Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6949 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti se jsiru fiċ-Ċittadella matul is-sena 2014? Kif se jkunu finanzjati dawn il-proġetti? F’kull każ, inħarġu tenders? Min ingħata dawn it-tenders u kemm se jiswa kull proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2014 ser ikun qiegħed jiġi implimentat il-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea intitolat ERDF 246 – Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet taċ-Ċittadella. Bħalissa hemm numru ta’ tenders fis-suq għal xogħlijiet diversi bħala parti minn dan il-proġett. S’issa ingħataw żewġ tenders li huma: CT3086/2013 Xogħlijiet ta’ restawr ta’ faċċati ta’ bini fiċ-Ċittadella li ngħatat lill-Kumpanija Gaulos Conservation għall-ammont ta’ €398,545.87 (inkluża l-VAT) CT3079/2013 Provvista ta’ servizi ta’ monitoraġġ arkeoloġiku għal xogħlijiet fiċ-Ċittadella li ngħatat lill-AIS Enviromental Ltd għall-ammont ta’ €46,754.55 (inkluża l-VAT).
Leg 12 PQ #6950 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Eko-Għawdex — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-vot ta’ Eko-Għawdex għas-sena 2013? Jista’ jgħid kif intuża dan il-vot u xi proġetti u inizjattivi saru b’dan il-vot? Jista’ jagħti deskrizzjoni ta’ kull proġett u kemm sewa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6962 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — skemi ta' rtirar kmieni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-Segretarjat privat tiegħu, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu hemmx persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda impjegat li ibbenefika minn dawn l-iskemi.
Leg 12 PQ #6450 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Millennium Development Goals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabiltà tiegħi ma għandhom l-ebda involviment dirett dwar il-Millenium Development Goals.
Leg 12 PQ #6834 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-toroq segwenti u dan stantè li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5948 kien indika li x-xogħol fuq dawn it-toroq kien ippjanat li jitlesta fl-aħħar tas-sena 2013: Triq San Lawrenz, San Lawrenz; Triq Sdieri, l-Għarb; Triq Għar Ilma, Santa Luċija; Parti minn Triq Għajn Qatet, Victoria; Parti minn Triq it-Tiġirja, in-Nadur; Triq Daħlet Qorrot, in-Nadur; parti minn triq Bullara, ix-Xagħra; Triq is-Salini, Marsalforn; Triq it-Tempju tal-Imramma, is-Sannat; Triq ta’ Ġorf, ix-Xagħra; Triq l-Ispiera, ix-Xagħra; Triq ta’ Bardan, is-Sannat; u junction fi Triq Għajn Qatet u Triq Għajn Qatet, Victoria?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li ix-xogħlijiet imsemmija waslu fl-istadju kif jidhru hawn taħt: Triq San Lawrenz – San Lawrenz – Xogħol sospiż għaż-żmien tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena u ser jitkompla fil-ġranet li ġejjin. Triq Sdieri – Għarb – Xogħol tlesta. Triq Għar Ilma – Santa Luċija – Xogħol tlesta. Parti minn Triq Għajn Qatet – Victoria – Inħarġet offerta għax-xogħol u qiegħda tiġi evalwata. Parti minn Triq it-Tiġrija – Nadur – Xogħol ser isir wara li l-kumpannija GO tibdel il-cables tagħha. Triq Daħlet Qorrot – Nadur – Xogħol qed isir. Parti minn Triq Bullara – Xagħra – Xogħol qed isir. Triq is-Salini – Marsalforn – Xogħol qed isir. Triq Tempju tal-Imramma – Sannat – Xogħol tlesta. Triq ta’ Gorf – Xagħra – Bini ta’ kanal għall-ilma tax-xita – Xogħol qed isir. Triq l-Ispiera – Xagħra - Bini ta’ kanal għall-ilma tax-xita – Inħarġu l-offerta għax-xiri ta’ katusi u l-kuntrattur ser jibda fil-ġranet li ġejjin. Triq Bardan – Sannat – Xogħol qed isir. Junction fi Triq Għajn Qatet u Triq Għajn Qatet – Victoria – Inħarġet offerta għax-xogħlijiet u qiegħda tiġi evalwata.
Leg 12 PQ #6858 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li mid-9 ta' Marzu 2013 'il hawn inxtrat skultura u ġiet mislufa pittura mill-Mużew Nazzjonali tal-Arti għal perijodu ta' tletin ġurnata.
Leg 12 PQ #6940 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati li bbenefikaw minn miżuri family friendly

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati nisa u rġiel fid-dipartiment jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li matul is-sena 2013 ibbenefikaw minn xi miżura family friendly? Liema kienu dawn il-miżuri family friendly li bbenefikaw minnhom dawn l-impjegati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6941 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti Kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti, inizjattivi u programmi kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea saru f’Għawdex matul is-sena 2013? Jista’ jagħti lista tagħhom u kemm sewa kull proġett, inizjattiva jew programm?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6942 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti Kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti, inizjattivi u programmi kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea qed jitwettqu jew se jibdew matul is-sena 2014 f’Għawdex? Jista’ jagħti lista tagħhom, deskrizzjoni fiex jikkonsistu u kemm se jiswa kull proġett, inizjattiva jew programm?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6943 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6377, jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni li ma nħarġitx sejħa għall-offerti jew intalbu kwotazzjonijiet meta x-xogħlijiet, servizzi eċċ. involuti ma kienux daqshekk urġenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6944 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur (Għawdex) – Triq Għajn Qasab – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitkompla x-xogħol fuq it-tieni parti ta’ Triq Għajn Qasab fin-Nadur wara li sentejn ilu tlesta x-xogħol fuq l-ewwel parti ta’ din it-triq li twassal sal-bajja tar-Ramla?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6719 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — riċeviment f’Jum ir-Repubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-riċeviment li kellu jsir f’Jum ir-Repubblika f’Għawdex u li għalih kien mistieden il-President tar-Repubblika kienx organizzat mill-Ministeru għal Għawdex? Jekk iva, liema dipartiment kien responsabbli għalih?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li r-riceviment li sar f'Jum ir-Repubblika f'Ghawdex kien organizzat mill-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 12 PQ #6720 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Tempji tal-Ġgantija - scaffolding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi studju biex ikun jista’ jitneħħa l-iscaffolding li qed iżomm partijiet mit-tempji li kienu se jċedu fit-tempji tal-Ġgantija f’Għawdex? Jekk iva, min qed jagħmlu? Jekk le, hemm il-ħsieb li ssir xi ħaġa?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #6721 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur (Għawdex) – Triq Għajn Qasab – ħitan mwaqqgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu mibnija partijiet minn diversi ħitan li hemm fi Triq Għajn Qasab, fin-Nadur (triq li twassal għall-bajja tar-Ramla) u liema ħitan kienu waqgħu meta għamlet xita qawwija fix-xitwa tas-sena l-oħra u liema ħitan issa ilhom kważi sena imwaqqgħin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li dawn l-ħitan se jinbnew appena jkun possibli.
Leg 12 PQ #6785 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Marsalforn - studji dwar il-protezzjoni tal-bajja

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6689, jista’ l-Ministru jgħid kif rapport li jistudja u jagħti proposti dwar x’għandu jsir biex il-maltemp ma jibqax jagħmel ħsara f’Marsalforn, jista’ jkun kummerċjalment sensittiv? Jista’ jneħħi l-partijiet li skont hu huma kummerċjalment sensittivi u jippubblika l-kumplament tar-rapport f’ġieħ it-trasparenza li kienet waħda mill-għajtiet li rebaħ bihom l-elezzjoni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x'inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6689
Leg 12 PQ #6875 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — arja kondizzjonata

Question

Peress li l-awla l-ġdida tal-Qorti ta' Għawdex qed tintuża b'iktar frekwenza u peress li f'din l-awla ma hemmx arja kondizzjonata, jista' l-Ministru jara li tiġi stallata sistema kemm jista' jkun malajr?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li qegħdin jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġi stallat l-air- conditioning unit fl-awla l-ġdida.
Leg 12 PQ #6714 Sitting 103 2013-12-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat (Għawdex) — esproprjazzjoni ta' artijiet privati fiċ-Ċittadella

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop tal-esproprjazzjoni riċenti li saret ta' diversi medded tal-artijiet privati fiċ-Ċittadella, r-Rabat Għawdex? Jista' jgħid x'inhi l-area tal-artijiet espropjati u jipprovdi mappep tal-istess artijiet? Is-sidien tal-artijiet in kwistjoni ġew ikkonsultati qabel saret l-espropjazzjoni? Jekk le għaliex ma ġewx konsultati? Jista' jgħid bl-liema kundizzjonijiet saret din l-esporjazzjoni u jekk hux se terġa tingħata lura lis-sidien wara perijodu ta' żmien? Se jkun hemm kumpens lis-sidien għal din l-esporpjazzjoni u jekk iva kemm se jkun? Dan il-kumpens ġie miftiehem mas-sidien?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li medded ta’ artijiet privati ġewwa ċ-Ċittadella li llum huma rovini ġew akkwistati mill-Gvern taħt titolu ta’ possession and use bħala parti mill-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea intitolat ‘implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Master Plan taċ-Ċittadella ERDF 246’. Minħabba l-importanza arkeoloġika u ekoloġika ta’ dawn is-siti, l-interventi fuqhom ser ikunu limitati għat-tindif superfiċjali tal-wiċċ u konsolidazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ u ta’ partijiet ta’ ħitan oriġinali li għadhom jeżistu. Avviż dwar dan l-akkwist tal-art ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-20 ta’ Novembru 2013. L-artijiet akkwistati permezz ta’ dan l-avviż jidhru fuq il-pjanta li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-art se tingħata lura lill-propjetarji ma’ tmiem il-proġett f’Ġunju 2015. Il-kumpens dovut għal kull biċċa art tidher fil-lista annessa.
Leg 12 PQ #6689 Sitting 102 2013-12-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Marsalforn - studji dwar il-protezzjoni tal-bajja

Question

In vista tar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 6607, jista’ l-Ministru jispjega x’hemm kummerċjalment sensittiv fir-rapport li sar dwar il-protezzjoni tal-bajja ta’ Marsalforn fil-maltemp? Ma jaħsibx il-Ministru li dan ir-rapport huwa fl-interess pubbliku u li r-residenti ta’ Marsalforn u kull min juża l-istess bajja għandu kull dritt li jkun jaf x’kienu l-konklużjonijiet tar-rapport u x’qed jiġi suġġerit li għandu jsir biex jilqa’ għall-ħsarat mill-maltemp?

Response (REFALO, ANTON)

Dan il-gvern qed juża l-prassi mħaddma minn gvern preċedenti u għalhekk nifhem li ġaladarba l-Onor. Interpellant kien ministru f'dik l-amministrazzjoni, jaf x'jiġifieri meta ngħidu li l-informazzjoni hija sensittiva kummerċjalment biex tkun ippubblikata. Inserraħ ras l-Onor. Said li dak kollu li hu fl-interess pubbliku se jsir.
Leg 12 PQ #6450 Sitting 101 2013-12-10 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Millennium Development Goals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (REFALO, ANTON)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6576 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

In vista tar-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 6375 fejn indika li general practioner, staff nurse, enrolled nurse u tliet health assistants qed jagħmlu xogħol f’oqsma differenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn l-oqsma?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.