 2007 lill-President tal-Kummissjoni mill-Onorevoli Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Nikkwota Paragrafu 3.1.1 tal-Linji Gwida:
“Derogations are ‘exceptions’ which allow for some flexibility in the application of a law. A limited number of activities normally prohibited under the Birds Directive (Articles 5-8) are permissible by way of such derogations, where particular problems or situations exist or may arise. The possibilities for use of these derogations are constrained. They must be justified in relation to the overall objectives of the Directive and comply with the specific conditions for derogations described in Article 9. Member States do not need to consult the Commission before applying derogations but are obliged to report all derogations to the European Commission in annual derogation reports.”
Dwar l-insib fuq is-seba’ speċi ta’ l-għana, il-Gvern Malti nnegozja perjodu ta’ deroga kif joħroġ mit-Trattat ta’ Adeżjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24614 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar il-kaċċa u l-insib li kien għamel ma' l-Unjoni Ewropea fit-trattat tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument li huwa qiegħed jitlob diġà huwa pubbliku bħad-dokumenti l-oħrajn kollha relatati man-negozjati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24617 u jgħid x'inhi r-raġuni li twaqqaf l-insib għall-għasafar ta' l-għana (finches) fir-rebbiegħa meta l-gvern Malti ilu ħafna jgħid u anke ntbagħat materjal governattiv lin-nassaba Maltin, li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien assigurahom li t-tradizzjoni ta' l-insib fir-rebbiegħa kienet se tibqa'?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-interpretazzjoni min-naħa Maltija tal-ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea rigward l-insib fuq is-seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana minn dejjem kienet li l-insib f’Marzu kellu x’jaqsam ma’ l-insib ta’ għasafar li jqattgħu x-xitwa fil-Mediterran. Il-kwistjoni dwar l-insib fir-rebbiegħa fuq għasafar ta' l-għana qamet wara żjara li kienet għamlet f'Malta delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Wara dik iż-żjara kien spjegat li Malta kienet qed tinterpreta ħażin il-proviżżjonijiet tat-Trattat t'Adeżjoni dwar l-insib għall-għasafar tal-għana li jgħid “Il-miżuri li jittieħdu matul il-miżura transitorja għandhom jaqblu fl-intier tagħhom mal-prinċipji li jirregolaw iż-żminijiet tal-kaċċa ta’ l-ispeċi ta’ għasafar tal-passa kif imniżżel fid-Direttiva 79/409/KEE.”
Fid-dawl ta' dan kollu u fin-nuqqas ta' ġustifikazzjoni legali biex jaġixxi mod ieħor, il-Kumitat Ornis ma kellu ebda triq ħlief li jirrakkomanda li l-istaġun ma jiftaħx, liema rakkomandazzjoni ġiet aċċettata mill-Gvern.
Irrid ngħid ukoll li l-Kumitat Ornis irrakkomanda wkoll li għandhom jintlaħqu l-miri stabbiliti fit-Trattat ta’ Adeżjoni, anke bis-sehem tan-nassaba. Fid-dawl ta' dan, intenni l-impenn tal-Gvern li jonora l-obbligi li jirriżultaw mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea u fl-istess waqt jiddefendi dak li kien innegozjat.
Kummissjoni Ewropea — Infringements relatati mal-kaċċa
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra uffiċjali li ntbagħtet mill-Kummissjoni Ewropea lill-Gvern Malti dwar l-infringements relatati mal-kaċċa fir-Rebbiegħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-istqarrija pubblika li għamlet il-Kummissjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-Breeding Programme marbut mas-seba' speċi ta' għasafar ta' l-għana kif suppost li ntrabat li jagħmel il-Gvern Malti bħala parti mill-ftehim tat-trattat ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-breeding programme li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għalih qed ikun attwat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23772 fejn intqal li l-ħaddiema tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kienu qed jevalwaw ix-xogħlijiet li hemm bżonn fil-Magħluq (Marsaskala), jista' l-Ministru ġentilment jgħid fejn waslet din l-evalwazzjoniu u meta se jsir ix-xogħol ta' manutenzjoni biex jirranġaw is-sistema ta' l-ilma, eċċ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li peress li s-sit tal-Magħluq huwa sit ta’ importanza ekoloġika, din l-evalwazzjoni trid issir fid-dawl ta’ l-istħarriġ li hemm bżonn isir għall-proposta ta’ family park li kienet sottomessa mill-WasteServ Malta Ltd għas-sit fejn il-lum hemm miżbla qadima, jiġifieri bejn l-impjant ta’ Sant’ Antnin u r-Razzett tal-Ħbiberija. L-iżvilupp li sar f’din iż-żona fil-passat seta’ impatta l-Magħluq u għalhekk hemm bżonn ta’ pjan ħolistiku dwar dan. It-tender għal dan l-istudju hija ppubblikata.
Matul l-2000, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet il-kwantita' tal-produzzjoni ta' l-ilma riċiklat għall-biedja lokali mill-impjanti li hawn f'pajjiżna għal dan ir-rigward?
Kemm minn dan l-ilma tqassam lill-bdiewa u f'liema perijodu u x'livelli ta' salinita' eċċ. kienu stabbiliti fil-kwalita' ta' l-ilma?
Kemm kien in-numru ta' bdiewa li għamlu użu minn dan l-ilma?
Kemm kien in-numru ta' bdiewa li ilmentaw fuq il-kwalita' ta' l-ilma f'kull perijodu separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24282.
Jista' l-Ministru jinformani jekk għandux pjan ta' kontinġenza f'każ li nixfa fis-settur ral-biedja teskala minħabba l-bidla li qed iġġib magħha l-klima?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-esiġenzi dwar il-pjanijiet minħabba l-bdil li qed iġġib magħha l-klima għadhom qed ikunu mfassla mill-Unjoni Ewropea. Hekk kif ikun determinat x’miżuri jkun hemm bżonn, jittieħdu l-passi neċessarji, kif fil-fatt qiegħed isir kemm dwar programmi mill-Unjoni Ewropea li jħaddnu miżuri b'elementi ta' titjib ta’ l-ambjent kif ukoll skond l-obbligi ta' protokol li l-pajjiż ikollu.
Barra minhekk, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern fassal proġett sabiex, b’ko-finanzjament mill-Fondi Strutturali, filwaqt li tiġi ndirizzata l-problema ta’ l-għargħar taż-żona Birkirkara, Msida, Ħal Lija u l-akkwati, kemm jista’ jkun jiġi miġbur u maħżun l-ilma tax-xita bil-għan li dan ikun jista’ jintuża għal skopijiet agrikoli.
Jsita' l-Ministru jgħid meta se jitkompla l-iżvilupp ta' Ġnien Howard u cioe' il-parti li tinsab quddiem l-uffiċċju tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.