Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar ir-riħa ta' gass li kien hemm fl-iskola sekondarja tas-subien Sir Temi Zammit, Imtarfa, li hija kkawżata mill-fabbrika tal-mushrooms li hemm taħt l-iskola? X'kienu r-riżultati jekk sar stħarriġ u x'passi sejrin jittieħdu biex meta terġa' tibda l-iskola jkun tneħħa dan il-perikolu li hemm għat-tfal, kif ukoll għall-għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk kollha li tqabbdu jaħdmu fil-pixxina nazzjonali minn Settembru, 1998 sal-lum u f'kull każ jagħti l-lokalita' fejn jgħixu dawk il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Settembru 1998 sal-lum in-nies li tqabbdu jaħdmu fil-Pixxina huma dawn:
Alfred Grima li joqgħod ir-Rabat
Melvin Micallef li joqgħod Santa Lucia
Larkin Pisani li joqgħod il-Ħamrun
Ivan Schembri li joqgħod il-Gudja (Dan ta' l-aħħar ħadem biss
madwar 4 ġimgħat)
Salvatore Delezio li joqgħod il-Fgura (fuq bażi ta' Casual/
Part-time)
Barra minn hekk in-numru ta' persuni li ingħataw kuntratt ġdid fl-imsemmi perjodu, iżda kienu impjegati mal-Pixxina qabel Settembru '98 kienu dawn:
Franklin Axisa li joqgħod San Ġwann
Alan Falzon li joqgħod San Ġwann
William Galea li joqgħod Kalkara
Emanuel Reitano li joqgħod Tarxien
Keith Zahra Davis li joqgħod Ta' Xbiex.
Mill-bidu tas-sena sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn skejjel tal-gvern sfaw misruqa? Xi nsteraq f'kull każ? F'kull każ kien hemm watchmen xogħol fl-iskola? Fejn kien il-watchman meta saret is-serqa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-bidu tas-sena sal-lum kien hemm żewġ każi ta' serq: mill-Iskola Sekondarja tal-Bniet "Santa Marija Goretti", Ħal Tarxien u mill-Istitut Tekniku "Mikielanġ Sapiano", Kordin.
Fl-ewwel każ insterqet makna tal-ħjata "overlock" u fit-tieni każ rakk tad-Dixion.
Informat ukoll li fiż-żewġ skejjel hemm il-watchmen assenjati imma billi mir-rapporti ma hemmx stabbiliti eżatt meta nsterqu ż-żewġ oġġetti, mhux possibbli ngħid jekk waqt is-serqiet rispettivi kienx hemm watchmen jew fejn kienu.
Skejjel — Skola tal-Hairdressing and Beauty Therapy
Question
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17502, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li flok marru fuq l-iskola tal-Hairdressing and Beauty Therapy f'Tas-Sliema, marru fuq iċ-Ċentru tar-Restawr f'Bighi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm consultants fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-remunerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ?
Kemm minn dawn il-consultants kienu impjegati mal-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, kostrett nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min ħareġ il-fondi sabiex pajjiżna jipparteċipa fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea? Liema huma dawn il-programmi u kemm hemm flus għal programmi? Meta nħarġu dawn il-fondi għal dawn il-programmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, kostrett nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi kien hemm għar-rigward tar-rapport dwar ix-xandir minnu debitament preżentat fil-bidu tas-sena senjatament ukoll in vista tad-dikjarazzjonijiet minnu magħmula f'din id-direzzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Jidhirli li fil-qasam tax-xandir pubbliku wasal iż-żmien li mill-istudji naslu għall-azzjoni. Minħabba f'hekk qed naħdem biex jitfassal pjan strateġiku u ta' azzjoni għar-ristrutturazzjoni tax-xandir pubbliku f'pajjiżna.
Il-ħidma fuq dan il-pjan bdiet wara li sar studju tar-rapport elaborat li sar mis-Centre for Communication Technology ta' l-Universita` dwar ridefinizzjoni tar-rwol tax-xandir pubbliku tar-rapport li sar mill-Bord tal- PBS, u tar-reazzjonijiet oħra li ngħataw. Fit-tfassil ta' dan il-pjan il-Gvern nixtiequ ninvolvu oqsma differenti, inkluż dawk politiċi, għax nemmen li aktar ma jkun hawn konsensus dwar il-bdil dan aktar jista' jirnexxi.
Nittama li nkun nista' nressaq dan il-pjan quddiem il-Kabinett fi żmien mhux imbiegħed.
Il-Gvern jagħraf ukoll li fil-qasam tax-xandir pubbliku hemm problemi ta' natura teknika, organizzattiva u finanzjarja. Dwar dawn il-problemi l-PBS, fuq talba tiegħi, diġa' ħejjiet pjan ta' azzjoni li partijiet minnu diġa' bdew jinħadmu u li l-aspetti l-aktar relevanti tiegħu jitħabbru fi żmien qasir.
Il-Gvern talb ukoll lil Malta University Services biex tgħin fit-tfassil ta' dan il-pjan ta' implimentazzjoni permezz ta' konsulenza u riċerka. Il-Malta University Sevices ħatret lil Fr Joe Borg, lecturer fl-istudji tal-komunikazzjoni fl-Universita`, biex jagħti din l-għajnuna.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17475?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li:
a) Fl-iskola li tinsab fil-kumpless tal-Moskea ta' Kordin,
hemm tfal ta' ċittadini Maltin.
b) Il-miżati huma mħallsa minn Għaqda Filantropika.
c) Din l-iskola, bħal kull skola oħra indipendenti, għandha dritt
tirregola s-salarju ta' l-għalliema tagħha, liema salarju jkun
jista' jkun ogħla minn dak ta' għalliema tal-Gvern.
d) Il-Komunita` Musulmana tiffinanzja l-ispejjeż ta' din
l-iskola.
e) L-iskola ma' tgawdix l-immunita` diplomatika. Hi ġiet
liċenzjata skond il-proċedura normali li tintuża fil-każ
ta' Skejjel Indipendenti bid-drittijiet u doveri li joħorġu
mill-Att ta' l- Edukazzjoni (1988) u mill-Avviż Legali
pertinenti għall-Edukazzjoni f'Malta. Hekk p.e. l-għalliema
kollha huma kkwalifikati (bil-warrant) kif ukoll il-
Kindergarten Assistants għandhom it-taħriġ professjonali
meħtieġ. Is-suġġetti li huma mgħallma jaqblu mal-Kurrikulu Nazzjonali.
Għaldaqstant l-ispetturi ta' l-Iskejjel tal-Gvern għandhom dritt iżuru din l-iskola kif fil-fatt jagħmlu skond il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi li huma mikrija mid-dipartimenti u l-ministeru inkluż is-segretarjat privat?
F'liema dipartiment jservu dawn il-karozzi?
Kemm huwa n-numru ta' karozzi impressed fil-mument u f'liema dipartimenti jservu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' karozzi tal-kiri u impressed li jservu fid-dipartimenti u s-Segretarjat Privat huma:-
Karozzi tal-Kiri Karozzi Impressed
Segretarjat 6 ---
Privat
------------------------------------- ---------------------------
Segretarjat 1 ---
Parlamentari
------------------------------- ---------------------------------
Ministeru ta' Projects - 1 ---
l-Edukazzjoni (DCS) College of
Applied Arts - 1
----------------------------------------------- -----------------
Diviżjoni ta' l- Operations - 1 Operations -1
Edukazzjoni Construction & Sch.Psychologist-1
Maintenance - 3 Construction &
School Bldgs - 3 Maintenance -1
Transport Pool - 5 Carpentry
Welfare - 1 Workshop -1
Y.S.O -1
Heavy Plant Sec.-1
Transport Pool -2
Gardening -1
Special Educ. -1
Welfare -1
Info.Technology -1
Guidance Sec. -1
---------------------------------------------- ------------------
Dipartiment taż- Staff - 1
Żgħażagħ u Sport Sezzjoni Sport 1 Truck
Marsa - 1 (Marsa)
Sezzjoni
Żgħażagħ - 1
----------------------------------------------- -----------------
Dipartiment ta' l- 1 ---
Eżamijiet
------------------------------------------------ ----------------
Dipartiment tal- --- ---
Libreriji u Arkivji
------------------------------------------------ ----------------
Dipartiment tal- 3 ---
Mużewijiet
--------------------------------- -------------------------------
Dipartiment tal- 5 + 1 Van ---
Kultura
------------------------------------ ----------------------------
Jista' l-Ministru jgħid xi strutturi operattivi jeżistu biex Malta tipproċessa u ssegwi l-applikazzjonijiet ta' studenti u żgħażagħ Ewropej biex jieħdu sehem fil-programmi Socrates u Leonardo billi jqattgħu żmien jistudjaw f'Malta? Kemm hemm nies jaħdmu f'dawn l-istrutturi? X'inhija l-funzjoni ta' kull persuni? X'inhuma l-ħlasijiet ta' pagi u spejjeż oħra ta' dawn l-istrutturi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proċess ta' aċċetazzjoni ta' l-istudenti Ewropej li jiġu Malta fuq ERASMUS-Socrates jinħadem mill-universitajiet ewropej. L-Universita` ta' Malta toffri l-'placement' fil-korsijiet tagħha premezz tas-Socrates Office. Is-Socrates Office jaħdem permezz ta' żewġ 'graduate trainees', imħarrġa mis-Socrates TAO ġewwa Brussels. Is-Socrates Office jaħdem b'fondi li jingħata mill-Universita` ta' Malta li jiġi mill-'Istitutional Contract' mal-Kummissjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena akkademika 2000-2001 f'liema semester se jkunu jistgħu jieħdu sehem studenti universitarji fil-programm edukattiv Socrates ta' l-Unjoni Ewropea? Kemm hemm studenti Maltin li s'issa wrew interess u applikaw biex jieħdu sehem f'Socrates?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti universitarji jistgħu jieħdu sehem minn Ottubru tas-sena 2000. Minħabba l-proċeduri tal-Kummissjoni, huwa aktar għaqli li l-istudenti Maltin jattendu fit-tieni semestru. 'Il fuq minn 300 student applikaw għall-partijiet l-oħra tas-Socrates.
Jista' l-Ministru jgħid s'issa l-Universita' ta' Malta kemm irċeviet talbiet u turija ta' interess minn studenti ta' universitajiet mill-Unjoni Ewropea biex jiġu Malta skond l-iskema tal-programm ta' Socrates?
S'issa l-Universita kemm tat risposti lill-istudenti universitarji Ewropej li jixtiequ jagħmlu semester hawn li jibda f'Ottubru, 2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita` ta' Malta hi fost 42 membru li jappartjenu għas-Santander Group u l-Utrecht Network. Minn għand dawn l-Universita` irċeviet 96 talba biex tikkopera bħala 'partner' fil-programm Socrates. It-Technical Assistance Office ta' Brussels jista' jvarja dan in-numru. Il-'policy' ta' l-Universita` Mobility. Meta d-Direttorat ta' l-Edukazzjoni u Kultura ta' l-Unjoni Ewropeja jagħti l-'go-ahead' jiġu mgħarrfa l-istudenti Ewropej li ġejjin Malta.
Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' nfiq u lil min sar il-ħlas mill-ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu b'mod dirett jew indirett b'risq iċ-Ċentru ta' Malta għar-Restawr għall-perjodu bejn l-10 ta' Settembru, 1998 sal-lum kif ukoll jagħti x'inhu antiċipat li tkun in-nefqa mill-istess ministeru jew entitajiet kollha li jaqgħu taħtu fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju, 2000 u l-31 ta' Diċembru 2000 kif ukoll igħid x'commitments finanzjarji dawn għandhom b'risq l-istess ċentru iżda li s'issa għadhom ma tħallsux jew inkella tħallsu biss partijiet minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'wasal lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li toħroġ sejħa għall-kwotazzjonijiet għall-provvista ta' żraben tas-sigurta' għaċ-Ċentru Malti għar-Restawr fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Ottubru, 1999 filwaqt li jgħid kemm hu antiċipat li tkun in-nefqa għax-xiri ta' dawn iż-żraben u kemm sejrin jinxtraw u mil-liema Cost Centre u Vot sejrin jitħallsu?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11548.
Jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, l-indirizz u kopji tal-Curriculum Vitae ta' l-applikanti li applikaw għall-post ta' perit/perit junior fid-Dipartiment tal-Mużewijiet kif ukoll igħid minn min sejjer ikun kompost il-Bord ta' l-Għażla filwaqt li jagħti d-dati li fihom sejrin isiru l-interviews għal dan il-post? B'riferenza għall-istess dipartiment, jista' jagħti struttura organizzattiva li fiha sejjer jaħdem l-istess perit/perit junior kif ukoll igħid liema postijiet f'din l-istruttura huma diġa' mimlija u għal-liema postijiet id-dipartiment jonqsu joħroġ is-sejħiet għall-applikazzjoni biex jintlaħaq il-full complement?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11549.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17450, min huma l-persuni li jiffurmaw il-bord li jiddeċiedi kemm jagħtu u lil min jagħtu għotjijiet lill-għaqdiet sportivi u oħrajn?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kriterji li jintużaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Board li jiddeċiedi l-għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet sportivi huwa magħmul minn:-
Sur John Demanuele Direttur Żgħażagħ u Sport
Sur Anthony Ghio Dipartiment Żgħażagħ u Sport
Sur Victor Battistino Assistentt Personali
Sinjorina Tanya Zahra Dipartiment Żgħażagħ u Sport
(Segretarja)
Il-Kriterji li jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-għajnuna huma kif muri fid-dokumenti li ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ minn mindu reġa' twaqqaf sal-lum? Kemm intnefqu flus u fuq xiex kienu minfuqa, b'mod separat? Jista' jagħti lista tas-safar u min mar?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.