Jista' l-Ministru jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informażżjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26390 u 25877 u jgħid: Kemm ħaddiema barranin ħadmu fit-Tarzna fl-2005 u 2006? Kemm kienu bħala esperti u kemm bħala ħaddiema? X'kien l-ammont li tħallas lil dawn il-ħaddiema? Kemm hemm ħaddiema fit-Tarzna li għandhom bejn 17-19-il sena, bejn 20-30 sena, bejn 41-50 sena u 'l fuq minn 50 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li t-triq prinċipali li tagħti minn San Pawl tat-Tarġa l/o Naxxar għal Santa Margerita, Mosta partikolarment il-parti li tgħaddi fuq il-barriera, tiddawwal għax bil-lejl ikun hemm nuqqas kbir ta' dawl li qiegħed joħloq inkonvenjent kbir lis-sewwieqa u lil dawk kollha li jużaw din it-triq għall-mixi u jogging?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-provista ta' l-istreetlighting f'din it-triq hija r-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali u mhux tal-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tax-xogħol li qed isir fil-Qasam Industrijali ta' Bulebel? Jista' jgħid jekk l-ispiża nvoluta f'dan ix-xogħol hix koperta minn xi programm ta' fondi ta' l-EU? Jista' jgħid ukoll jekk ix-xogħol hux miexi skond il-pjanijiet, u jekk hux se jitlesta fil-ħin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir fil-Qasam Industrijali ta' Bulebel huwa kopert minn programm ta' fondi ta' l-U.E. Ix-xogħol miexi skond il-pjanijiet u mistenni li jitlesta fil-ħin.
Ninforma wkoll lill-Onor Interpellant illi jekk jixtieq ikun jaf id-dettalji kollha tax-xogħolijiet jista jirreferi għat-Tender document li kien ippublikat fl-1 ta' Settembru 2005 mid-dipartiment tal-kuntratti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm u fejn qed isir bini ta' fabbriki ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa qed jinbnew fabbriki ġodda jew ikunu modifikati fabbriki fl-oqsma industrijali ta' San Ġwann, tal-Marsa, ta' Bulebel, ta' Ħal Far, tax-Xewkija u ta' Ħal Luqa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm dam ix-xogħol fit-Tarzna fuq il-vapur Marco Polo? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ħalliex profitti lit-Tarzna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-vapur “Marco Polo” dam fil-faċilitajiet tal-Malta Shipyards għal 20 ġurnata. Il-vapur telaq mit-tarzna ġurnata qabel iz-zmien skedat għal din it-tiswija.
Nikkonferma li din it-tiswija ħalliet profitt.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma nxtrawx karozzi tat-tip li qed jirreferi għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-familja mill-Birgu, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, sarilha appuntament mill-Water Services Corporation u l-ħaddiema ma marrux? Jista' jara li jsirilha appuntament ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma marru jagħmlu l-ispezzjoni għand il-persuna ndikata mill-Onorevoli Interpellant fis-7 ta' Mejju 2007. Instab leak fil-flushing li wara ġie rranġat. Il-file issa ser jintbgħat lil Advisory Board tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-konsiderazzjoni ta' l-istess Board dwar possibilita' ta' reviżjoni.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni f'Santa Margerita, Bormla, ħalli l-bozoz li ilhom hemm sa mis-sena 2000, jibdew jinxtegħlu għall-konvenjenza tar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-istreet lighting imsemmija, jaqgħu taħt ir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali. Biex jinxtegħlu dawn il-bozoz, il-Kunsill għandu jagħmel applikazzjoni formali (Applikazzjoni A) bħal kwalunkwe każ simili. Dan il-fatt ġie kkomunikat kemm il-darba lill-Kunsill.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk Malta ingħaqditx ma' pajjiżi oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea fejn diversi data protection chiefs għamlu rappreżentazzjonijiet mas-search engine company ta' l-internet google fejn talbuhom jiġġustifikaw il-policy tagħhom ta' data retention dwar internet addresses u search habits individwali għall-massimu ta' sentejn li ħafna jqisu li jmorru kontra l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea dwar ħażna ta' data li tikkonċerna internet users?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Article 29 Data Protection Working Party, li l-Kummissarju għall-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data ta’ Malta jagħmel parti minnu, qed jieħu passi dwar il-kwistjoni li ntalbet f’din il-mistoqsija fir-rigward tal-privacy policy tas-search engine company ta’ l-Internet, Google, dwar il-perjodu ta’ żamma tas-server logs. Il-perjodu ta’ żamma indikat minn Google, ta’ bejn 18 u 24 xahar, hu meqjus mill-membri kollha tal-Working Party bħala li jmur oltre il-qafas legali tad-Direttiva dwar il-Privatezza tad-Data.
Għaldaqstant dan il-Working Party awtoriżża liċ-chairman sabiex jikteb lill-Google, u dan sar b’ittra datata 16 ta’ Mejju 2007. Ġie mitlub li r-risposta ta’ Google tingħata sa l-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju sabiex tali risposta tkun tista tiġi diskussa f’aktar dettall minn dan il-Working Party fil-laqgħa li jmiss tad-19 ta’ Ġunju 2007.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26263 u jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu fit-tarzna bħalissa, x'xogħol qed jagħmlu u ta' liema nazzjonalita' huma, u x'inhu t-terminu tal-kuntratt tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Billi fil-ġurnal The Malta Independent ta' nhar il-Ġimgħa l-Ministeru tiegħek qal li f'dawn l-aħħar 18-il xahar il-Gvern xtara 308 laptop computers ta' valur ta' Lm129,720 u 1499 desktop PCs b'valur ta' Lm310,763 kif ukoll li 44% tal-laptops inxtraw minn ħanut wieħed filwaqt li 41% oħra inxtraw minn żewġ ħwienet oħra u li 74% tad-desktops inxtraw minn żewġt iħwienet, jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawn is-suppliers - b'isimhom - aktar u aktar meta l-ministeru stqarr fl-istess ġurnali li b'kollox kien hemm 4 ħwienet biss li biegħu aktar minn għaxar laptops lill-Gvern u li kien hemm 12-il ħanut biss li biegħu aktar minn għaxar desktops lill-istess Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Billi l-appartament li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament huwa okkupat minn single mother bi tlett itfal, jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tagħha li l-kont ta' Lm242 huwa esaġerat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-aħħar kont tal-konsumatur indikat kien ilaħħaq Lm206.05 u dan kien għal perjodu ta’ 188 ġurnata (sitt xhur).
Billi l-konsumatur qegħdha fl-iskema soċjali, għandha tirċievi l-voucher relattiv.
Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi kontestazzjoni dwar l-aġġudikazzjoni tat-tender dwar ic-CVA fil-Belt Valletta? Liema hi l-kumpanija li qed tfittex lill-Gvern dwar dan? Huwiex minnu li l-kumpanija kkonċernata qed tfittex lill-Gvern għal loss of profits and damages?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar xahar x'għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex tindirizza l-problemi tad-drenaġġ li jiskula fil-kantini u jnitten id-djar ta' parti min-naħa ta' ġewwa ta' Triq Viani f'Tas-Sliema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-problema imsemmija kienet riferuta lill-Awtoritajiet Sanitarji għaliex instab illi hemm diversi intercepting chambers privati mizduda u jnixxu.
Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tispezzjona partijiet fi Triq Frencesco Balbi, San Ġiljan fejn is-sistema tad-drenaġġ ma tlaħħaqx ma' l-ilma tax-xita, tfur fit-triq u minn dan il-post jitilgħu wkoll ħafna ġrieden? Jista' jinstab rimedju għal din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sistema tad-drenaġġ mhux qiegħda biex tlaħħaq ma’ l-ilma tax-xita għax mhix iddisinjata biex tieħu dan l-ilma wkoll. Madankollu il-Korporazzjoni għas-servizzi ta’ l-ilma se tagħmel tindif fil-mejn tad-drenaġġ biex din il-problema tittaffa.
Jista' l-Ministru jagħti spjega ta' dak li stqarr pubblikament fil-ħarġa tal-ġurnal "In-Nazzjon" bid-data tat-30 ta' Mejju, 2007 meta qal li l-Gvern jixtri l-computers tiegħu bl-aktar mod effettiv bl-inqas total cost of ownership possibli? Jista' jgħid b'liema mod qed jixtri dawn il-computers u kemm kienet in-nefqa kull sena għax-xiri ta' computers għall-impjegati tal-Gvern, minn kemm ilu li daħħal il-computers fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ il-Gvern? Min kienu l-kumpaniji li ssuplixxew dawn il-computers? Liema kienu d-dipartimenti u f'liema sena daħħlu l-computers għall-ewwel darba u/jew biddlu l-computers? Kemm-il impjegat tal-Gvern sena b'sena ġie fornut bil-computer?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kemm ilu mwaqqaf il-Ministeru tiegħi, in-nefqa fuq computers kienet kif murija fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kumpaniji li mingħandhom inxtraw il-computers huma:
Merlin Computers
Forestals
Intercomp
VSS
Tabone Computers
A to Z Electronics u
Strand Electronics.
Il-Ministeru jixtri l-computers permezz ta' Local Purchase Orders, bl-e procurement, quotations jew tenders.