Awtorità tal-Ippjanar – Ħaż-Żebbuġ – Triq Dun Salv Ciappara — ċint
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li l-Awtorità tal-Ippjanar tieħu azzjoni sabiex jinbena ċint skont il-liġi madwar l-għalqa li tinsab fi Triq Dun Salv Ciappara f’Ħaż-Żebbuġ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Gejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li ġew identifikat żewġ siti fi Triq Dun Salv Ciappara f’Ħaż-Żebbuġ fejn kienu nħarġu żewġ avvizi ta' infurzar EC0014/09 u EC0077/09 minħabba li d-dehra tas-siti kienet qiegħda tkun ta' ħsara għaż-żona tal-madwar. Sfortunament is-sidien baqgħu ma ġewx identifikati. L-Awtorità qiegħda tevalwa s-sitwazzjoni sabiex, bl-involviment tal-Kunsill Lokali, tiehu dik l-azzjoni neċessarja biex titnehha l-ħsara.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li terġa’ toħroġ is-Sejħa ta’ Interess biex jitwaħħlu site notices relatati ma’ applikazzjonijiet u permessi tal-bini rċevuti mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista’ jgħid minn min qed jingħata dan is-servizz preżenzjalment?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill-Awtorità tal-Ipjananr li l-istess Awtorità mistennija tevalwa s-sitwazzjoni billi l-Avviż Legali tal-proċedura se jinħareġ fl-aħħar ta’ April, fejn l-istess Avviż Legali jiddetta liema applikazzjonijiet jobbligaw it-twaħħil tal-Avviż ta’ Żvilupp. Preżentement l-Awtorità permezz ta’ sejħa interna, għandha grupp ta’ ħaddiema mill-istess Awtorità li jagħtu dan is-servizz.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex jitwaħħlu site notices minn:
a. Lulju sa Diċembru 2013;
b. Jannar sa Diċembru 2014; u
c. Jannar sa Diċembru 2015?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża ta’ fuel użat waqt l-għoti tas-servizzi għat-twaħħil tas-site notices matul:
a. Lulju sa Diċembru 2013;
b. Jannar u Diċembru 2014; u
c. Jannar u Diċembru 2015?
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tas-safar kollu li siefer bejn l-10 ta’ Marzu 2013 u l-14 ta’ April 2016 u jgħid f’liema pajjiż mar u d-data rispettiva ta’ tali safar?
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tas-safar kollu li siefer iċ-Chief of Staff tiegħu bejn l-10 ta’ Marzu 2013 u l-14 ta’ April 2016 u jgħid f’liema pajjiż mar u d-data rispettiva ta’ tali safar?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Transport Malta – uffiċini ġodda – Health and Safety Assessments
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk sarux xi Health and Safety Assessments fir-rigward tal-uffiċini l-ġodda ġewwa A3 Towers f’Raħal Ġdid qabel ma’ ħarġu l-permessi relatati maċ-Change of Use għall-uffiċini? Jekk dawn il-Health and Safety Assessments fil-fatt saru u ġew ippreżentati lill-MEPA, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Nru 24215.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ilu li daħal fis-seħħ ir-Rural Policy and Design Guidance fl-2014 kemm kien hemm applikazzjonijiet li daħlu l-MEPA fuq
a) wineries;
b) olive oil buildings;
c) bee keeping;
d) farm retail outlets;
e) visitors’ attractions;
f) Agro tourism accomodation?
Kemm kien hemm minnhom li ġew aċċettati u konsegwentament ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill Onor Interpellant li t-taghrif mitlub huwa hawn anness.
Tip
Numru ta’ Applikazzjonijiet validati mit-22 ta' Awwissu 2014
Numru ta’ Applikazzjonijiet aċċettati u li l-permess ġie mibgħut
a. Wineries
1
0
b. Olive Oil Buildings
2
1
c. Bee Keeping
3
0
d. Farm Retail Outlets
2
1
e. Visitors Attractions
6
2
f. Agro Tourism Accommodation
1
0
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk bediex isir xi ħlas lil dawk is-sidien kollha li għandhom jieħdu kumpens fuq esproprjazzjoni ta’ art sa €50,000 suġġett għall-prova ta’ titlu? Jekk iva xi ħlasijiet saru s’issa ? Jekk le hemm stima ta’ kemm se jsiru ħlasijiet ta’ kumpens fuq dan it-tip ta’ esproprjazzjoni matul din is-sena u kemm huma mistennija li jiġu trattati każijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mid-Dipartiment tal-Propjeta tal-Gvern li x-xogħol sabiex isir ħlas lil dawk is-sidien kollha li għandhom jieħdu kumpens fuq esproprjazzjoni ta’ art sa €50,000 inbeda u qed jiġu kkuntattjati s-sidien sabiex iġibu l-prova ta’ titlu. Sallum ġie finalizzat kuntratt wieħed u qegħdin nistennew lil diversi sidien li diġà ġew ikkuntattjati biex iġibu l-prova tat-titlu biex jiġu analizzati mid-Dipartiment qabel ma jgħaddu għall-kuntratt ta’ kumpens finali. Fuq din il-miżura huwa stmat li ser jintefaq l-ammont ta’ €2.4 miljun u ser tolqot ’il fuq minn mitt sid ta’ proprjetà li għandu jieħu kumpens fuq esproprjazzjoni ta’ art sa €50,000.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull kaz ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?