Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8125 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ġie ffinanzjati l-infiq kollu tal-Korporazzjoni Enemalta minn Settembru 1998 'il hawn? Kemm u kif kien l-infiq fl-istess perjodu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8126 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn u kif ġie iffinanzjati l-infiq kollu tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma minn Settembru 1997 'il hawn? Kemm u kif kien l-infiq kollu fl-istess perjodu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7645 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Abbozz dwar il-politika industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jkun lest l-abbozz dwar il-politika industrijali tal-gvern biex jimtela n-nuqqas li hemm riferenza għalih fir-rapport aġġornat dwar l-applikazzjoni tal-gvern għal sħubija fl-UE? Min qed ifassal dan l-abbozz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7563.
Leg 9 PQ #7761 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Foreign investments

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-MDC tibda tiġbor u tippubblika data dwar major foreign investments on the basis of current values, kif jagħmlu pajjiżi oħrajn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Posta — Zabbar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm ħaddiema ġewwa l-uffiċċju tal-posta f'Ħaż-Żabbar? Jista' dan l-ammont jiżdied billi r-residenti tar-raħal tax-Xgħajra qed ikollhom il-posta tagħhom tasal tard?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bħalissa hemm 21 ħaddiem li qed jaqdu d-doveri tagħhom fl-uffiċċju tal-posta f'Ħaż-Żabbar. Il-Maltapost qed taħdem biex l-effiċjenza ġenerali u l-impenji li għandha jitjiebu skond l-iżvilupp ta' kull belt u raħal ta' pajjiżna.

Prezzijiet — Ġelat ta' Malta

Question

Jaf il-Ministru li l-ġelat ta' Malta għola 5c? Jista' l-Ministru jgħid x'ikkaġuna din iż-żieda fil-prezz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jirriżultax li għola l-prezz tal-ġelat ta' Malta li jinbiegħ minn supermarkets jew ħwienet simili. Il-prezz tal-ġelat fix-xitwa kien qed jinbiegħ bil-prezz rakkomandat. Dan hu l-istess prezz li kien qed jinbiegħ is-sena l-oħra.

Prezzijiet — Ġelat importat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġelat ta' barra għola fil-prezz?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jimmonitorja l-prezzijiet tal-ġelati li huma meqjusa bħala market leaders. Waqt li marka ta' ġelat għoliet f'Marzu li għadda, ġelati ta' marki oħra m'għolewx. F'dan is-suq jidher li hawn kompetizzjoni b'varjeta kbira ta' kwalita ta' ġelati bi prezzijiet differenti. Iż-żidiet fil-prezz jistgħu ikunu kemm minħabba żidiet mill-manifattur, żieda fl-ispejjeż tat-trasport, kambju u anke spejjeż oħra ta' storage.
Leg 9 PQ #7783 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Interim From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Posta — Stock books

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kemm żmien għandhom jinżammu l-istock books tal-bolli, postal stationery, u British postal orders fid-diversi fergħat tal-Posta f'Malta u f'Għawdex wara li dawn jimtlew? Wara dan il-perijodu, l-istess stock books għal kemm żmien għandhom jinżammu fl-Uffiċċju Ġenerali tal-Posta qabel dawn jiġu meqruda? Xi proċedura tintuża biex dawn l-istock books jiġu meqruda? Hemm xi ċirkolarijiet mill-Finanzi jew ministerjali u/jew dipartimentali li jirregolaw kif dawn l-istock books għandhom jiġu meqruda? Jekk fl-affermattiv, liema huma u f'liema snin ħarġu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7784 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Interim From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Delimara — Power Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien l-avukat li f'isem l-Enemalta nnegozja mal-Perit Dom Mintoff fil-kwestjoni dwar il-Power Station ta' Delimara? Kemm irċieva bħala ħlas dan l-avukat għas-servizzi f'din il-kwestjoni? Kemm kien il-kumpens miftiehem dwar din il-kwestjoni bejn l-Enemalta u l-Perit Dom Mintoff?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7791 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Reverse Osmossis — Prezz ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-prezz ta' l-ilma li jiġi prodott mir-reverse osmosis plants meta kalkulat b'kull metru kubu, liema prezz irid jitħallas mill-Gvern? X'inhu l-persentaġġ minn dan il-prezz li finalment jitħallas mill-konsumatur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7824 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalkara — Villa Portelli

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk l-MDC ta' Villa Portelli fil-Kalkara hux se tiċċaqlaq minn hemmhekk? Jekk iva, x'se jsir mill-bini u lil min se jingħata? Għalfejn? Fejn se jmur l-istaff ta' l-MDC?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Malta Development Corporation ma ħadet ebda deċiżjoni f'dan is-sens.

Gozo Channel — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Gozo Channel mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' april, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Kumpanija Gozo Channel.

MIA — Sistema tal-Y2K

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7094 ċioe' jista' jgħid jekk l-MIA ħatritx kumitat jew board fi ħdanha biex jara li l-ajruport u t-Terminal jibqgħu jaħdmu fil-bidu tas-sena d-dieħla minħabba l-millenium bug? Jekk fl-affermattiv, min huma l-membri tiegħu? Hemm xi konsulenti oħra barra l-impjegati tal-MIA li qegħdin jgħinu lill-MIA f'din il-problema? Jekk hemm konsulenti oħra, kemm se tkun l-ispiża ta' din il-konsulenza?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-M.I.A. ħatret kumitat fi ħdanha biex jara li l-ajruport u t-terminal jibqgħu jaħdmu fil-bidu tas-sena d-dieħla minħabba l-Y2K. Il-membri ta' dan il-kumitat huma kollha mpjegati ta' l-M.I.A. Il-Kumpanija appuntat ukoll konsulenti biex jgħinuha f'dan l-eżerċizzju.

MIA — Taxying Elective Guidance

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Taxying Elective Guidance fuq Park 9 hijiex qegħda fil-fatt tiffunzjona kif kien oriġinalment speċifikat fis-sejħa għall-offerti oriġinali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-sistema tat-Taxying Guidance Lights fuq Park 9, qegħda fil-fatt tiffunzjona bl-istess mod kif kienet ġiet mgħoddija lill-Malta International Airport plc, mingħand id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili fl-ewwel ta' Mejju 1998. Din is-sistema kienet damet ma titħaddem għal ħafna snin wara li nxtrat. L-MIA qegħda tikkunsidra l-aħjar azzjoni li għandha tittieħed minħabba l-fatt li ssa partijiet minnha saret obsolete.

Ajruport — Operat

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7125 ċioe' jista' jgħid: a) jekk l-operat ta' l-ajruport ta' Malta huwiex se jkun affettwat mill-millenium bug; b) jekk jistax jagħti garanzija li kemm f'Awissu li ġej, meta hu mistenni li jkun hemm effett fuq is-sistemi tas-satelliti u kif ukoll meta naqilbu għas-sena 2000, mhux se jkun hemm xi riskji li s-sistemi wżati kemm fil-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru kif ukoll is-sistemi tan-navigazzjoni u radars, jieqfu ħesrem; c) x'passi ħadet u/jew qed tieħu l-MIA biex tassigura li dan ma jseħħx?

Response (BONNICI, JOSEF)

Waħda mill-ewwel affarijiet li għamel il-Bord tad-Diretturi preżenti kienet li appunta 'Working Group' fi ħdan il-Kumpanija biex jiġi assigurat li l-operat ta' l-ajruport ta' Malta ma jiġix affettwat mill-Y2K, kemm f'Awwissu kif ukoll meta naqilbu għas-sena 2000. Ix-xogħol meħtieġ biex jiġi assigurat bl-aħjar mod possibbli li s-sistemi kollha, li jinkludu s-sistemi wżati kemm fil-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru kif ukoll fis-sistemi tan-navigazzjoni u radars, ma jieqfux affettwati bil-problema tal-Y2K sar jew wasal biex jintemm.

Ajruport — Runway prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7124 ċioe' jista' jgħid meta beħsiebu jirranġa s-subsidance li hemm fuq ir-runway prinċipali billi dan l-irranġar jidher li ġie abbandunat wara l-elezzjoni li għaddiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li din is-subsidance ilha preżenti iżjed minn għaxar snin. Il-flus meħtieġa biex tiġi rranġata s-subsidance li hemm fuq ir-runway prinċipali ġew approvati mill-Bord tad-Diretturi preżenti ta' l-M.I.A. f'Marzu ta' din is-sena. Kien ġie kkummissjonat survey ta' l-area mill-istess Board biex jiġi kwantifikat ix-xogħol meħtieġ. Fuq bażi tar-riżultat ta' dan is-survey, il-Kumpanija sejra titlob offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ.
Leg 9 PQ #7632 Sitting 123 1999-06-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Delimara

Question

Matul is-snin li ġejjin, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tkun qed tintuża iżjed it-teknoloġija tal-combined cycle fil-power station ta' Delimara? Gradatament meta hemm il-ħsieb li l-power station ta' Delimara tiġġenera iżjed elettriku minn issa biex jonqos il-bżonn tal-power station tal-Marsa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa qed isiru t-testijiet finali tal-Combined Cycle Plant f'Delimara. Hu ppjanat li dan l-impjant jibda jiġi użat fuq bażi regolari minn Lulju li ġej. Fil-futur hemm il-possibilta' li jsiru blocks oħra ta' Combined Cycle Plant f'Delimara u għalhekk ġie allokat spazju għal dan il-għan. Bl-użu tal-Combined Cycle Plant hu maħsub li l-proporzjon ta' l-enerġija elettrika mill-Marsa tonqos minn sittin għal erbgħin fil-mija total waqt li l-impjant tal-Marsa jiġi modernizzat.
Leg 9 PQ #7633 Sitting 123 1999-06-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power station — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex il-ħaddiema fil-power station tal-Marsa ma jaħdmux f'ambjent bi sħana u storbju eċċessivi li qed jagħmlu ħsara lis-saħħa u lis-smiegħ tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-Power Station tal-Marsa, inklużi dawk li jaħdmu fit-Taqsima tal-Manutenzjoni, huma pprovduti bl-ear protectors. Barra dan, l-operaturi li jikkontrollaw l-apparat bħall-boilers, għandhom cubicles forma ta' kamra mibnija mal-Panel 'Aluminium Glass Cubicle' li din ukoll hija mgħammra b'sistema t'arja kkundizzjonata.
Leg 9 PQ #7532 Sitting 122 1999-06-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tat-Toroq — Diskussjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet mad-Dipartiment tat-Toroq li hemm riferenza għalihom fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7182?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li wara li saru taħdidiet mad-Dipartiment tat-Toroq, instab mezz kif l-arbli fi Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq setgħu jitwaħħlu wara l-crash barriers. Tajjeb li wieħed jgħid li wara d-diskussjoni dwar din il-materja fil-Parlament, ġbidt l-attenzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta dwar il-possibilta ta' perikli għas-sewqan tal-post li kien ntagħżel oriġinarjament biex jitwaħħlu l-arbli.

MIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7092 ċioe' jista' jgħid: a) kemm hemm impjegati direttament mal-MIA jaħdmu fit-Terminal Building tal-Gudja; b) kemm hemm ħaddiema mpjegati mas-subcontractors tal-MIA jaħdmu fit-Terminal Building tal-Gudja; c) kemm hemm impjegati direttament mal-MIA jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield ta' Ħal Luqa; d) kemm hemm ħaddiema mpjegati mas-subcontractors tal-MIA jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield ta' Ħal Luqa; e) x'inhuma s-snajja' u/jew ix-xogħol ta' l-impjegati mas-subcontractors li jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li: a. Hemm 252 persuna mpjegata direttament ma' l-M.I.A. Terminal. b. In-numru ta' ħaddiema mpjegati mas-sub-contractors ta' l-M.I.A. u x-xogħol li jagħmlu jvarja skond iċ-ċirkostanzi. c. Hemm 496 impjegati jaħdmu ma' l-M.I.A. fil-parti ta' l-Airfield, li minnhom 111 jaħdmu fl-Air Traffic Control.