Main ġdid tal-ilma minn Ħondoq ir-Rummien sa’ Ta’ Ċenċ
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien stmat li jiswa b'kollox ix-xogħol biex jiġi mgħoddi main ġdid minn Ħondoq ir-Rummien fil-Qala sa’ Ta’ Ċenċ fis-Sannat? Jista' jgħid kemm fil-fatt sewa dan ix-xogħol b’kollox, inkluż ir-resurfacing tat-toroq minn fejn għadda dan il-main? Ix-xogħol huwa lest kollu jew fadal xi jsir?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħol imsemmi oriġinarjament kien stmat li ser jiswa 6.17 miljun Ewro.
It-tqegħid tal-mejnijiet u servizzi tal-ilma huma lesti u bdew jintużaw f’Settembru 2015. Għadhom għaddejjin xi xogħlijiet fil-lokalitajiet tal-Qala u s-Sannat, u xi tarmac fix-Xewkija.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22378 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u jagħti rendikont tax-xogħol li sar s’issa mill-organizzazzjoni Trade Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi TradeMalta:
· bejn Lulju u Diċembru 2015 ipprovdiet assistenza lil 62 (tnejn u sittin) kumpanija;
· organiżżat 7
outbound
missions
;
· organiżżat żewġ
Doing Business Seminars;
· ħadet ħsieb tipproduċi studju settorali li fffoka fuq is-settur tal-ICT f’Malta.
TradeMalta għandha wkoll 2 programmi u skema miftuħin:
· Go Global – programm li jassisti esportaturi ġodda biex jidħlu fi swieq internazzjonali;
· Global Growth – programm kompettitiv għal esportaturi stabbiliti;
· Internationalisation Scheme – skema fejn kumpaniji jistgħu japplikaw għal għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jesebixxu f’fieri internazzjonali.
Simultanjament ma’ din il-ħidma qed isiru l-aħħar preparamenti fuq business delegations ġodda u qed issir ukoll ħidma biex TradeMalta tilqa’ delegazzjonijiet kummerċjali f’Malta. TradeMalta qed tara wkoll li tkun preżenti f’Trade Fairs Internazzjonali.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex irziezet tal-annimali jiġu trasformati f’residenzi, sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u liema huma dawn l-applikazzjonijiet? Fiex waslet kull applikazzjoni sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili mill-Awtorita tal-Ippjanar, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu ħarġu permessi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex irziezet tal-annimali jiġu trasformati f’residenzi, sena b’sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u liema huma dawn il-permessi li ħarġu?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapport fil-qasam tal-Enerġija
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum għar-rigward il-qasam tal-enerġija? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapport fil-qasam tal-Enerġija
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum għar-rigward tal-qasam tal-enerġija? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Lista ta' xogħlijiet fil-qasam tal-enerġija
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum għar-rigward tal-qasam tal-enerġija? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Lista ta' xogħlijiet fil-qasam tal-enerġija
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum fir-rigward tal-qasam tal-enerġija? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – informazzjoni dwar safar
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 17565, 24004 u 24732, peress li l-informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mhijiex sħiħa, jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet kull safra u min kienu l-individwi li akkumpanjawh?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. L-ispiża ta’ kull delegazzjoni uffiċjali ġiet tiswa medja ta’ €6897 (sitt elef, tminn mija, sebgħa u disgħin Ewro).
Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-istatus tal-PA 05333/07, li hija applikazzjoni kontroversjali f’Wied il-Għomor? X’impatt għandhom it-tliet kunsilli lokali li pprotestaw fuq dan l-iżvilupp? Jaħsibx il-Prim Ministru li wied bħal dan għandu jiġi konservat u mogħti lill-pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-applikazzjoni PA5333/07 li qed tipproponi "Rehabilitation of Wied Ghomor Quarry (No 11) and proposed after use into retirement home and ancillary facilities, including public garden and belvedere", ġiet ipproċessata mid-Direttorat ta' l-Ippjanar u tinsab fuq l-agenda tal-5 ta' Mejju 2016 għas-smiegħ quddiem il-Bord ta' l-Ippjanar. Ninsab informat ukoll mill-Awtorita tal-Ippjanar illi l-applikazzjoni titlob li 8% tas-sit tigi żviluppata għal Dar tal-Anzjani. Il-partijiet l-oħra tal-barriera in kwistjoni huwa stabbilit li jiġu rijabilitati għall-istat naturali / rurali originali għal użu agrikolu.
L-uniku Kunsill Lokali li wera interess f'din l-applikazzjoni huwa l-Kunsill Lokali tas-Swieqi. Bis-saħħa ta' l-Artiklu 63(2)(h) ta' l-Att Dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp, membru magħżul mill-Kunsill Lokali, li fil-konfini tiegħu jkun hemm applikazzjoni għal proġett kbir, għandu jiġi kkunsidrat bħala membru tal-Bord ta' l-Ippjanar u jkun jista jippartecipa b'mod dirett fid-deċizjoni ta' din l-applikazzjoni. F'dan il-kaz jien informat li l-Kunsill Lokali tas-Swieqi gie informat bis-smiegħ ta' din l-applikazzjoni sabiex jagħzel membru biex jigi ikkunsidrat bħala membru tal-Bord ta' l-Ippjanar.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawk l-arbli tal-Enemalta li qegħdin fuq il-front ta’ Buġibba u l-Qawra u li jinsabu fi stat ħażin jinbidlu, qabel ma jkunu l-kawża ta’ xi traġedja?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta plc illi l-arbli msemmija se jinbidlu fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema hi l-awtorità uffiċjali responsabbli mir-regolamentazzjoni tal-barrieri u ċjoè liema hi dik l-awtorità li tiddikjara barriera bħala exhausted?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li barriera tiġi ddikjarata bħala eżawrita meta l-esperti tekniċi jiddikjaraw li ma fadalx riżorza vijabbli. Illum din ir-responsabilità tinsab fi ħdan l-Awtorita tal-Ambjent u r-Riżorsi .
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24599 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern iniedi skema sabiex jinfeda ċens fuq djar residenzjali? Jekk iva, meta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tweġiba hija fin-negattiv stante illi d-dipartiment preżentament għaddej minn proċess ta’ bidla għal awtorita u għaldaqstant il-gvern ma jqisx illi dan huwa l-mument opportun.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24421 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim/kuntratt li permezz tiegħu l-art fejn hemm l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għaddiet għand il-Malta Industrial Parks? Jista' jgħid għaliex l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għadda għand il-Malta Industrial Parks u jekk issa allura ż-żona tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hijiex qed tiġi meqjusa bħala żona industrijali?
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20479 li kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, jista' l-Prim Ministru jagħti t-tagħrif mitlub u ċjoè: liema kienu l-esproprjazzjonijiet li saru din is-sena wara talba minn Transport Malta? Fejn huma dawn l-esproprjazzjonijiet?
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24648, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi, matul l-2015, li fihom, wara li tlesta x-xogħol li kien permess, saru spezzjonijiet mill-MEPA, biex jiġi assigurat li t-toroq ta' viċin proġetti bħal dawk indikati fir-risposta, fil-fatt ikunu ġew ritornati għall-istess livell, jew possibbilment livell aħjar ta' wiċċ li kien hemm qabel ma nbeda x-xogħol?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar , illi l-garanzija bankarja, msemmija fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 24648, tiġi rilaxxjata meta l-Awtorita` tal-Ippjanar tirċievi konferma mingħand il-Kunsill Lokali tal-lokalita` rispettiva illi t-toroq/bankini li jmissu mas-sit suġġett għall-żvilupp ġew irranġati, jekk kien hemm bzonn, għall-istat oriġinali li kienu. L-Awtorita`tal-Ippjanar ma żżomx statistika ta' dawn l-ispezzjonijiet.
Promozzjonijiet taċ-ċivil – tneħħija ta’ eżamijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fiċ-Ċivil jitneħħa l-eżami għal promotion minn Principal għal Senior Principal?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ġie mifthiem mal-unions tibdil fil-mekkanizmu tal-process tal-ghazla. Il-ftehim sar bl-ghan li jkun hemm titjib fit-trasparenza, kontabbilita’ u iktar efficjenza fil-mili ta’ vakanzi.
Korporazzjonijiet, aġenziji u korpi oħra – kontrolli u dixxiplina
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-korporazzjonijiet, aġenziji u korpi oħra li huma parti mill-entitajiet governattivi, li l-ħaddiema tagħhom huma wkoll ikkontrollati (dixxiplinati) mir-regoli li jikkonċernaw lill-ħaddiema tas-servizz pubbliku? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema li huma hekk regolati b'dawn l-istess kundizzjonijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati tal-aġenziji tal-Gvern, entitajiet u organizzazzjonijiet pubbliċi jaqgħu taħt il-kodiċi tad-dixxiplina tal-entità rispettiva li jkunu jaħdmu magħha.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-iżvilupp ta' struttura/strutturi li bdew jinbnew fiż-żona tal-Caravan Site ta' Baħar iċ-Ċagħaq liema xogħol bil-bricks beda fil-ġranet ta' qabel il-Ġimgħa 15 t'April 2016? Dawn l-istrutturi għandhom il-permessi meħtieġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar(MEPA)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Gejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar illi l-żvilupp riferut, jikkonsisti minn xogħolijiet privati ta' manutenzjoni li ma jirrikjedux permess ta' żvilup u li ma ġewx mibnija ebda strutturi jew kmamar.