Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet volontarji li applikaw biex ikunu jistgħu jingħataw it-tmexxija tal-premises tagħhom u li qed jistennew dan biex jgħaddi mill-parlament?
Kemm minn dawn jinsabu f'dawn il-lokalijiet: Żabbar, Żejtun, Wied il-Għajn, Bormla, Birgu, Isla, Xgħajra, Fgura u Kalkara?
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati konnessi mal-kaċċa u ma' l-insib matul din is-sena, xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq reati konnessi mal-kaċċa u ma' l-insib matul din is-sena, xahar b'xahar, hu kif ġej : -
Xahar Kaċċa Insib
----- ----- -----
Jannar 8 3
Frar 4 xejn
Marzu 6 xejn
April 23 xejn
Mejju 7 xejn
Ġunju 1 1
Lulju xejn xejn
Awissu xejn xejn
Settembru 11 xejn
Ottubru 1 xejn
Novembru 2 xejn
(Sat-30)
14.12.98(am)
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm li bih se jsiru l-pjani lokali?
X'se jkun mitlub mill-kunsilli lokali?
Response (BORG, TONIO)
Il-programm għal Pjani Lokali li qegħdin isiru issa u dawk li għadhom ma nbdewx qed jiġu riveduti bil-ħsieb li jitlestew mill-aktar fis possibli fl-isfond tar-riżorsi umani u r-riżorsi oħrajn li għandha l-Awtorita`.
Huwa l-ħsieb li l-Kunsilli Lokali jiġu nvoluti fil-proċess tal-Pjani Lokali u hu mistenni li jkun hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn l-Awtorita` u l-Kunsilli Lokali. Hu maħsub ukoll li jsiru lagħqat ta` konsultazzjoni mal-pubbliku ta` l-inħawi konċernati mal-Pjan Lokali rispettiv.
14.12.98(a.m.)
Jista' l-Ministru jara li l-pulizija jmorru jissorveljaw it-traffiku waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-iskola primarja "A" u "B" tal-Mosta peress li hemm periklu kbir għat-tfal mill-karozzi li jgħaddu mill-inħawi?
Jista' l-Ministru jara li l-pulizija jmorru hemm kuljum meta jkun hemm l-iskola biex nevitaw traġedja li tista' tiġri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija diġa` qed tagħmel is-sorveljanza meħtieġa kemm ma` l-iskola primarja kif ukoll ma` dik sekondarja fil-Mosta. Fil-fatt, fil-ġranet ta` l-iskola, fejn l-iskola primarja ta` Triq Grognet ikun hemm żewġ Pulizija bejn it-8.00a.m. u it-8.45a.m. u bejn is-2.00p.m. u s-2.45p.m., filwaqt fejn l-iskola Lily of the Valley ikun hemm Pulizija wieħed bejn is-7.45a.m. u d-9.00a.m. u bejn is-1.45p.m. u s-2.30p.m.
14.12.98 (a.m.)
Seduta 31
Mill-1 ta' Settembru 1998 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjonijiet għad-dagħa għamlet il-pulizja separatament fil-grounds: (a) stadium nazzjonali ta' Ta' Qali; (b) Victor Tedesco fil-Ħamrun; (ċ) fil-Ħibs ground f'Kordin; (d) f'Pace Grasso f'Raħal Ġdid; u (e) Gozo Stadium?
Response (BORG, TONIO)
Mill-1 ta' Settembru, 1998, sal-lum, ġew akkużati l-Qorti żewġ persuni li nqabdu 'inflagrante' jidgħu fil-ground Victor Tedesco, Ħamrun.
14.12.98 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija kellhiex xi rapporti fuq serq u vandaliżmu ġo Villa Francia, Ħal Lija?
X'ġie rrapportat li nsteraq u/jew ġie vandalizzat?
Il-passi li ħadet il-pulizija waslu għal xi konklużjoni biex jiddentifikaw il-ħatja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn meta bdiet tiffunzjona l-Police Incident Reporting System, li fid-Distrett li jkopri Ħal Lija kien fl-1 ta' April, 1997, sad-9 ta' Diċembru, 1998, il-Pulizija ma kellhiex rapporti dwar is-suġġett tal-Mistoqsija.
14.12.98(am)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapporati nies neqsin mid-dar, sena b'sena, mill-1994 'il hawn? Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti? Kemm baqgħu mitlufin? Xi proċedura taddotta l-pulizija f'dawn it-tip ta' rapporti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-1994 sat-18 ta` Novembru, 1998, it-tagħrif mitlub dwar persuni irrapurtati nieqsa hu kif ġej:-
Sena Persuni rrapurtati nieqsa Baqgħu nieqsa
---- ------------------------- -------------
1994 201 6
1995 179 xejn
1996 151 1
1997 159 xejn
1998 144 2
Fejn il-persuna tibqa` ma tinstabx, il-pulizija testendi l-investigazzjoni tagħha anke barra minn Malta, permezz ta` l-Interpol.
14.12.98(am)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-familji f'Malta u f'Għawdex li fdew iċ-ċnus fuq proprjeta' mibnija, art agrikola, art xagħri, plots tal-gvern eċċ. matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti li għandu d-Dipartiment ta' l-Artijiet għal talbiet simili?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li f`dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta` ċnus li nfdew fuq proprjeta` mibnija, art agrikola, art xagħri, plots tal-gvern, ecc., f`Malta u Għawdex, kien kif jidher hawn taħt:-
Proprjeta` Art Art Plots Art għal
Mibnija Agrikola Xagħri tal-Gvern Ċimiterji
1994 4 -- -- -- --
1995 2 5 -- 11 2
1996 - 2 1 3 --
1997 3 -- 1 3 --
1998 3 -- -- 3 --
Il-fidi ta` ċnus fuq plots tal-Housing Schemes ma jaqax taħt ir-responsabbilta` ta` dan il-Ministeru.
Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
14.12.98(a.m.)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1525, jista' l-Ministru jagħti tweġiba aktar dettaljata u bl-istatistika mitluba kif mitlub oriġinarjament?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ftit diffiċli li tinġabar peress li l-Kunsilli Lokali jagħmlu diversi talbiet minn żmien għal żmien. Jiena ltqajt mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u wkoll mal-Kunsilli Lokali kollha li talbu laqgħa miegħi, u dawn kollha għamlu suġġerimenti, kummenti u talbiet differenti dwar il-kwestjonijiet imqajjma mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Kunsilli Lokali tal-Pieta' u dak ta' Wied il-Għajn, dawn talbu li tinfetaħ Għassa tal-Pulizija ġdida.
14.12.98 (am)
Jista' l-Ministru jgħid jekk art pubblika f'Misraħ Għonoq limiti tal-Mosta li meta kienet imqabbla b'kera għal skop agrikolu kellha Ten.No.L1119/65/1 u li l-Gvern issa qiegħed jikkonsidraha bħala art industrijali hijiex se tiġi żviluppata? Għal liema skop pubbliku se tiġi żviluppata u meta se tiġi żviluppata? Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar s'issa min-naħa tal-Gvern fuq din l-art?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-art li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ilha numru ta` snin indikata għal żvilupp industrijali.
Ninsab infurmat ukoll li preżentement id-Dipartiment ta` l-Artijiet qed jikkunsidra talba mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet għal bini ta` depot fuq parti minn din l-art.
14.12.98 (a.m.)
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija jew mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` mobile phones użati mid-dekasteru ta` l-Intern hu ta` 35.
Minn dawn, 33 huma mixtrija, filwaqt li tnejn oħra kienu jiffurmaw parti mit-tagħmir li wasal maż-żewġ SAR vessels tal-Protezzjoni Ċivili.
Minn dawn il-mobile phones 29 ġew mixtrija mingħand Vodafone Ltd, wieħed mill-Phone Shop, wieħed mis-Second Cellular Ltd, ieħor mit-Telephone Direct Ltd u ieħor minn Pace Associates Ltd.
Dawn qed jintużaw kif spjegat hawn taħt:-
Ministeru 3
Segretarju Permanenti 1
Dipartiment tal-Passaporti 1
Dipartiment ta` l-Artijiet u Kostruzzjoni 1
NDIU 2
Awtorita` ta` l-Ippjanar 9
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili 5
Faċilita` Korrettiva ta` Kordin 3
Korp tal-Pulizija 9
Manager Airport Security 1
3 minn dawn il-mobile phones hawn fuq imsemmija bdew jiġu użati wara l-5 ta` Settembru, 1998.
12.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li huma xiehda f'xi kawża quddiem il-qorti li qed jingħataw protezzjoni mill-pulizija?
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawn il-persuni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-present hawn tlett persuni li huma xhieda f`xi kawża quddiem il-Qorti li qed jingħataw protezzjoni mill-Pulizija. Minħabba raġunijiet ta` sigurta` kemm għal dawn il-persuni, kif ukoll għal xi xhieda oħra, ma nħossx li din l-informazzjoni għanda tkun magħmula pubblika.
12.12.98
B'riferenza għall-istqarrija riċenti tal-Ministru dwar l-estensjonijiet l i qed isiru fil-Ħabs Ċivili, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bin-numru ta' ħaddiema u l-gradi tagħhom li jridu jiġu mpjegati sabiex imexxu l-operat tal-Ħabs Ċivili meta jitlesta l-proġett? Kif se jkunu s-sejħiet ta' dawn il-vakanzi? Se jkun hemm kumpanniji privati li se jmexxu dan l-operat?
Response (BORG, TONIO)
S`issa, mill-estensjoni ġdida waslet biex titlesta Diviżjoni waħda li ser ikun fiha 36 ċella. Din id-Diviżjoni hi pproġettata li tintuża minn priġunieri żgħażagħ jew priġunieri li daħlu l-ħabs għall-ewwel darba.
Mhux maħsub li jkun hemm żieda fuq in-numru ta` ħaddiema eżistenti biex titmexxa din id-Divijoni ġdida, billi l-istaff preżenti li qed imexxi d-Diviżjoni taż-żgħażagħ fil-parti antika tal-ħabs ser jiġu trasferiti għad-Diviżjoni ġdida hekk kif tibda titħaddem.
Id-Diviżjoni l-oħra li fiha ser jitqiegħdu l-priġunieri mhux sentenzjati, u li hi l-akbar proġett tal-ħabs, għadha fl-istadju tal-bidu ta` kostruzzjoni u baqa` mill-inqas sentejn biex titlesta. Għalhekk mhux ipproġettat li jiddaħħlu nies għalissa fuq dan it-tieni proġett.
Dwar il-gradi tal-ħaddiema fil-ħabs, infakkar lill-Onor. Interpellant li f`Mejju 1994 kien intlaħaq ftehim dwar is-salarji u kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-ħabs. Dan il-ftehim kien ukoll iffissa l-gradi ta` impjegati fis-servizzi korrettivi, kif ġej: -
Correctional Managers fi skala 5
Assistant Correctional Managers fi skala 7
Correctional Supervisors fi skala 9
Senior Correctional Officers fi skala 10-11
Correctional Officers fi skala 14-17
Dwar l-aħħar mistoqsija, m`hemmx ħsieb li l-ħabs jitmexxa minn kumpanija privata.
11.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' gwardjani fil-preżent fil-Ħabs Ċivili? Kemm hu n-numru ta' postijiet vakanti tal-gwardjani fil-Ħabs Ċivili fil-mument u meta ħerġin is-sejħiet għall-applikazzjonijiet? Kemm kien in-numru ta' gwardjani li tkeċċew u/jew irriżenjaw minn din il-kariga matul l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` uffiċjali fir-rank ta` gwardjan (Correctional Officer) fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huwa ta` 165.
Fil-preżent in-numru ta` vakanzi ta` Gwardjani (i.e. Correctional Officers) hu ta` 14.
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta` gwardjani li spiċċaw mis-servizz f`dawn l-aħħar erba` snin hu kif ġej:-
1995 - 30
1996 - 14
1997 - 4
1998 - 2
11.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jara jekk il-Barriera ta' Birguma, fil-limiti tan-Naxxar hijiex qed topera bil-permessi meħtieġa u jekk hu l-każ, sa liema distanza mill-qtugħ tal-blat għall-ewwel għalqa li tmiss mal-barriera jista' jitqatta' dan il-blat skond il-kondizzjonijiet imposti mill-Minerals Board?
Response (BORG, TONIO)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-barriera li ġġib l-applikazzjoni numru 4762/97/15A, inħareġ il-permess fil-11 ta` Settembru, 1998; il-permess hu marbut b`kondizzjonijiet u pjanti approvati. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta` pjanta immarkata PA4762/97/15A.
11.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jara li l-applikant, li ismu qed jintbagħat separatament, li xi ġimgħat ilu applika għal driving licence u li din għandu bżonnha ħafna minħabba esiġenzi kbar familjari, jibgħatu għalih biex jagħmel l-eżamijiet meħtieġa?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
11.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jara x'azzjoni ttieħdet f'dik li hija enforcement kontra l-persuna li tilfet l-appell tagħha fil-Planning Appeals Board (Ref. PAB 587/95 E) 5MS u ECF 95/94 u dan in konnessjoni ma' bini ta' taraġ u għeluq ta' viżjoni għad-dannu ta' terzi, meta l-istess terzi nteressati għadhom qegħdin jistennew li l-persuna responsabbli treġġa' lura x-xogħlijiet illegali li wettqet?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li l-informazzjoni li għandu l-Onor. Membru mhix korretta. PAB 587/95/E jirrigwarda żvilupp fil-Qawra diġa' deċiż mill-Bord ta' l-Appelli filwaqt li ECF95/94 jirrigwarda żvilupp permess mill-Awtorita' tal-Ippjanar f'Tal-Balal limiti ta' l-Iklin.
Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jipprovdi r-referenzi preċiżi sabiex ikunu jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji.
11.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx maħsub li l-għassa tal-pulizija ġewwa l-Fgura tiġi mkabbra għall-ħtiġijiet u esiġenzi preżenti tal-post, li kull sena jibqa' jikber?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għalissa għad m'hemmx dan il-ħsieb.
11.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta hi l-aħħar darba li saritilha manutenzjoni l-għassa tal-pulziija ġewwa r-raħal ta' Wied il-Għajn u jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li din tiġi ċeduta għal skopijiet kulturali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ilu ħafna ma' jsir mauntenzjoni f'din l-Għassa prinċiparjament minħabba l-fatt illi kien hemm il-ħsieb illi l-Għassa tal-Pulizija kienet se tkun inkorporata fil-bini taċ-Ċentru Ċiviku li kellu jinbena. Jiena nfurmat ukoll li hemm il-ħsieb illi parti minn dan il-bini jibda jintuża mill-Girl Guides tal-lokal.
11.12.98(pm)