Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ambaxxaturi — Laqgħat Kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-laqgħat kummerċjali ma’ negozji jew investituri li saru minn kull Ambaxxatur jew High Commissioner li għandha Malta f’pajjiż ieħor? Jista’ jgħid x’kienu r-riżultati ta’ kull laqgħa u jekk b’riżultat tal-laqgħa ġiex investiment ġdid lejn pajjiżna?

Response (VELLA, GEORGE)

L-Onor. Interpellant tifhem li laqgħat ta' natura kummerċjali, huma fihom infushom laqgħat ta' natura kunfidenzjali. L-Ambaxxaturi ta' Malta f'pajjiżi barranin ikollhom ħafna minn dawn il-laqgħat, li mhux bilfors kollha jwasslu għall-investiment jew żviluppi kummerċjali ma' pajjiżna. Dawk il-laqgħat li juru li hemm potenzjal ta' nvestiment jiġu mgħoddija lil-Malta Enterprise.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Segretarjat Privat – Customer Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat Privat li huma inkarigati mill-Customer Care?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjati Privati kollha huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – xiri ta’ servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, jekk inxtarax xi servizz ieħor, apparti biljetti tal-ajru mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, matul din il-Leġiżlatura, jiġifieri bejn l-10 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi, kemm-il darba nxtraw u kemm swew?

Response (VELLA, GEORGE)

Ir-risposta hija "le".

Dar Malta fi Brussell — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' impjegati f'Dar Malta fi Brussell, kemm dawk Maltin kif ukoll dawk barranin? Jista' jgħid x'inhu r-rwol ta' kull impjegat u x'inhuma t-termini ta' impjieg ta' kull wieħed/waħda minnhom?

Response (VELLA, GEORGE)

Mill-impjegati li hemm f'Dar Malta fi Brussell, l-unika mpjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huma dawk ta' l-Ambaxxata Maltija fi Brussell. Dawn huma mqassmin hekk: Ambaxxatur - full time fuq kuntratt definit Malta Based Officer - uffiċjali full time bi grad sostantiv ta' First Secretary Locally Engaged Personnel Xufier - full time fuq kuntratt definit Segretarja - full time fuq kuntratt definit

Maltin fil-komunità Eġizzjana fl-1956

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex tinstab soluzzjoni għall-problema li għandhom Maltin li kienu fil-komunità Maltija fl-Eġittu, u li tkeċċew minn hemm b'għaġġla fl-1956 u li marru joqogħdu f'pajjiżi oħra, imma li m'għandhomx dokumenti li juru b'mod uffiċjali fejn twieldu u dettalji oħra mitluba bil-liġi biex jikkwalifikaw għaċ-ċittadinanza Maltija? Jaħseb il-Ministru li dawn il-każijiet għandhom jiġu eżaminati wieħed wieħed minn bord imwaqqaf apposta li jgħarbel l-informazzjoni, u jekk ikun hemm bżonn jisma' u jistaqsi lill-applikant direttament biex fl-aħħar jieħu deċiżjoni jagħtix id-dritt taċ-ċittadinanza lil dawn l-applikanti?

Response (VELLA, GEORGE)

Nitlob l-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Customer Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li għamlu kuntatt mal-Customer Care tal-Ministeru minn April 2013 u jagħti breakdown tat-talbiet li saru?

Response (VELLA, GEORGE)

L-Onor. Interpellant tifhem li l-Customer Care tal-Ministeru jifforma parti mis-Segretarjat tal-Ministru, u allura ma nħossx li huwa ta' nteress pubbliku li nisvela kemm jagħmlu kuntatt mal-uffiċjali tiegħu, u dwar xhiex ikunu kellmuhom, li mhux dejjem ikun dwar talbiet.
Leg 12 PQ #12474 Sitting 203 2014-11-24 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — spejjeż ta' assigurazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż tal-assigurazzjoni fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu, sew jekk huma dipartimenti, aenziji, kumpaniji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet għas-sena 2013 u 2014 (sad-data tal-mistoqsija) u jagħti d-dettalji tal-ammonti imħallsa/invoiced u l-aġenziji/brokers tal-assigurazzjoni li mingħandhom qed jittieħed is-servizz?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Amabxxatur Malti ghaċ-Ċina – karozza uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina ingħatax karozza uffiċjali? Jekk iva, x’tip ta’ karozza hi u jekk inxtratx jew ġietx mikrija/leased? Jekk inhi mikrija/leased, jista’ jgħid kemm hi l-kera? Jekk inhi mixtrija, jista’ jgħid kemm inxtrat u meta? Jista’ l-Ministru jgħid għandux fuel allowance, u jekk iva, kemm hu?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina għandu karozza uffiċjali tat-tip Mercedes Benz E300. Din il-karozza nxtrat fl-2009 għall-prezz ta' €35,713.76. Kif tista' tinnota l-Onorevoli Interpellant, din il-karozza hija tal-Ambaxxaturi Maltin għaċ-Ċina ta' qablu li wkoll kienu jingħataw karozza uffiċċjali. L-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina m'għandux fuel allowance.

Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina – hospitality allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina għandux hospitality allowance, u jekk iva, kemm hi?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina m'għandux hospitality allowance.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – mobile phones mħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (VELLA, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #12020 Sitting 201 2014-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xiri ta' biljetti tal-ajru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, b’mod separat, liema kienu l-aġenziji tal-ivvjaġġar li mingħadhom inxtraw il-biljetti tal-ajru tal-Ministeru, id-Dipartimenti, l-entitajiet, l-aġenziji, il-koporazzjonijiet, l-awtoritajiet, il-kummissjonijiet, il-kumpaniji, u l-fondazzjonijiet li jaqgħu taħtu u kemm kien il-ħlas f’kull każ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għas-snin bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm tħallset kull aġenzija b’mod totali fis-snin indikati? Jista’ jgħid f’kull każ jekk il-ħlas sarx b’direct order jew le?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina – allowance jew reimbursement għal kura dentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina igawdix allowance jew reimbursement fir-rigward ta’ kura dentali, u jekk iva, kemm hi?

Response (VELLA, GEORGE)

L-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina igawdi l-istess benefiċċji li kienu jgawdu l-Ambaxxaturi għaċ-Ċina ta' qablu fil-passat.

Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina – allowance jew reimbursement għal kura tal-għajnejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina igawdix allowance jew reimbursement fir-rigward ta’ kura tal-għajnejn, u jekk iva, kemm hi?

Response (VELLA, GEORGE)

L-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina igawdi l-istess benefiċċji li kienu jgawdu l-Ambaxxaturi għaċ-Ċina ta' qablu fil-passat.

Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina – allowance jew reimbursement għal servizzi ta’ telefonija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina jgawdix allowance jew reimbursement fir-rigward ta’ servizzi ta’ telefonija, kemm fixed kif ukoll mobile,u jekk iva, kemm hi?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-istess pakkett ta' kundizzjonijiet li kienu jgawdu l-Ambaxxaturi Maltin għaċ-Ċina ta' qablu. Għaldaqstant, l-Ambaxxatur ma jgawdix minn reimbursement fuq servizz ta' telefonija iżda l-Ministeru jħallas l-ispejjeż kif stipulat fil-Conditions of Service. Dan il-ħlas jidher fit-tabella t'hawn taħt: Month Fixed Line Mobile phone Aug 2013 21.45 20.04 Sep 32.83 Oct 21.45 Nov 35.66 Dec 21.45 Jan 2014 29.34 Feb 21.45 Mar 21.45 Apr 21.45 May 21.45 Jun 21.45 11.11 Jul 25.72 Aug 26.38 Sep 44.37 Oct 21.45

Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina – allowances rigward ivvjaġġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-allowances fir-rigward ta’ vvjaġġar illi jgawdi l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina, u kemm huma? Jista’ jgħid jekk igawwdix ukoll minn allowances ta’ vvjaġġar, familjari u dipendenti tal-Ambaxxatur, u kemm hu l-valur?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina jgawdi l-istess drittijiet u privileġġi li kienu jgawdu l-Ambaxxaturi Maltin għaċ-Ċina ta' qablu. Rigward kemm huma, nitlob lill-Onor. Interpellant tindika l-perjodu li qed titkellem dwaru.

Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina – allowance jew reimbursement rigward sea frieght jew air transit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina igawdix allowance jew reimbursement fir-rigward ta’ sea frieght u air transit?

Response (VELLA, GEORGE)

L-Ambaxxatur m'għandux allowance jew reimbursement għas-sea frieght u air transit, għaliex l-ispejjeż involuti jitħallsu direttament mill-Ambaxxata.

Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina — akkomodazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina ingħatax akkomodazzjoni, u jekk iv, x’tip ta’ akkomodazzjoni, jekk hihiex furnished jew le, jekk hux b’kera jew mixtrija? Jekk inhi mikrija, jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-kera? Jekk inhi mixtrija, jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtrat u meta?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina ingħata akkomodazzjoni fully furnished bħalma ingħataw l-Ambaxxaturi ta' qablu. Din l-akkomodazzjoni hija appartament mikri mill-Gvern ta' Malta, b'kera ta' RMB133,110, li titħallas kull tlett xhur. Bħalma jiġri f'każi fejn Ambaxxaturi jingħataw akkomodazzjoni, qed jitnaqqas parti mill-post-adjustment allowance skont formula stabbilita.

Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina – basic salary

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-basic salary tal-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni hija pubblika u bi sforz żgħir issibha, u tinduna wkoll li dan huwa l-istess bħal ma kien tal-Ambaxxatur ta' qablu.

Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina — allowances

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’allowances għandu l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina jgawdi mill- allowances li jingħataw lill-Ambaxxaturi kollha, u huma l-istess bħal dawk li kienu jingħataw taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Dawn huma : Post-adjustment Settling in Representation Outfit Child Education Medical

Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina – settling-in allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina igawdix minn settling-in allowance, u jekk iva, kemm hi?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ambaxxatur Malti għaċ-Ċina gawda minn settling-in allowance , bħalma gawdew l-Ambaxxaturi għaċ-Ċina ta' qablu fil-passat. Is- settling-in allowance kienet tammonta għal €8,988.