Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17791 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq l-oqbra fi Triq il-Vittmi tax-Xogħol, Raħal Ġdid?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet għamel żewġ skavi arkeoloġiċi ġo Triq il-Vittmi Tax-Xogħol ġewwa Raħal il-Ġdid. Dawn il-każijiet kienu jirrigwardjaw:
* L-iskav arkeoloġiku ta' tlett oqbra Puniċi fl-1994 - dawn instabu waqt xogħol ta' tqattih ta' blat in konnessjoni mal-livellar tat-triq. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet ikkollabora bi sħiħ mad-Dipartiment tat-Toroq sabiex dawn l-oqbra antiki ma' jinqerdux u jiġu protetti mal-ġenb ta' Triq il-Vittmi tax-Xogħol.
* L-iskav ta' qabar Puniku ieħor fil-qrib ta' l-ewwel tlieta fl-1998 - dan instab waqt xogħol ta' kostruzzjoni ta' sub-station elettrika. Anki f'dan il-każ, id-Dipartiment tal-Mużewijiet ħadem ma' l-Enemalta ħalli s-sub-station jiġi mressaq, sabiex dan il-monument aekeoloġiku ma jinqeridx.
Ix-xogħol ta' riċerka arkeoloġika f'dan is-sit minn naħa tad-Dipartiment tal-Mużewijiet huwa lest.
Id-Dipartiment huwa lest li jagħti l-konsulenza xjentifika tiegħu kemm il-darba isir proġett għat-tlestija tax-xogħlijiet ta' bini tat-triq ġewwa din iż-żona. Iżda l-kompetenza għat-tlestija tat-triq ma taqgħax taħt id-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjonijiet li ħarġu fl-Universita' ta' Malta għall-promozzjonijiet għall-gradi ta' lecturers, senior lecuture, associate professor u professor li kienu ħarġu fis-sena 1998, s'issa kważi sentejn wara, għadhom ma ngħatawx?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-promozzjonijet fi grad ta' lecturers u senior lecturers tlestew. Dawk fi grad ta' associate professor ma jistgħux jiġu terminati għal issa għax għadhom ma waslux l-assessments ta' l-applikanti mill-assessuri barranin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix konflitt ta' interess dirett ġaladarba l-koordinatriċi ta' l-Inclusive Education Programme ġewwa l-Universita' ta' Malta hija wkoll waħda minn dawk li tmexxi l-Equal Partners Foundation li hija kumpannija privata?
Kemm se tkun il-kontribuzzjoni ta' l-Universita' għas-seminar li se ssir f'nofs Lulju bejn din il-kumpannija privata u l-Inclusive Education Programme ta' l-Universita'?
Kif se jinqasam l-introjtu minn dan is-seminar?
Lil min qed tirrappreżenta l-koordinatriċi ta' dan is-seminar, lill-Universita' jew lill-fondazzjoni li tmexxi?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema area secondary schools u f'liema Junior Lyceums jeżistu faċilitajiet għat-tagħlim aġġornat ta' l-ilsna? F'hiex jikkonsistu dawn il-faċilitajiet?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar mill-Iskejjel u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema oqsma se jsir il-kors ġdid ta' PGCE fis-sena akkademika 2000/2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li normalment ikun f'dan iż-żmien li l-materja tiġi konsidrata bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Universita` ta' Malta. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed titlob li l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni toffri korsijiet tal-PGCE fil-Computer Studies, Technology Education, u fil-Personal and Social Development fis-sena akkademika 2000/2001. L-oqsma magħżula jkunu jridu jiġu approvati mis-Senat kif titlob il-proċedura normali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għaddew studenti fl-aħħar eżami tal-junior lyceum; (1) f'ħames suġġetti; (2) f'erba' suġġetti; (3) fi tliet suġġetti; (4) f'żewġ suġġetti; u (5) f'suġġett wieħed?
Kemm-il student għaddew f'kull wieħed mill-ħames suġġeti u b'liema grad? Kemm kien hemm studenti fis-sitt klassi tal-primarja tal-gvern li ma qgħadux għall-eżami?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar eżami tal-Junior Lyceum għaddew 2446 student/a.
Għaddew ukoll 483 f'4 suġġetti
622 fi 3 suġġetti
452 f'2 suġġetti
u 405 f'suġġett wieħed.
L-istudenti li għaddew f'kull wieħed mill-5 suġġetti kienu:-
Grad Studji Soċjali Malti Matematika Ingliż Reliġjon
A 264 306 269 280 433
B 1083 952 924 965 914
C 2479 2285 1626 1478 3005
Fis-sitt sena tal-Primarja tal-Gvern kien hemm 544 student li ma qagħdux għall-eżami.
Jista' l-Ministru jgħid fl-Area Secondary Schools kemm suġġetti jkollu jagħmel l-istudent bħala obbligatorji u bħala optional? Liema huma obbligatorji, liema optional u f'kull ġimgħa kemm lezzjonijiet huma dedikati għal kull suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Issa li waslet biex tintemm din is-sena skolastika, jista' l-Ministru jgħid x'kien l-assenteiżmu matul din is-sena skolastika fl-iskejjel primarji, sekondarji, tas-snajja', sixth form? Jista' jgħid jekk għandux figuri komparabbli ta' l-iskejjel indipendenti u tal-knisja? Dawn il-figuri kif jikkomparaw ma' dawk tas-sena skolastika li għaddiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li joħorġu r-riżultati ta' l-eżamijiet tas-SEC u MATSEC? Meta hu ppjanat li għas-sena skolastika li jmiss (2000/01) isiru l-eżamijiet orali u bil-miktub?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hu maħsub li r-riżultati kollha tal-Matsec fit-tliet livelli (taċ-CES, tal-Matrikola fil-livell intermedju u tal-Matrikola fil-livell avvanzat) joħorġu għall-aħħar ġimgħa ta' Lulju 2000.
L-eżamijiet għas-sena d-dieħla (i.e. 2001) għandhom jibdew bħas-soltu bl-eżamijiet ta' l-orali għall-ħabta ta' nofs Marzu 2001 u jkomplu bl-eżamijiet tal-kitba fil-bidu ta' Mejju 2001.
Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija — Xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1999 sal-lum fiex kien jikkonsisti x-xogħol tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija? Xi proġetti/inizjattivi mexxa l-kunsill jew ħa sehem fihom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Sedita oħra.
Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati spiċċaw mill-impjieg tagħhom mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija minn Settembru 1999 sal-lum? X'kienu r-raġunijiet li spiċċaw? Kif ġiet ri-organizzata l-funzjoni li kellhom dawk li spiċċaw? Kemm hemm jaħdmu mal-Kunsill illum u x'inhu x-xogħol tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Junior Lyceum - Eżamijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ix-xogħol biex ikun hemm spazju aħjar għall-educational assessment unit kif intqal f'mistoqsija parlamentari numru 11940?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ħarġet l-offerta relattiva għal dawn ix-xogħlijiet u t-tenders sottomessi qegħdin jiġu evalwati.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett tat-tempji ta' Ħal Tarxien mal-BOVI Heritage Trust?
Kien hemm progress fl-aħħar sitt xhur fuq proġetti bi sħab mas-settur privat minn kif kienet imwieġba mistoqsija parlamentari numru 11939?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandix progress x'nirraporta fiq it-tagħrif mogħti fil-Mistoqsija Parlamentari numru 11939.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika li waslet biex tintemm xi twettaq mir-rakkmandazzjonijiet tar-rapport tal-working group dwar is-support staff fl-iskejjel ta' l-Istat li hemm riferenza għalih f'mistoqsija parlamentari numru 178?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-rapport dwar is-Support Staff Requirements in State Schools ġie studjat mill-Office of Review fi ħadn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Sar servej fiżikament dwar l-istaff kollu li mhumiex Teaching Grades li hemm f'kull skola individwali biex seta' jkun magħruf in-nuqqasijiet attwali f'kull skola. Instab li, f'xi skejjel, kien hemm ħtieġa ta' tqassim aħjar tal-personnel konċernat. Saru diversi aġġustamenti biex jakkomodaw aħjar il-ħtiġiet ta' kull skola.
Pass importanti kien l-introduzzjoni tal-pożizzjoni ta' School Secretary fl-iskejjel intitolati għalihom - 59 b'kollox. Dawn is-Segretarji ntgħażlu wara sejħa għal applikazzjonijiet, ġew appuntati u bdew jiffunzjonaw diġa'. Bħala riżultat kien hemm xi ċaqlieq żgħir ta' skrivani skond il-ħtiġiet.
Sar servej ukoll tal-ħaddiema li jnaddfu u dawk li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni biex ikun hemm l-aħjar tqassim possibbli fiċ-ċirkostanzi. Ġew impjegati Casual Cleaners u Casual Clerks għal fejn kien hemm xi nuqqas.
Sadanittant is-sitwazzjoni qegħda kontinwament taħt osservazzjoni biex il-bżonnijiet ta' l-iskejjel ikunu moqdija tajjeb.
Fl-iskejjel tas-snajja' kemm suġġetti jkollu jagħmel l-istudent? Liema optional? Liema obbligatorji? Kemm lezzjonijiet għal kull suġġett kull ġimgħa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-suġġetti fl-Iskejjel tas-Snajja' huma:
Suġġetti Optional Obligaotrji Numru ta'
Lezzjonijiet
Technical Education xejn kollha 8
Technical Design xejn kollha 4
Physics xejn kollha 3
Mathematics xejn kollha 4
English xejn kollha 4
Maltese xejn kollha 3
Religion xejn kollha 2
Social Studies xejn kollha 1
Geography xejn kollha 1
History xejn kollha 1
Computer xejn kollha 1
Physical Education xejn kollha 1
Appreciation xejn kollha 2
Fl-iskejjel sekondarji Lorenzo Manche', Fra Diego Bonanno, Maria Theresa Nuzzo u San Ġużepp (Kordin) u Furtu Selvatico, kemm suġġett jkollu jagħmel l-istudent? Liema? Liema obbligatorji? Liema optional? Kemm lezzjonijiet għal kull suġġett kull ġimgħa?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fil-Junior Lyceums, kemm suġġetti jkollu jagħmel l-istudent? Kemm u liema huma obbligatorji? Kemm u liema huma optional u kemm lezzjonijiet fil-ġimgħa dedikat għal kull suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17706 dwar l-iskola primarja ta' Ħal Luqa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lestiet offerta għal xogħlijiet ta' ġebel u konkos li għandhom iwasslu għat-tkabbir u t-tiġdid ta' l-Iskola Primarja ta' Ħal-Luqa.
Fil-preżent qegħdin jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa biex tali offerta tkun ippublikata. Darba jiġi appuntat kuntrattur mid-Dipartiment tal-Kuntratti jkun jista' jingħata bidu għax-xogħol imsemmi.