Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm il-kawża ta' libell għad fadal pendenti quddiem il-Qrati Maltin? Kemm ilhom jistennew għas-sentenza, u kemm minnhom wara li nqatgħu fl-ewwel Qorti għadhom qed jistennew fil-Qrati ta' l-Appell? Kemmm ilhom li nbdew il-kawżi pendenti, kemm fl-ewwel Qorti, kif ukoll fil-qrati ta' l-appell?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numru Kawżi ta’ Libell pendenti quddiem il-Qrati Maltin huwa ta’ 185. Dawn huma maqsuma hekk skont il-Qrati:
Qorti tal-Appell (Superjuri): 5
Qorti tal-Appell (Inferjuri) 16
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili 7
Qorti tal-Maġistrati 157
Minn dawn 45 kawża huma differiti għas-sentenza.
L-aktar kawża ta’ Libell li ilha pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell (Superjuri) ġiet ippreżentata quddiem l-istess Qorti fil-15 ta’ Novembru 2013 u għad trid tiġi appuntata.
Il-Qorti tal-Appell (Inferjuri) għadha qed tisma’ kawża pprezentata quddiem l-istess Qorti fit-13 ta’ Novembru 2012 u li hija differita għall-kontinwazzjoni.
L-eqdem kawża tal-libell pendenti hija dik quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ppreżentata fid-29 ta’ April 1997 u li ilha differita għas-sentenza mit-28 ta’ Jannar 2004.
Fir-rigward tal-Qorti tal-Maġistrati, il-kawża ta’ Libell l-aktar li ilha pendenti ġiet ippreżentata fit-23 ta’ Lulju 2003 u tinsab differita għall-provi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma, u liema huma l-kunsilli lokali li m'għandhomx segretarju eżekuttiv, jew aġent segretarju eżekuttiv? Meta hu mistenni li tintemm din is-sitwazzjoni, fejn kunsilli m'għandhomx persuni responsabbli minn dawn il-funzjonjiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 68 Kunsill Lokali, ħames Kumitati Reġjonali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tmienja biss għandhom Aġent Segretarju Eżekuttiv jew Deputat Segretarju Eżekuttiv. Dawn it-tmienja huma:
· il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli li bħalissa għaddej bil-proċess tas-selezzjoni ta’ Segretarju Eżekuttiv;
· il-Kunsilli Lokali tal-Fontana u tal-Għarb bil-ħatra tas-Segretarju Eżekuttiv rispettiv tagħhom mistennija li ssir fil-ġranet li ġejjin;
· il-Kunsill Lokali tal-Gżira li għadu kemm għalaq is-sejħa għal Segretarju Eżekuttiv ġdid fit-tlettax ta’ Ġunju;
· il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija li għadu kemm temm il-proċess tas-Segretarju Eżekuttiv tant li fil-ġranet li ġejjin id-Dipartiment għall-Gvern Lokali mistenni li jirċievi d-dokumenti relatati tal-Bord tal-għażla;
· il-Kunsill Lokali tal-Mosta bl-Aġent Segretarju Eżekuttiv ingħata estensjoni mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku sa Marzu 2015;
· il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex li għaddej f’diskussjoni mad-Dipartiment dwar is-Segretarju Eżekuttiv tiegħu; u
· l-Kumitat Reġjonali Ċentrali bil-ħatra tas-Segretarju Eżekuttiv mistennija li ssir fil-ġranet li ġejjin.
Sakemm dawn is-seba’ Kunsilli Lokali u Kumitat Reġjonali li semmejt ikollhom is-Segretarju Eżekuttiv proprju tagħhom, għandhom intant Aġent Segretarju Eżekuttiv jew Deputat Segretarju Eżekuttiv fit-tmexxija tagħhom, kif ilha l-prassi għal dawn l-aħħar snin, b’mod li jistgħu jaqdu l-funzjonijiet kollha tagħhom.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq li fihom sar tħaffir, matul din is-sena, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, u x'tip ta' permessi ħarġu mill-Kunsill Lokali għal dan it-tħaffir? Billi numru sew ta' toroq għaddew minn din l-esperjenza, b'mod partikulari fl-inħawi tat-toroq li jinsabu bejn Triq Toni Bajjada u Triq Erba' Mwieżeb, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu l-iskop li għalih qed isir dan it-tħaffir? Għal liema korporazzjoni/ entità oħra sar dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif kisibha l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar mingħand l-awtorità regolatorja li hija Transport Malta. Din l-informazzjoni ġiet mgħoddija lill-Ministeru mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-task forms tal-ħaddiema tal-IPSL li hemm fil-kunsilli ta’ Hal Lija, il-Fgura, H’Attard, il-Marsa u s-Siġġiewi għal dawn il-ġranet bejn nhar it-Tnejn 25 ta’ Novembru u nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru 2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l- Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – uffiċini fil-main guard
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-kuntratt, li permezz tiegħu l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta kien se jingħata uffiċini fil-Main Guard, ġie itterminat mill-Gvern? Jekk iva, jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet u x'inhu r-rimedju li se jingħata lill-Kunsill Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Intepellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, Furjana, Marsa, Ħamrun, Pieta u Santa Venera — fondi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi lill-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Furjana, Marsa, il-Ħamrun, Pietà u Santa Venera, sena b'sena mis-sena 2008 sas-sena 2013 u għal kull sena jgħid kif kienu maqsuma dawn il-flus, jiġifieri jekk hux f'allokazzjoni, skemi, grants għal proġetti eċċ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qiegħed jippjana li, bħala parti mill-ħidma marbuta mal-V18, iwettaq proġetti mmirati lejn ir-residenti Beltin?
Response (BONNICI, OWEN)
B'referenza għall-Minstoqsija 9939, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija iva.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-kuntratturi għall-ġbir tal-iskart ta' kull Kunsill Lokali f'Malta u f’Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali kollha ta’ pajjiżna permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Peress li din id-domanda titlob ammont ta' żmien biex tingħata l-informazzjoni rikjesta f’dan l-istadju niddikjara dak li indikajt fl-ewwel sentenza ta’ din ir-risposta.
Madankollu nobbliga ruħi li hekk kif tasal l-informazzjoni inqiegħed l-istess informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-nefqa marbuta mal-ġbir tal-iskart ta' kull Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex, sena b'sena, għas-snin 2008-2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Peress li din id-domanda titlob ammont ta' żmien biex tingħata l-informazzjoni rikjesta f’dan l-istadju niddikjara dak li indikajt fl-ewwel sentenza ta’ din ir-risposta.
Madankollu nobbliga ruħi li hekk kif tasal l-informazzjoni inqiegħed l-istess informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istandards, linji gwida jew dokumenti simili oħra li jirregolaw il-ġbir tal-iskart fil-lokalitajiet f'Malta u Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jiggwida b’mod regolari lill-Kunsilli Lokali fuq l-operat kollu tagħhom fosthom dwar il-ġbir tal-iskart. Tant li d-Dipartiment ħejja templates apposta ta’ kif il-Kunsilli Lokali għandhom joħorġu t-tenders tagħhom, kif ukoll għandhom il-Green Public Procurement Regulations maħruġa mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jaħsibx li l-istrutturi li tpoġġew fit-tarf tat-taraġ tal-proġett ta' Renzo Piano fid-daħla tal-Belt Valletta jirrispettawx din il-binja mill-aspett ta' wirt kulturali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lil-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti b'kollox kawżi mill-1 ta' Jannar 2012 sal-lum fit-Tribunal tat-Talbiet iż-Żgħar? Jista' jgħid kemm ġew deċiżi kawżi fit-Tribunal tat-Talbiet iż-Żgħar, minn kull ġudikatur, mill-1 ta' Jannar 2012 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Kawżi quddiem it-Tribunal Għal Talbiet Żgħar li ġew introdotti mill-1 ta’ Jannar 2012 sa Ġunju 2014 (f’Malta u Għawdex) hu kif ġej:
· Fl-2012 ġew introdotti 873
· Fl- 2013 ġew introdotti 860
· Minn Jannar 2014 sa Ġunju 2014 ġew introdotti 419.
Intant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bqija tal-informazzjoni mitluba.
Nieħu l-opportunità li nħabbar li l-Gvern qiegħed jiffinalizza reviżjoni tal-mod ta’ kif isir il-ħlas liċ-Chairpersons tat-Tribunali għal Talbiet żagħar fejn il-ħlas ikun marbut mhux ma’ l-ammont ta’ seduti li jsiru imma mal-ammont ta’ sentenzi li jingħataw.
Din is-sistema l-ġdida se tippremja ħafna lil dawk iċ-Charipersons li huma effiċjenti u spediti fil-ħidma tagħhom.
B’referenza għall-mostoqsija parlamentari 6867, jista’ l-Ministru jgħidilna x’kienet l-ispjegazzjoni li ngħatat lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali mill-Kunsill Lokali f’dan il-każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija qed isostni li hu mexa mal-proċedura stabilita. Spjega li l-impjegata kienet approvata unanimament fil-laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija tas-16 ta’ Frar 2011 biex minn bażi part time tkun ingaġġata full time.
Sussegwentement il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija bagħat ittra dwar dan iffirmata mis-Sindku lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Jirriżulta iżda li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija qaleb lill-impjegata minn bażi part-time għal full-time, b’mod li ngaġġha bħala t-tielet impjegat full-time tal-Kunsill, mingħajr l-approvazzjoni li kellu jistenna qabel ma jipproċedi.
Is-Sindku sostna li “kollox sar kif suppost f’dan ir-rigward u kienet is-responsabbiltà tas-Segretarju ta’ dak iż-żmien li jsegwi proċedura tal-liġi u jagħmel follow up.” Ninfurmak li eventwalment is-Segretarju Eżekuttiv irriżenja mill-kariga tiegħu. Dwar dan nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 6873.
Jista’ l-Ministru jgħid min kien ordna li jsiru żewġ zebra crossings ġewwa Ħal-Lija (fi Triq San Andrija u fi Triq il-Forn); u fuq ordni ta’ min il-Kunsill kien ħareġ u qassam karti għar-residential parking ġewwa Triq Preziosi, ġewwa Triq Giuseppe Cali` u fit-tlett toroq fiż-żona magħrufa bħala “Ta’ Senna” u fiż-żewġ ċirkustanzi ftit sigħat qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u l-aħħar elezzjoni tal-kunsill? Jista’ jgħid jekk Transport Malta approvatx li dawn isiru? Ser tittieħed xi azzjoni kontra minn ħareġ dawn l-ordnijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija li ż-żewġ zebra crossings li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant fi Triq Sant’Andrija u fi Triq il-Forn ma kienux diskussi u wisq anqas ordnati li jsiru mill-Kunsill Lokali ta’ Hal Lija. Filfatt il-Kunsill qatt ma rċieva l-ebda kont għal dawn ix-xogħlijiet.
Infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija li r-
residential parking
fi Triq Preziosi, Triq Giuseppe Cali u t-tlett toroq f’Ta’ Senna kienu approvati fil-laqgħa tal-Kunsill bin-numru 51 li saret il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2013. Dakinhar il-Kunsill Lokali qabel ukoll li għandhom jitqassmu avvizi lir-residenti ta' dawn it-toroq.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Bordijiet tal-għażla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjonijiet vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord tal-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kien iċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra s-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra is-servizz pubbliku, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-għażla? X'rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-għażla? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li ġew maħtura f’kull pożizzjoni vakanti?
Kunsilli lokali tal-Mellieħa, Naxxar, San Pawl il-Baħar — applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA għal xogħlijiet
Question
B'refernenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9645, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni li baqgħet ma ngħatax bħala parti mir-risposta għall-istess mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Niskuża ruħi mal-Onor. Interpellant jekk l-informazzjoni meħtieġa oriġinarjament ma koprietx dak kollu mitlub.
(
Ara dokument numru PL. 3017 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 23 ta’ Ġunju 2014 fis-seduta 166)
Kunsilli lokali tal-Mellieħa, Naxxar, San Pawl il-Baħar — applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA għal xogħlijiet
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9645 jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar jekk minbarra l-permessi li hemm referenza għalihom kienx hemm permessi oħra għal xogħol fil-lokalitajiet imsemmija, kemm fil-perijodu imsemmi kif ukoll matul it-12-il xahar preċedenti, kemm għal dawk li huma approvati kif ukoll għal dawk il-każijiet li għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(
Ara dokument numru PL. 3018 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 23 ta’ Ġunju 2014 fis-seduta 166)
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid għal kull każ, x’kien ix-xoghol, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li s’issa għadhom ma bdewx iħaddmu s-sistema tal-live streaming tal-laqgħat tal-kunsill? Liema huma l-kunsilli lokali li għalkemm għandhom live streaming qegħdin ukoll jirrekordjaw il-laqgħat tagħhom? Għal kemm żmien qed jinżammu r-recordings, u kif jista' individwu jingħata kopja ta' recording li jkun inżamm, bħalma wieħed jista' jisma r-recordings tas-seduti tal-Parlament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill- Onor. Interpellant mli qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.